Din il-koppja bla tfal kellha l-ewwel televizjoni fit-triq, ezatt faccata tal-bieb ta’ barra. Hi u hu kienu joqoghdu fuq is-sufan, fis-salott, isegwu u jien barra l-grada. Darba offrewli biex jekk inkun irrid niehu siggu, u noqghod fl-istess post nara. Qatt ma dahhluni d-dar.
Imbaghad dahhlet it-televizjoni wkoll il-koppja Simmler, faccata taghna. Din l-istess, kienet koppja bla tfal. U allura dahhalt f’mohhi, li min ma kellux tfal – kellu l-flus! Darba s-sinjura Simmler stiednet lil nannti u lili biex immorru nsegwu l-funeral tal-President Amerikan John Kennedy. Kienet haga tal-ghageb.
Meta aktar tard, il-haddiema tal-Gvern inghataw somma flus kull wiehed bhala arretrati, missieri qataghha li jixtri t-televizjoni hu wkoll. Niftakar, kien xtrah minghand l-Erres, quddiem l-Ghassa tal-Hamrun. Fl-istess zminijiet, kienu maghrufin ukoll il-Leowe Opta. Izda skont ma jinghad, l-importanti kien l-gholi tal-aerial.
Li nista’ nghid hu li t-televizjoni qatilli passatemp sajfi, peress li konna niggennu ntajru t-tajra mit-terrazzin. Hekk kif bdew telghin l-aerials, it-tajr beda jithabblilna. Minflok gawdew il-hamiem ghajjien li kien jistrieh fuqhom!
Popolari mat-tfal fi zmieni kienu Rin Tin Tin u Penno di Falco- il Capo Cheyenne. Nannti u nannuwi dahhlu t-televizjoni aktar tard, meta filghaxija kienu jkunu fl-aqwa taghhom l-ispettakli tal-Black and White Minstrel Show.
Illum hemm ikoni godda u ma nahsibx li kien hemm xi intervall ta’ riflessjoni dwar Mike Buongiorno, lanqas fost in-nies godda tal-media. L-ahbar ghaddiet mal-ohrajn. Hasra li d-diskors jaqa’ fuq hwejjeg banali u jevita s-sustanza. Buongiorno kellu hafna sustanza.
Charles Casha:- Niftakar meta bdejna naraw l-ewwel settijiet fil-ħwienet li kienu juru xandiriet mir-Rai. Kont tara hafna nies weqfin quddiem l-armaturi jaraw l-ahbarijiet jew programmi ohra bhal Carusello. Dan l-avveniment żgur li ġab bidla kbira fil-ħajja tal-familja Maltija. Naqas l-interess fiċ-ċinema li kien l-aktar mod popolari ta’ divertiment, żamm il-familja ġewwa, kabbar l-interess fil-World Cup għax issa bdejna naraw xi logħbiet u b’mod negattiv, naħseb li bdiet tinqata’ bil-mod il-mod, dik il-ħajja li konna nghixu, fejn kulħadd kien jinġabar f’kamra waħda u jitkellem. Issa bdejna ningabru f’kamra waħda, iżda kulħadd maqtugħ minn xulxin ghax kulħadd irid jara u jisma’.
3. Xi tghid dwar Mike Bongiorno u l-programmi tieghu matul is-snin? X’tiftakar l-aktar minn dawn? X’kien jolqtok l-aktar?
Mario Azzopardi:- Mike Bongiorno kellu l-hila jivvinta lilu nnifsu mill-gdid. Kien johloq dinamika singulari mat-telespettaturi u kien jolqotni l-espertizmu innokwu tieghu: jissintonizza mal-pubbliku minghajr ma jippatronizzah. Kont nammira hafna s-semplicita` u l-ironija tieghu.Alfred Massa:- Mike Bongiorno kien preżentatur tajjeb ħafna speċjalment fejn jidħlu l-quizes. Kultant kien idejjaqni ftit għax l-umoriżmu tiegħu ġieli kien punġenti barra milli kien jippretendiha żżejjed. L-aktar programm tiegħu li kien jogħġobni La Ruota della Fortuna. Kien programm divertenti u istruttiv ukoll.
