Tuesday, September 01, 2009

Intervista ma' Manwel Cassar mill-Awstralja


1. X’inhi r-relazzjoni ta’ Manwel Cassar u l-Awstralja llum? Xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?

Primarjament jien abitant fl-Awstralja u ili noqghod hawn izjed minn darbtejn snin milli kont f’Malta. Ma domtx ma drajt u ghadni sal-lum ma jiddispjacinix li sifirt. Dan ma jfissirx li ma hemmx x’inhoss in-nuqqas tieghu. Bl-istess mod inhoss li, kieku kelli nerga’ nibda noqghod f’Malta, cert li nhoss xi nuqqas ta’ tgawdijiet t’hawn li mhumiex iddupplikati f’Malta.

Ghal min jinsab bhali, Malta tibqa’ mahbuba. Fejn isir it-twelid jibqa’ influwenza kbira. Malta ghandha l-karattru taghha li huwa uniku u l-Maltin imsifrin jiftahru bih. Ahna nirreferu ghalina bhala Maltin-Awstraljani u ngawdu c-cittadinanza taz-zewg pajjizi. L-isfond religjuz, storiku, socjali ta’ wiehed jaf lill-iehor u jiltaqa’ sikwit mieghu, flimkien mal-uzu tal-Ilsien Malti fil-hajja ta’ kuljum u fid-Dipartimenti tal-Gvern u f’kull htiega, jibqa’ maghzuz u jlewwen l-ezistenza tkun fejn tkun.

2. F’liema attivitajiet jew ghaqdiet jew inizzjattivi kont u inti impenjat?

Fl-1959 waqqaft l-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja li kienet miftuha ghall-kittieba Maltin li jiktbu mhux biss bil-Malti. Kellha hafna attivitajiet fi hdanha u fil-pubbliku. Wara hafna snin raqdet. Imbaghad Guzè Abela waqqaf il-Maltese Literature Group li wara zdied bil-Malti: Grupp Letteratura Maltija. Il-M.L.G-G.L.M. ghadu jezisti attivament. Ghal xi snin jiena kont president tieghu. Bqajt niehu sehem fil-laqghat ta’ qari privat u fil-pubbliku. Iz-zewg ghaqdiet li semmejt hargu kotba, antologiji ta’ kitba tal-membri. Kienet ukoll titmexxa pagna letterarja ta’ kull xahar fil-gazzetta Malta li m’ghadhiex tezisti. Il-gazzetta tal-Maltin, The Maltese Herald, ilha u baqghet tohrog kull gimgha. Jiena kkontribwixxejt kemm-il darba fil-pagna letterarja li kien jiehu hsiebha Gorg Chetcuti sa mewtu. Kont fl-istess hin inxandar fl-istess gazzetta pagna tieghi kull xahar bl-isem “Milli Ghandi”. Kienet pagna ta’ komponimenti, kritika letterarja, poeziji bil-proza u rapporti.

Ghal xi zmien kont president tal-Australian Multicultural Writers Association li kienet tal-membri ta’ bosta nazzjonalitajiet. Drabi hadt ukoll sehem b’qari bil-Malti u bl-Ingliz ta’ xoghlijieti f’festivals kemm tal-Maltin u kemm tal-barranin. Jiena msieheb ukoll fl-Akkademja tal-Malti, l-Ghaqda tal-Malti (Universita`) u l-Ghaqda Letterarja Maltija (illum xolta).

Ghadha kemm twaqqfet minn Dr. Maurice Cauchi l-Association of Maltese Writers in Australia and New Zealand, li hija ghaqda informali kkoordinata mill-Maltija Dr. Lou Drofenik, u jiena ninsab f’din l-ghadqa.

Hadt ukoll sehem b’qari ta’ xoghlijieti ghal bosta snin u ghadni niehu sehem b’tahditiet fuq il-poezija Maltija tradizzjonali u moderna u fuq wirjiet tal-arti fin-National Gallery of Victoria – qed nghid ghal sehmi fil-programmi Maltin tar-radju tal-iSpecial Broadcasting Service.

