Monday, October 01, 2012

Intervistat fuq ir-radju Anton Sammut


L-awtur u Artist Anton Sammut ġie intervistat mill-preżentatriċi Monica Attard fuq wieħed mir-radjijiet lokali.
Waqt l-intervista Anton Sammut tkellem dwar ħajtu, il-kitbiet u l-arti tiegħu...
Min jixtieq jisma' l-intervista jista' jagħmel dan billi jżur dan il-link:

http://www.youtube.com/watch?v=tRCkyGMxOvs

Sunday, September 30, 2012

Three poetry collections from India

I have just received three poetry collections from Indian poet, Arbind Kumar Choudhary. The three books were all published in 2011 and are the following:




The three books are a collection of 682 quatrains in which A.K. Choudhary writes about various themes and aspects of everyday life. The poems are concise but in their very limited space they hide depth of thought and surely a challenge for the reader. The poet is a very sensitive person. He cannot be indifferent when faced with mankind's problems. A.K. Choudhary writes about nature, love, but also a thousand other elements which surround him as a citizen of multifaceted India but also as an inhabitant of the world.

A complete review of the three works will follow shortly.

A big thanks for A.K. Choudhary for sharing his poems with me.

Please visit: www.kohinoorjournal.blogspot.com
E-mail: kohnoor@rediffmail.com

Lejla Internazzjonali ta’ Poeżija f’B’Kara mill-Għaqda Poeti Maltin


 Parti mill-pubbliku li kien preżenti waqt il-Lejla ta' Poeżija Internazzjonali.

Il-President, Charles Magro, waqt id-diskors tal-ftuħ tiegħu.


Miriam Ellul, li mexxiet is-serata

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, 2012, fis-7 p.m., l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla Internazzjonali ta’ Poeżija fis-sala ewlenija tal-Kunsill Lokali ta’ B’Kara. Lejla bħal din seħħet in kontemporanja ma’ lejliet ta’ poeżija oħra madwar id-dinja kollha bħala parti mill-inizzjattiva 100,000 Poets for Change li seħħet għall-ewwel darba fl-2011. Din    is-sena saru mat-800 reading f’115 pajjiż differenti. It-temi ewlenin ittrattati mill-poeti parteċipanti huma l-paċi, is-sostenibbiltà u l-bidla lejn dinja aħjar.

Il-Lejla nfetħet b’diskors tal-President tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, li wera          l-pjaċir tiegħu li Malta, permezz tal-Għaqda, kienet għal darb’oħra qed titpoġġa fuq       il-mappa dinjija permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan l-event internazzjonali. Qal ukoll li l-poeta għandu d-dmir li jaħdem biex iġib dinja aħjar, u dan permezz tal-poeżija tiegħu. Matul il-Lejla mtella’ mill-Għ.P.M. u li għaliha attendew bosta persuni, ipparteċipaw mal-15-il poeta li qraw poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Il-Lejla tmexxiet minn Miriam Ellul, il-P.R.O. tal-Għaqda u l-kantanta lirika Analise Schiriha żewqet l-avveniment b’kanzunetti jew għanjiet mir-repertorju liriku Malti u internazzjonali.

Għal darb’oħra avveniment bħal dan seta’ jseħħ bl-għajnuna tal-membru attiv u poeta, Therese Pace. Avveniment bħal dan u l-poeżiji li nqraw matul il-Lejla se jittella’ fuq is-sit virtwali u internazzjonali www.100TPC.org Wara s-serata dawk preżenti kienu mistiedna għal bibita.