Alfred Palma:- Meta Mike ha over minghand Riva, kien ghadu zaghzugh, mimli energija (li zamm sa xjuhitu u mewtu). Kellu sens kbir ta’ professjonalita` u karizma, u kien ihallik imwahhal ma’ l-iscreen tat-television. L-aktar li kienu joghogbu, u kienu jgbdu l-udjenza kienu Campanile Sera u Rischiatutto. Lili kien jolqotni l-aktar dan il-quizz ta’ l-ahhar, ghax minbarra li kien imfawwar bil-kultura, kien joffri premjijiet fantastici ta’ flus lir-rebbieha, u ghalhekk tista’ tobsor
x’tensjoni kien ikun hemm lejn tmiem il-quiz! Izda minbarra l-quizzes, Mike kellu wkoll quizzes ohra interessanti, u lejn it-tieni fazi tal-karriera tieghu ibbrilla ghal bosta snin fil-quiz La Ruota della Fortuna, li aktar mil-lum, hajr ghall-karizma ta’ Mike, kien jigbed miljuni ta’ telespettaturi.
Charles Casha:- Jien ma tantx segwejtu wisq lil Mike Bongiorno ghalkemm rajtu kemm-il darba. Kien preżentatur qawwi ħafna, forsi xi kultant ftit arroganti (mhix qed ngħidha b’disprezz) imma hekk kont inħossu. Forsi ghandi idea ħażina. Pero` kien kapaċi ħafna u ħalla impatt qawwi fuq it-telespettaturi.
4. Kif hassejtek malli sirt taf li Mike Bongiorno m’ghadux maghna? X’tiftakar l-aktar minnu?
Mario Azzopardi:- Hassejt li miet xi hadd li fil-verita`, kellu xi haga li taghtik l-impressjoni li hu etern. Irriflettejt li anki wara l-maskra tal-“allegrija”, l-ahhar appuntament tal-bniedem hu mal-mewt. L-aktar li niftakar minn Bongiorno hi s-serata li kien iddedikalu Bruno Vespa f’Porta a Porta meta harget l-awtobijograija tal-prezentatur : kwazi b’dizinvolutra kien iddeskriva kif zgicca mill-fucilazzjoni mill-Gestapo fl-ahhar mumenti, bis-sahha ta’ negozjar li kien sar biex jitpartu l-prigunieri tal-gwerra.
Alfred Massa:- Iddispjaċieni meta smajt bil-mewt tiegħu. Fhimt li bid-difetti li seta' kellu, it-TV kienet tilfet preżentatur mill-kbar. Ma naqbelx ma' dawk it-Taljani li qisuh bħala Il-papa' della TV. Kien hemm preżentaturi oħra tal-kalibru tiegħu bħal Mario Riva u Corrado, biex insemmi tnejn.
Alfred Palma:- Meta smajt bil-mewt ta’ Mike inhsadt. Nammetti, xi drabi kien jirritani bis-sens ta’ superjorita` li kien jadotta; ma kienx icedi argument kif gieb u lahaq, u niftakar tajjeb il-battibekk jahraq li darba kellu ma’ Sgarbi (xejn inqas puntiljuz minnu) li fih kwazi gew fl-idejn. Niftakar ukoll kif darba avvelixxa wahda mill-konkorrenti meta qabadha b’xi noti miktuba waqt puntata ta’ (minghalija) Lascia o Raddoppia. Tant avveliha li hassha hazin. Imma mbaghad Mike kien inehhili kull sens ta’ antipatija bil-paprati celebri tieghu, li bosta drabi kienu jifqghuk bid-dahk u li llum, ma’ kull tifkira ta’ Mike, jiffurmaw parti integrali mill-istorja tat-televizjoni Taljana. Niftakar ukoll cajta helwa li ghamlulu fuq Canale 5, meta Luca Barbareschi mar travestit ta’ konkorrent waqt puntata ta’ La Ruota della Fortuna, u waqqa’ lil Mike ghaz-zuffjett. Hemm trid tarah jirrabja lil Mike! Minkejja kollox, ic-cajta ma hadhiex. Kien professjonist perfett!
