Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Friday, October 03, 2014
A poem and best wishes for the autumn from Greek poet, Zacharoula Gaitanaki
MY
COUNTRY GREECE
My country, I want to sing
your beauties, your picturesque islands and seas.
In the clear blue waters the life giving sun
is for everybody laughter, joy and friend.
In each holy stone of yours and every shrine,
History stopped to relax a while.
In stone mule paths and in white country chapels
in small harbors sheltered from wind, in heavenly places…
Wherever I look around, I see you everywhere
and with deep emotion, my Greece, I fill with tears.
My unique country, give me your inspiration
to say hymns for you to the end of the world.
ZACHAROULA GAITANAKI, IWA
ZONI Dimou Megalopolis *
220-22 * Arcadia * Greece
e-mail:
zgaitanaki@yahoo.gr
Sunday, September 28, 2014
IL-ĦSIEB TAL-MATERNITA’ FIL-POEZIJA TA’ DUN KARM minn Alfred Massa
Ix-xahar ta' Ottubru jintrabat mal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Dan huwa artiklu li parti minnu jidher fuq ir-rivista letterarja IL-PONT ta' Ottubru 2014.
L-omm hija l-egħżeż
persuna li jista’ jkollu l-bniedem. Dan
għax l-imħabba tagħha tiżboq kull imħabba oħra li teżisti fid-dinja. Għalhekk, ir-rabta bejn l-omm u wliedha
dejjem serviet bħala eżempju ta’ l-akbar għaqda. Mhux ta’ b’xejn, mela, li l-maternita’ sabet
post prominenti f’diversi fergħat artistiċi
- inkluża, naturalment, il-Poeżija.
Dun Karm Psaila
(1871-1961), il-Poeta Nazzjonali tagħna, dan fehmu tajjeb u tah prominenza
liema bħalha fil-poeżiji li ħallielna. Għalih
kienu jeżistu tliet ommijiet: l-omm naturali, l-omm patrijottika u l-omm
tas-sema. Naturalment, dwar dan is-suġġett tista’ tinkiteb teżi sħiħa, iżda
f’dan il-ħin (l-ispazju) limitat ser nipprova nagħti biss ħjiel ċkejken tiegħu.
Omm Naturali:
Dun Karm kellu rabta speċjali
m’ ommu. Wieħed ma jridx jinsa l-fatt li
hu kien saċerdot. Ma kellux mara ma’ min
jaqsam ħajtu. Għalhekk, lil ommu
Lunzjat, kif jgħid wisq tajjeb il-Prof. Ġuże’ Aquilina, “il-poeta qatt ma nesa lanqas fi xjuħitu”. (“Antoloġija”: A.C.
Aquilina, 1969).
L-imħabba li Dun Karm
kellu lejn ommu ħarġet f’diversi poeżiji li kiteb. Lil missieru Filippu qajla semmieh, ħlief
fil-poeżija Żjara lil Ġesù. Kitiblu wkoll sunett bit-Taljan A Mio Padre Morto. Sunett sabiħ, iżda ma damx ma ntesa għall-importanza
li tgawdi l-imħabba, li kellu lejn ommu.
Din l-imħabba materna
kultant il-poeta wrieha b’mod ċar u espliċitu, u kultant għaġinha ma’ mħabba ġenerika
li wieħed isib bejn l-omm u wliedha.
Insemmi b’eżempju poeżiji bħal Il-Wegħda,
Is-Salib, Biki ta’ Omm, Univers Ieħor u oħrajn. Imbagħad f’poeżiji oħra, Dun Karm kien aktar
miftuħ u dirett bħalma nsibu f’ Il-Jien u
lil Hinn Minnu, Waħdi, Żjara lil Ġesù, Int ma Tarġax u Il-Kelma t’ Ommi.
Iżda forsi l-aktar versi
qawwija li jikxfu x’kienet tfisser ommu għalih, Dun Karm nisiġhom lejn tmiem
it-tieni strofa tal-poeżija Żjara lil Ġesù.