Billi jiena wkoll pittur, ninsab imsieheb f’sitt ghaqdiet tal-arti, membru tal-kumitat f’wahda minnhom u kunsillier f’ohra. Din tal-ahhar, il-Victorian Artists Society, kellha bhala msiehba xi whud presidenti, uhud mill-artisti l-aktar maghrufa u mdahhla kontinwament fil-kotba u programmi tal-istorja tal-arti tal-Awstralja. Kemm-il darba wrejt xoghlijieti individwalment kif ukoll ma’ ohrajn. Bhalma fil-poezija u fil-proza, irbaht f’konkorsi/wirjiet tal-arti. L-istil tieghi huwa espressjonist.

3. Fil-belt fejn tghix, il-Maltin (u anki komunitajiet ohrajn) kemm jiehdu interess fil-letteratura?

Il-Maltin generalment iktar mohhhom fil-familja u fix-xoghol u f’certu ghadd fil-festi religjuzi msejsin fuq ta’ belthom jew rahalhom ta’ Malta, milli fuq il-letteratura. Madankollu xi ftit mijiet jattendu ta’ kull sena ghal-Lejla Muziko-Letterarja tal-M.L.G.-G.L.M. Imbaghad, fl-istess ghaqda hemm qalba ta’ membri li jattendu dejjem ghal-laqghat ta’ qari tal-ghaqda ta’ kull xahar.

Daqsxejn tqil ghalija biex nitkellem fuq komunitajiet ohra. Ma nafx b’ghaqdiet specifikament ta’ nazzjonijiet ohra, imma naf b’gazzetti taghhom kif ukoll lil xi kittieba letterarji taghhom. Nobsor li hemm ghaqdiet – darba kont mistieden minn socjetà tar-Russi u kont qrajtilhom bil-Malti poeziji tieghi u traduttur Russu qalhom bir-Russu, Kienet esperjenza li ghogbitni u mid-dehra lil dawk – numeruzi – li attendew.

Il-mistoqsija tieghek qieghda tnebbahni biex naghmel daqsxejn tar-ricerka dwar ghaqdiet letterarji ta’ komunitajiet ohrajn. Bilhaqq, naf b’bosta ghaqdiet letterarji tal-Ilsien Ingliz u hadt sehem b’qari f’xi whud – qari ta’ poeziji tieghi bl-Ingliz jew maqlubin ghall-Ingliz mill-Malti tieghi.

4. Xi tghid dwar il-kittieba Maltin fl-Awstralja llum? Min huma u x’qed jinkiteb?

Il-kittieba Maltin-Awstraljani mhumiex numeruzi u li naf bihom huma f’zewg Stati, Victoria u New South Wales. Hemm wiehed fi Queensland. Qed nalludi ghall-kittieba bil-Malti. Dawk li jiktbu bl-Ingliz huma mferrxin aktar. Il-kittieba tal-Malti huma iktar mixhuta fuq il-poezija milli fuq il-proza, ghad li proza letterarja nkitbet ukoll bhal minn Dr. GuzÁ Abela, Gorg Chetcuti, Joe Axiaq, Rigu Bovingdon u minni.

Il-kittieba tal-versi Maltin ivarjaw bejn il-qabbiela u bejn il-poeti. Fl-oghla skala, fil-fehma tieghi, joqoghdu Dr. GuzÁ Abela, Gorg Chetcuti, Joe (Valentin Barbara) – it-tlieta regghu siefru, did-darba ghad-Dinja l-Ohra t’Hemm Fuq, Joe Saliba, Manuel Casha, Dr. Maurice Cauchi u Pauline Curmi. Ghandna poeti ohra, Manwel Nicholas-Borg f’certi suggetti (gie nieqes ukoll), Frank Zammit, Fredu Casha u Baldass Armato (anki dan gie nieqes). Il-qabbiela. Li mhux dejjem iqabblu anki meta jkunu minghalihom qed iqabblu, huma iktar numeruzi.

Zewg poeti magguri, Albert Marshall u Charles Coleiro, ghexu ghal xi zmien fl-Awstralja. Ma nafx sewwa x’kiteb Coleiro mill-Awstralja, imma naf b’ghadd ta’ poeziji li Marshall kiteb minn hawn, anki bi sfond Awstraljan.

