L-Għaqda Poeti Maltin, qiegħda tniedi bidu ta’ qari ta’
poeżiji fil-kafeterija Cafè Rocher,
li tinsab fuq ix-xellug kif wieħed jidħol minn Bieb il-Belt. Din se tibda tkun
fl-ewwel Sibt ta’ kull xahar fl-għaxra ta’ filgħodu, minbarra meta dan il-jum
jaħbat festa.
Il-poeżiji
li jinqraw jistgħu jkunu b’kull ilsien li l-kittieb iħossu komdu fih, basta
l-Poeta jkun dispost biex jispjega jekk il-lingwa ma tkunx waħda minn dawk li
ssoltu aħna l-Maltin aħna esposti għaliha komunement.
Wieħed
ukoll jista’ jieħu kafè jew dak li jrid mingħand Cafè Rocher (ovvjament
kulħadd iħallas tiegħu biex ma jinħoloqx diżgwid). L-ewwel laqgħa se tkun nhar
is-Sibt, 5 ta’ Jannar, 2013. Il-Membri
tal-Għaqda Poeti Maltin u l-pubbliku ġenerali huma mistednin biex iġibu
l-poeżiji tagħhom biex jaqrawhom. Min
jippreferixxi jisma’ biss hu mistieden ukoll.
B’dan
il-mod l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tagħti spazju lill-kittieba Maltin tal-poeżija
biex jikkomunikaw il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom mal-bqija tan-nies, u
biex il-poeżiji tagħhom ikunu apprezzati
aħjar. Dan isir f’atmosfera ta’ ħbiberija,
bejn kikkra kafè u oħra. Għaldaqstant, inħeġġu lil kulħadd biex jibda jieħu
sehem f’din l-attività.
Niltaqgħu.