“ ftakart fik u
donni
ħassejt li ma kellix iżjed
x’nambiha
din il-ħajja li tajtni hekk għażiża,
la darba ma kont nista’, ferħ jew
niket,
taqsamha miegħi; u taħt l-art ħanina
fit-tgħanniqa tal-mewt xtaqt
norqod miegħek.”
Omm Patrijottika
Il-poeti romantiċi kienu
jħobbu jippersonifikaw; u Dun Karm ma kienx xi eċċezzjoni. Mhux biss, imma f’diversi xogħlijiet huwa
immaġina lil art twelidu “mara għaqlija” (Liema?). Fuq kollox, immaġinaha diversi drabi “omm” bħalma
sejħilha fl-Innu-Talba li ħallielna biex ikun parti mill-identita’ dejjiema tagħna:
“L-Omm li tatna isimha”.
Dan kollu għax il-poeta
kien jemmen bis-sħiħ li m’hemmx imħabba isħaħ u aqwa minn dik li tgħaqqad
l-omm ma’ wliedha. U l-imħabba ta’ Dun Karm lejn Malta daqstant
kienet kbira ! Ħabbha fi żmien meta
bosta minn ħutu l-Maltin kienu “rieqda ġo sodda barranija” (R. Briffa: Jum ir-Rebħ). Iżda hu ma staħax, ma baqax lura milli stqarr
pubblikament imħabbtu lejn din l-omm patrijottika:
“Iżda daqsek lil ħadd O Malta
tiegħi
għax int biss ommi, int tajtni
l-isem
u
għadmek għadmi u demmek jiġri miegħi.”
Din l-istqarrija ta’ mħabba
fis-sunett Lil Malta tirbombja f’poeżiji
oħra; hekk kif jirbombjaw frażijiet bħal: “Malta tiegħi”, “Malta tagħna”, “maħbuba
Malta tiegħi”, “art ħanina”, u oħrajn.
Min-naħa l-oħra, minħabba li l-poeta ħabbha tabilħaqq lil art twelidu,
huwa ma naqasx li jwiddibha biex ma titbiegħedx mit-triq tas-sewwa kif għamel
fil-poeżiji Biki ta’ Omm u Lil Malta
tal-lum u ta’ għada.
Omm
tas-Sema:
Naturalment, kemm bħala kattoliku
u wisq aktar bħala qassis, Dun Karm ma setax jonqos li ma jħobbx b’imħabba speċjali
lill-Madonna. Għalih Marija kienet
it-tieni ommu tiegħu, jekk mhux l-ewwel.
Il-poeżiji Marjani ta’
Dun Karm huma diversi. Il-Prof. Ġuże’
Aquilina jgħid li, “Il-poeta tal-Madonna
fil-letteratura Maltija jibqa’ Cuschieri, b’dawk il-versi tan-nar u mħabba,
naturali ħafna mingħand Karmelitan, iżda bis-sunett Mater Purissima Dun Karm laħaq, u forsi għadda lil Cuschieri”
(“Antoloġija”: A.C. Aquilina, 1969). Dan
is-sunett Aquilina jsejjaħlu “ġawhra
tal-letteratura tagħna”.
Ma’ dan is-sunett jiena
nżid tnejn oħra: Bjuda u Id-Duluri. Wieħed jista’ bir-raġun kollu jistqarr li
f’poeżiji bħal dawn il-poeta wera tabilħaqq il-kobor ta’ Marija, effett
tal-Maternita’ divina tagħha. Għax
kollox hu frott tal-fatt li l-Madonna hija omm Alla. Għalhekk hija daqstant sabiħa, setgħana, ħanina;
għax hi omm il-Feddej. Hawn jinħass
jonfoħ ir-riħ tal-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, li jispikka b’mod tassew eċċellenti
fl-aħħar terzina tas-sunett Bjuda:
“U ħlomt ħolma tal-ġenna -
dehra ġdida !
Rajtek tkebbeb, bħal star tfajla
Lhudija
Li kienet xebba u kellha ’l binha
f’idha.”