X’qed jinkiteb? Xejn mill-mejtin Abela, Chetcuti, Barbara, Nicholas-Borg u Armato. Jekk qed jiktbu fil-Genna, nittama li nkun nista’ ngawdi xoghlijiethom jekk jisthoqqli. Lanqas ma qed jinkiteb minn Cauchi, avolja hajjartu bil-fomm. L-ohrajn irrid nemmen li qed jiktbu iktar bl-istil taghhom. Jiena nnifsi ma waqaftx – ippassjonat.

5. Naf li l-Maltin ghandhom ukoll il-programmi tar-radju u l-gurnali taghhom. Xi tghid dwar dan?

Hemm programmi tar-radju bil-Malti fuq numru ta’ stazzjonijiet u huma ta’ kuljum. Jiena ma tantx nismaghhom ghax dejjem imhabbat, per ezempju, b’xoghol ta’ interpretu li jbeghedni mid-dar u mir-radju. Mill-ftit li nisma’, il-programmi huma mixhutin ghall-gosti tal-poplu. Kien ikun hemm taqsima letterarja kull nhar ta’ Tnejn, imma r-regolarità taghha tnehhiet.

Sehmi fl-iSpecial Broadcasting Service ga semmejtu. Gurnali bil-Malti? Ghandna gazzetta wahdanija li tohrog minn Sydney bl-editur taghha Lino Vella. Hija The Maltese Herald li xxandar l-ahbarijiet u artikli bil-Malti u bl-Ingliz. Hija popolari mhux hazin fost il-Maltin tal-Awstralja. Gorg Chetcuti kien johrog pagna letterarja, kif ghedt, imma hadd ma dahal ghaliha wara mewtu.

6. Iddeskrivi fi kliemek il-belt fejn tghix u ghidilna ftit kif inhi x-xitwa hemmhekk.

Melbourne hija l-kapitali tal-Istat ta’ Victoria. Il-maggoranza tal-Maltin-Awstraljani joqoghdu go Victoria u fi New South Wales. Melbourne hija belt moderna b’bosta bini gholi (skajskrejpers), imma ghandha wkoll kemm-il bini ta’ mitt jew ’il fuq minn mitt sena ilu u dan jaf ikun ikklassifikat bhala heritage u l-faccata quddemija tieghu tkun trid tinzamm anki jekk jimmodernizzaw il-gewwieni tieghu. Il-bini ta’ Melbourne huwa generalment tal-ufficcji u tal-kummerc tal-hwienet, ristoranti, kafejiet, muzewijiet, galleriji tal-arti li l-ikbar wahda hija l-Gallerija Nazzjonali ta’ Victoria, b’xoghlijiet ta’ artisti maghrufa ta’ matul l-istorja kollha tal-arti internazzjonali, knejjes u katidrali ta’ hafna denominazzjonijiet. Melbourne ghandha l-port fejn kienu jinzlu l-art l-immigranti u ghandha x-xmara Yarra li ddur bicca sewwa maghha. Il-katidral Kattoliku glorjuz huwa ddedikat lill-San Patrizju. Ghandna wkoll zewg stazzjonijiet kbar tal-ferrovija, is-South Cross u Flinders Street. Fiha jahdmu kontinwament it-trammijiet. Hemm ukoll xarabankijiet u, l-iktar ghat-turisti, speci ta’ karozzini biz-zwiemel. Il-karnival t’hawn jissejjah Moomba, li hi kelma Aborigina li tfisser “Ejja ningabru u niehdu gost” u jkollu karrijiet mill-isbah. Kien hemm xi zmien meta l-Maltin t’hawn kienu jiehdu sehem b’xi karru li jirreklama ’l Malta.

F’Melbourne ahna l-Maltin-Awstraljani waqqafna l-monument Shelter of Peace li jfakkar sehem Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-ghoti tal-George Cross. Fuq il-plakka li turi min kienu ‘l-percimes’ li hadmu fuqu b’kumitat hemm ismi u sehmi kien ta’ art advisor u fund raiser. Kull April issir cerimonja kommemorattiva hdejn dal-monument.

