Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.


l-Awstralja, imma anki membru tal-Għ.P.M. Laqgħat bħal dawn jgħinu biex tikber ir-rabta bejn il-kittieba Maltin li jgħixu daqstant ‘il bogħod minn xulxin. Alfred Massa ppreżenta lil Manwel Cassar żewġ antoloġiji poetiċi multilingwi maħruġin mill-Għaqda Poeti Maltin.Fir-ritratt Rigu Bovingdon jidher qed jaqra xi poeziji minn tieghu waqt Lejla ta' Poezija li saret fl-Istituto Italiano di Cultura, nhar is-7 ta' Mejju 2010, imtellgha mill-Ghaqda Poeti Maltin.
6. Liema hija l-belt li tgħix fiha? Iddeskrivi t-tajjeb u l-ħażin tagħha.
Noqgħod ġewwa Sydney f’lokal jismu Merrylands. Il-popolazzjoni hija mħallta ġmielha etnikament. It-tajjeb tiegħu hu li ssib taħlita (għażla) kbira fil-varjetà ta’ oġġetti (ikel, ħwejjeġ, divertiment). Mil-lat negattiv m’hemmx differenzi kbar bejn poplu mħallat u ieħor omoġenju. Il-bniedem dejjem huwa bniedem.
7. Xi tgħid dwar ir-relazzjoni bejn il-kittieba Maltin fl-Awstralja u dawk f’Malta? Hemm rabta ta’ xi tip?
Ma nafx li teżisti xi relazzjoni ġenwina min-naħa ta’ Malta lejna. Ġeneralment aħna injorati. Anki jiena li rnexxieli ninfed ċerti strati soċjetali Maltin. Għajr l-Università ta’ Malta, min fost l-Għaqdiet qatt stedinni nindirizzahom fid-diversi żjajjar tiegħi f’Art Twelidi?
Le, ma nafx li hemm xi rabta profonda bejn il-kittieba Maltin tal-Awstralja u dawk ta’ Malta.
8. Naf li Rigu Bovingdon huwa interessat sewwa fl-istudju u fl-iżvilupp tal-ilsien Malti. Xi tgħid dwar dan? Liema huma dawk l-affarijiet li tikkunsidra pożittivi u dawk li jdarrsuk f’qasam bħal dan illum?
Bħala l-pijunier tat-tixrid tal-lingwa tagħna ġo l-Awstralja u fl-isfond ta’ erba’ deċenni u aktar ta’ ħidma kontinwa, jiena sorpriż u ddiżappuntat li l-awtoritajiet Maltin, jiġifieri l-Gvern u l-Oppiżizzjoni qegħdin jippermettu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti jħawwad kif irid hu. Dan il-Kunsill offenda u weġġa’ bosta ħassieba u kittieba serji u rinomati. Jiena nipproponi bojkott kontrieh. Diżubbidjenza ċivili! Xejn inqas. Imissu l-Gvern jissospendih, jirrevoka l-liġi li waqqfitu u jirrikostituzzjonalizza lill-Akkademja tal-Malti.
Il-Malti bħala l-lingwa tan-Nazzjon tagħna hi proprjetà ta’ kulħadd. ĦADD m’għandu monopolju fuqu. Ninsab diżgustat ukoll li l-gazzetti Maltin ma pprotestawx.
Veru li l-Malti ħa passi kbar ’il quddiem imma mhux bil-ħila tal-Kunsill. Il-Malti tant huwa prezzjuż u fl-istess ħin delikat li jmissna nnaqqsulu r-regoli mhux noħonquh biż-żieda ta’ regolamentazzjonijiet superfluwi.
9. X’laqtek f’Malta matul din l-aktar żjara reċenti tiegħek fuq il-gżira? X’kienu l-impenji tiegħek matul il-perijodu li għaddejt hawn Malta?
Ġejt hawn Malta bosta drabi Patrick. Xejn m’għadu jgħaġġibni. Is-soċjetà Maltija, il-Maltin iridu jikkurawha mhux aħna li ngħixu f’ambjenza differenti għal kollox minn t’hawn.