Iżda Dun Karm ried ipoġġi
quddiemna lill-Madonna bħala omm tagħna wkoll.
Ommna li tħobbna. Għalhekk isejħilha
“Int, omm li taf tagħder” (Mater
Purissima); “Int Omm minn tagħna” (Id-Duluri);
“Xemx ħanina” (Angelus); “Int l-omm
l-aktar sabiħa” (Il-Għanja ta’ Mejju).
Il-poeta għandu sejħat oħrajn lil Marija
imxerrdin f’diversi poeżiji.
L-imħabba ta’ Dun Karm
lejn il-Madonna twaħħdet miegħu sewwa.
Hu kellu fiduċja fiha daqskemm kellu f’Binha Ġesu’. Għalhekk bħalma Anastasju Cuschieri O.C.
fil-poeżija Fis-Santwarju tal-Madonna
tal-Karmnu talab lil Marija tersaq lejn soddtu fis-siegħa ta’ mewtu, naraw
li Dun Karm esprima l-istess ħsieb fil-poeżija Lil Ommi Marija:
“Deh, meta tersaq l-aħħar
Siegħa tal-ħajja tiegħi,
Nixtieq ingħannqek miegħi
Ngħajjatlek ‘Ommi’ u mmut.”
Din ix-xewqa takkompanja
oħra bħalha li tinsab lejn tmiem il-poeżija Saffika Il-Vjatku. Hawn il-poeta
sejjaħ lil Ġesu’ biex imur ukoll iżuru fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu:
“L-aħħar Ħabib, ejja ġo sidri, u
qiegħed
Qalbek fuq qalbi u minn kull dnub
saffiha;
Miegħek mgħannaq, Ġesu’ naqbad
bla biża’
it-triq ta’ dejjem.”
Għeluq:
~ertament li hemm ħafna
aktar xi tgħid dwar il-ħsieb tal-maternita’ fil-poeżija dunkarmjana, iżda minħabba
limitazzjoni ta’ spazju (tal-ħin), ma stajtx nelabora iżjed. B’danakollu, inħoss li s-sustanza tinħass
sewwa. Dun Karm ħares dejjem lejn
il-Madonna bħala omm. U jekk omm ma
tgħallimx lil uliedha, x’omm tkun? Għalhekk, huwa qiesha wkoll bħala għalliema
- OMM u GĦALLIEMA, kif
isejħilha fil-poeżija Sedes Sapienziae:
“Miġburin hawn madwarek, Madonna,
Bħalma darba kien jagħmel Ġesu’,
F’din l-iskola ta’ mħabbtek għidilna
It-tagħlim ta’ dan Ibnek x’inhu.”
F’Kitba oħra, jien sejjaħt lil Ħal
Tarxien Ir-Raħal ta’ Marija u
l-Oratorjo li ktibt għammidtu bl-isem ta’ Ħal
Tarxien, Iben Marija. Dan għax
nemmen bis-sħiħ fir-rabta li teżisti bejn dan ir-raħal u l-Madonna. Araw kemm statwi, kemm artali, għandna
fil-knisja tagħna li jfakkruna f’Ommna Marija!
Araw kemm għandna nisa u tfajliet li jġibu l-isem ħelu tagħha! Araw kemm statwetti maġenb il-bibien ta’
djarna, kemm niċeċ jinsabu mxerrdsin mar-raħal li jikxfu l-għożża li għandna
lejn din Ommna tas-Sema! Il-Banda tagħna
stess iġġib l-isem ħlejju ta’ Marija Annunzjata!
Kollox juri l-imħabba li
ta’ qabilna kellhom lejn Marija; imħabba li żergħuha fi qlubna u jalla li aħna
ngħadduha lil ta’ warajna. Għax dejjem
qisna lil din il-mara bħala omma ħanina, omm twajba, omm mitlufa wara
wliedha. Hekk għamel Dun Karm Psaila
fil-versi tiegħu; hekk għandna nagħmlu aħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Subscribe to:
Posts (Atom)