Jiena noqghod fis-subborg ta’ Elwood li hu madwar 10 kilometri bghid minn Melbourne. Noqghod qrib il-bahar – Port Phillip Bay. Dari ta’ zewg sulari thaddan isfel fejn nghixu l-hajja tal-gisem marti Josephine, binti Bernardette u jiena, u fuq fejn nghix l-ezistenza tar-ruh ta’ kittieb u ta’ pittur ghax fuq ghandna l-istudju u l-istudjow. Josephine ghandha kitbiet taghha wkoll, waqt li Bernardette tpitter bi stil naive. Huma ghandhom certu vantagg li ma jhabblux rashom jekk ma jipproducux xoghlijiet. Id-dispozizzjoni tieghi hija differenti. Jiena akkanit assolut u ma nghaddix minghajr xoghol gdid.

Ix-xitwa t’hawn? Naturalment, kiesha. Melbourne hija, madanakollu, imsemmija ghall-erba’ staguni fl-istess jum! Ahna drajna t-temp t’hawn u ma jwaqqafna kwazi xejn milli nkunu rridu naghmlu. Il-borra ma tantx ingarrbuha. Hi tiksi l- gholjiet u l-muntanji u halli ghal dawk li jhobbu jiskejzjaw! Sydney hija wisq iktar umda, waqt li Adelaide (fl-istat ta South Australia) ghandha klima inqas esagerata. Perth (fl-istat ta’ Western Australia) tvarja u taf tkun bejn iz-zewg estremi. Brisbane (fl-istat ta’ Queensland) hija shuna. Darwin (fl-istat ta’ Northern Territory) hija tropikali. Hobart (fil-gzira Tasmania) hija iktar kiesha minn tal-istati l-ohra.

7. Naf li kultant zmien tinzel Malta tippartecipa wkoll f’lejliet ta’ natura letterarja. Xi tghid dwar dan u liema hija r-relazzjoni tieghek mal-kittieba u l-ghaqdiet letterarji f’Malta?

Meta ninzel Malta kull tant snin, iva, infittex li nikkontribwixxi f’laqghat letterarji ta’ qari jew bi skop letterarju. Hekk, hadt sehem mal-Ghaqda Letterarja Maltija u mal-Ghaqda Poeti Maltin, waqt li attendejt laqgha tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti u indirizzajt lill-kunsillieri.

Iltqajt ukoll ma’ numru ta’ kittieba ta’ Malta billi zorthom f’darhom. Barra mid-diskors ta’ bejnietna, inhobb nistieden lill-kittieba biex naqraw privatament poeziji taghna. Hekk, per ezempju, ghamilna Achille Mizzi u jien b’qari lil xulxin.

Wiehed mill-kittieba li kont nikkorrespondi mieghu ghal ghexieren ta’ snin sa ma miet, kien John Sciberras. Kont ili nafu mill-hamsinijiet u kien ghajn ta’ ahbarijiet u kummenti letterarji. Ahna konna hbieb tabilhaqq, u bikrin fl-Ghaqda Kittieba Zghazagh li wara ssemmiet l-Ghaqda Letterarja Maltija.

Jiena ma ghandix xi ngerger minn kif laqghuni l-Ghaqdiet u l-individwi u mid-dhul f’pubblikazzjonijiet li nzertaw kienu mahsuba li jsiru meta kont fuq zjara. Imma nistaqsi lili nnifsi jekk l-istedin kienx isir kieku ma inzertajtx hemm. Infatti naf b’antologiji-kotba li hargu fi zminijiet ohra li fihom ma ddahhlux kittieba Maltin imsefrin. Din hi hasra ghax hu ta’ gieh ghall-Ilsien Malti li xtered barra mix-xtut Maltin u thaddem anki letterarjament minn Maltin ta’ barra. Ghaliex, mela, jithalla dan in-nuqqas? Ghax ma hemmx livell gholi bizzejjed barra minn Malta? Nghid b’konvinzjoni li hemm min ghandu ghajnejn biex jara. Il-pregudizzju ikrah. Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb? Konvenjenza tad-distanza li tnaqqas il-kompetizzjoni bl-idea li ghal mitt ghadma hawn mitt kelb? Attitudni egoistika? Hi x’inhi r-raguni jew l-iskuza, mhux servizz sodisfacenti ghall-Ilsien Malti. Mela,

“L-imhabba tal-Ilsien Malti
Mhix kbira daqskemm tidher.”
(Dun Karm)

Antologisti u programmaturi serjissimi jmisshom jafu ahjar.