Charles B. Spiteri:- Meta tkun zghir fl-età ma taghtix kas il-mewt ta’ min hu ferm akbar minnek. Izda meta d-distakk fl-età ma jkunx kbir hafna, allura tibda tirrealizza li tinsab qrib l-istess triq ta’ min halliena. Ghalhekk jiddispjacik ghalih u tiftakar fl-istejgis li jista’ jkun fadallek. Hu minnu li l-Malti jghid li ‘imutu l-hrief qabel in-naghag’, izda dik eccezzjoni ghax generalment, in-naghag jinqatel qabel il-haruf! Mike Bongiorno, kif intqal fuq l-istess stazzjonijiet tat-televizjoni, jista’ jitqies ir-re tax-xandir televiziv.
Jien lil Mike nibqa’ nassocjah mal-kwizz.
Charles Casha:- Bħal kull mewt oħra hasditni. Kont qed inqalleb xi programmi meta rajt l-ahbar tal-mewt tieghu. Ftakartu l-aktar jghajjat “Allegria”. Kienet xi ħaġa li kien iħobb jaghmilha.
5. Xi tghid dwar il-kwalità tal-programmi tal-imghoddi mqabbla ma’ tal-lum?
Mario Azzopardi:- Teknikament m’hemmx paragun. Il-programmi tal-imghoddi kienu lineari u statici hafna. Illum hemm hafna aktar plasticita’ u manipulazzjoni digitali li timpressjona. Imma fil-programmi tal-lum hemm anki t-trijonf tal-banalita` fuq is-sustanza; tal-prezunzjoni, il-pozi u l-blaff kontra s-serjeta` u l-passjoni ta’ dari. Imma gust li nghid ukoll li llum il-programmi huma aktar “demokratici”, bil-perikli kollha li jgib mieghu dan l-istat ta’ fatt, specjalment fejn tidhol il-kwalita` tal-kontenut.
Alfred Massa:- Teżisti differenza kbira. Anzi jekk kultant inħossni mweġġa' għax nara li d-diċenza fis-sens wiesgħa tal-kelma ħadet daqqa 'l isfel.
Alfred Palma:- Hemm bahar jaqsam bejn il-programmi ta’ dak iz-zmien u dawk tal-lum. Jekk xejn, l-istazzjonijiet kienu limitati: ir-Rai u wara, hawn Malta, TVM. Maz-zmien fl-Italja fegget il-Mediaset u aktar varjeta` u ghazla ghat-telespettatur. Imma l-programmi ta’ dak iz-zmien kienu varjati u ta’ kwalita`, mahsuba li jaghtu lill-ispettatur valur ghal flusu; u kienu maghmulin b’attenzjoni u koncentrazzjoni u fuq kollox b’dedikazzjoni u professjonalita` . B’hekk, it-telespettaturi kienu aktar jingibdu lejn l-ikoni favoriti taghhom, partikolarment Mike Bongiorno. Illum ninsabu fgati bl-istazzjonijiet televizivi, u kull wiehed ifittex li jifdi l-ispejjez: ergo reklami u programmi li joghgbu lill-massa, irrispettivament humiex ta’ kultura jew trash.
Charles B. Spiteri:- Forsi din il-mistoqsija missejtha ftit aktar ’il fuq. Dari, meta l-biza’ mit-televizjoni kien kbir ghall-valuri nsara taghna- konna naraw bicca koxxa ta’ mara u niskantaw. Illum wasalna naraw lill-bniedem gharwien huta u ma niskantaw xejn. Ghaliex? Ghax uri llum u uri ghada, kollox jindara u jigi kkupjat. Illum mhemmx ghalfejn tizzewweg biex tara n-nudità tal-mara. Sempliciment tinxtehet komdu fuq sufan… u ssegwi. U l-filmati tal-lum huma kollha fuq l-infedeltà, serq, drogi u qtil, qisu xejn mhu xejn. Ebda filmat li joffri taghlim lit-telespettatur, li jghinu jaghder u jahfer lis-sieheb jew siehba tieghu. Xejn ma jghallem kif tfaddal u tibza’ ghall-flus. Minflok, naraw kif ghandna nkunu socjetà konsumista. Uza, armi u ixtri.