Ġejt din id-darba fuq stedina tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bħala “keynote speaker” tal-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu Barra 2010. Is-suġġett tiegħi kien “L-Edukazzjoni: Ankra fl-Identità ta’ Poplu”. Aċċennajt fuq il-valur u s-sinifikat tal-lingwa Maltija fostna l-Maltin.
10. Fil-qosor liema huma l-pubblikazzjonijiet fejn dehru l-kitbiet tiegħek?
Huma dawn: Journal of Maltese Studies (darbtejn); Journal of Mediterranean Studies (Ġunju 2010); Milla wa Milla, University of Melbourne; Il-Malti (Akkademja tal-Malti); The Maltese Language of Australia: Maltraljan...; Lingwa u Lingwistika (MATSEC u Klabb Kotba Maltin); Current Issues in Language Planning (UK & USA); Multilingual Matters (UK); Linguistics Dept, Payap University, Thailand; Bullettin Linguistique (Sorbonne); Language (USA); Lancaster University (UK); u oħrajn fl-Italja, Spanja, Ċina, Russja, eċċ.
11. Għid xi ħaġa fil-qosor dwar proġetti u pjanijiet futuri tiegħek.
Pjanijiet għall-futur ma tantx għandi għajr li forsi nippubblika antoloġija ta’ bijografiji ta’ Maltin li ħallew il-marka tagħhom fl-Awstralja. Fil-preżent għandi serje ta’ programmi fuq ir-radju dwar l-istorja u nisel il-Malti li nispera għad niżviluppahom fi ktieb. Għandi xi żewġ reċensjonijiet x’inħejji li jinkludu l-filosofija Maltija u l-letteratura. U nittama li għad nikteb xi ħaġa aktar aġġornata dwar il-Kantilena.
Inħoss hena ġewwiena u ċertu ottimżmu meta niskopri poeta ieħor, l-aktar fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Din id-darba mess lil Adrian Camilleri, u għandu saħansitra blog fejn wieħed jista’ jaqra l-versi tiegħu: http://muzajci.blogspot.com/ Qalli li m’huwiex ċert jekk jistax isejjaħ dawk tiegħu versi. Dan huwa żgur sinjal pożittiv ta’umiltà, virtù xejn komuni fil-gżejjer tagħna llum. Jiena serraħtlu rasu u għedtlu li bosta mill-poeti stabbiliti hekk bdew ukoll.I presenti sono stati onorati dalla parecipazione del 4th System Quartet, che ha suonato vari pezzi presi dal repertorio musicale classico italiano.
Patrick Sammut ha parlato del Premio Mondiale di Poesia Nosside 2010, anche tramite l'aiuto di una presentazione PowerPoint. Quelli presenti hanno potuto seguire anche tramite i depliant del Nosside 2010, disponibili durante l'evento.
I membri dell'Associazone dei Poeti Maltesi hanno letto varie poesie in maltese, italiano e inglese, incluse anche alcune poesie della poetessa italiana, Ada Negri. Interessante era anche la parte dedicata al poeta maltese-australiano, Rigu Bovingdon, che ha letto alcune delle sue poesie nelle tre lingue. Bovingdon e' emigrato verso l'Australia negli anni '50, pero' visita l'isola di Malta regolarmente. Ha avuto un ruolo di spicco nell'insegnamento della lingua maltese e nella diffusione della cultura maltese in Australia.
L'evento e' stato seguito con grande interesse e attenzione ed e' stato accolto molto bene dal Direttore dell'Istituto Italiano di Cultura e dal suo gruppo di collaboratori italiani.
Alla fine dell'evento il Presidente e il Segretario dell'Associazione dei Poeti Maltesi hanno presentato al Dott. Busetti due antologie poetiche multilingue pubblicate dalla stessa Associazione. Copie dell'Antologia Poetica del Nosside 2009 sono state presentate al Direttore dell'Istituto, all'Associazione dei Poeti Maltesi e anche alla poetessa Therese Pace.
Vedi: http://www.ghpm.blogspot.com/
http://www.centrostudibosio.it/
http://www.iicvalletta.esteri.it/


Collaborazione o conflitto fra le culture? La soluzione dell’esperanto