8. Fil-qosor, liema huma l-pubblikazzjonijiet fejn dehru l-kitbiet tieghek?

Prominenti huma: Il-Muza Maltija (Aquilina), Vatum Consortium (Vassallo), Driegh Ma’ Driegh (ma’ ohrajn fi hdan l-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja), Lejla Xitwija (tejp ma’ ohrajn), Oceghanja (ktejjeb u cd), diversi antologiji tal-Ghaqda Letterarja Maltija, u tal-Hegga Letterarja ’82. Hemm ukoll Irjieh u Frott Iehor (antologiji tal-Maltese Literature Group – Grupp Letteratura Maltija). Bl-Ingliz, Rainbow Rising u Today I Write (tal-Victorian Association of Multicultural Writers, Australia). Lista ahjar tinsab fi Frott Iehor (antologija tal-Maltese Literature Group – Grupp Letteratura Maltija).
POEZIJI
XOTT
Lill-kotra fostna xxuttalna
il-biki mad-dmugh li xxuttajna.
Toqoghdilna l-maskra tal-halq imcarrat
tal-Luna Park; meta minnu naqbzu 'l barra
mill-kurituri tal-ferrovija
tat-twahhix mill-ispirti
bid-dahka nohorgu.
Ma nafux hlief nissiehbu
f'karnival li b'kollox jiddiehak.
Nedhew bil-kaxxi
tal-merkanzija tat-televizjoni
li jimpurtawlna
l-ahbarijiet morri tal-barranin
'mma dawn f'hin l-ikel inlaqqtuhom
ma' l-anti pasto u mad-dezerta.
Ma jfurilniex bil-generozita` dmughna li jaf isaqqi
l-inxufija tad-dezerti.
Irieghed is-sala ta' zfinna
ir-raghad bit-tifqighat tal-glied ma' l-erba' rjieh;
ahna neghlbu s-sejhat
biz-zieda tat-tahbit
tas-saqajn u tat-tazzi.
18.9.07
THENNIJA
Jinfirxilna t-tapit l-ahmar.
Twarrbu. Bizzejjed ghaliha
it-trejqa mgebbla ghal darha.
Tinfed bil-hars il-barzakka tal-qamar
u jbattal minn go fiha l-kwiekeb
imraxxa fuq l-irjus li jitkebbsu
bil-holma tal-hlewwa.
Tmur tistad ghall-imriekeb imgharrqa,
ittellaghhom u tghammarhom
bil-ghana tal-ibhra tal-bahhara.
Tixhet mill-gallarija
tqassis ta' kwiekeb,
jehlu jzejnu t-twieqi tal-girien
f'Milied ta' dejjem.
Taqbez minn sigra ghal ohra tal-foresta
tnaqqar frotthom, li tiehu wkoll ghall-bejta;
b'kisja metall iz-zkuk ewliena
biex ma jqabbdux l-ghedewwa.
Pinzell iperper,
dejjiema demm tal-qalb iz-zebgha,
bil-qalb ipitter.
Kittieba, kompozitura muzikali
ma tafx tertiq ir-ruh.
Taf it-titriq f'kemm igib l-isem
tad-direttorju ohxon.
Tennija tfesdiq it-thennija
f'gagga 'mma b'virgi tal-frieghi.
Bandla hi w seratizz li minn fuqu
tfal jaqbzu jaghmlu bomba
fil-bahar. Hi l-Paciifiku
meta jobdi 'l ismu. Il-paci hi thennija,
mhux bomba.
1.10.08