Charles Casha:- Wiehed irid joqghod attent meta jiġi biex iqabbel ghax iż-żminijiet, il-mentalita`, l-apparat, il-finanzi ecc huma differenti bejn zmien u iehor. Barra minnhekk wieħed jaf ikun preġudikat ghax tidhol ċerta nostalġija. Xi programmi kienu jogħġbuni hafna, kieku kelli narahom illum, forsi ma jogħġbunix daqshekk. Naħseb li kull żmien għandu tiegħu.
6. X’jistghu jitghallmu prezentaturi Maltin minn personagg bhal Mike Bongiorno?
Mike Bongiorno:- Ghandhom jitghallmu li biex tohloq sintonija awtentika mal-pubbliku m’ghandekx ghalfejn titqanzah, tixxenja u tonfoh lilek innifsek b’mod redikolu.
Alfred Massa:- Naħseb li ma nistgħu qatt nilħqu l-livell tal-preżentaturi barranin. L-ewwelnett il-klijentaliżmu u l-passjoni politika huma qawwijin ħafna fostna. Barra minn hekk neqsin mill-professjonalita'.
Alfred Palma:- Il-prezentaturi Maltin ghandhom hafna x’jitghallmu minn Mike. Mike kien artist, karizmatiku, dejjem mimli energija, li l-ghajta ferrieha tieghu Allegria kienet iddahhlek mill-ewwel fl-atmosfera tal-quiz, festival jew xi jkun se jipprezentalek. Kien dejjem jaf xi jrid, kien stinat u gellied u ma jerhiha lil hadd. Xi drabi, jekk xi hadd kien jitfaghlu xi botta b’cajt, kien jehodha di petto u erhilu jweggghu sarkastikament b’ilsienu. Imma kien professjonist imwieled; kellu d-don tal-karizma, li ma takkwistahx bit-tahrig. Izda l-prezentaturi taghna, ukoll jekk izommuh b]hsimbolu ta’ dak kollu li tista’ toffri t-televizjoni, jistghu jitghallmu hafna minnu, u b’
hekk, jekk xejn, jiksbu aktar sodisfazzjon mill-karriera taghhom.
Charles B. Spiteri:- Il-prezentaturi Maltin ghandhom ferm x’jitghallmu minn Mike Bongiorno. Ibda biex ma jghaddux kummenti personali wiehed lill-ohra waqt il-programm. Imbaghad, li jkollhom programm studjat minn qabel biex huma juru l-hila taghhom. U fl-ahharnett li jzommu s-serjetà li kien izomm hu. Ghalkemm kien ikollu xi zeffiena ’l hawn u ’l hemm, ma konniex naraw il-pastazati fl-ilbies li qed naraw illum. Din però tista’ tkun rizultat taz-zmien. Ma nafx kieku Bongiorno kien prezentatur illum, x’tip ta’ lbies u tqaccit fiz-zeffiena stajna naraw. Ghax kif digà ghedt, it-televizjoni beda biex ha s-subgha u spicca biex ha l-id.
Charles Casha:- Naħseb li hemm ħafna x’jitgħallmu,mhux minn dan il-personaġġ biss iżda minn għadd ta’ personalitajiet oħrajn fuq il-televixin, kemm dak Taljan u kemm ta’ pajjiżi oħrajn. Il-preżentaturi tagħna jagħmlu tajjeb kieku jippreparaw ruħhom aħjar, inqas storbju u ghajjat qishom qegħdin fi pjazza u jagħmlu riċerka serja qabel itellgħu programm.