Thursday, January 27, 2011

Laqgha mal-kittieb Carmel Bianchi fil-Mosta

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI

tiftaħ l-impenji tagħha għall-2011

iddedikata bħala

s-Sena Ewropeja għall-Volontarjat

bil-41 edizzjoni

tas-sensiela popolari

‘‘Niltaqgħu mal-Awtur’’

fejn il-kittieb

CARMEL BIANCHI

se jagħti taħdita

dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2011 fis-7.00pm

fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Kulħadd mistieden jattendi

Dħul bla ħlas

Għal aktar informazzjoni sibuna fuq

www.talentmosti.org

Aħna parti mill-mitt miljun Ewropew involuti fil-volontarjat. Flimkien inkomplu nagħmlu differenza lis-soċjetà.

Tuesday, January 25, 2011

CHERNOBYL DAY


we may steal life
from heroes of progress
when their work
takes us back in time.
The same pride
of scientific discoveries
will stop our will to care
for the Planet Earth.
However, our love
for innocence remains
intact and nourishes
our hope for infinite.

TERESINKA PEREIRA

Monday, January 24, 2011

Gwerer u Mħabbiet - Intervista lil Lina Brockdorff

Nhar il-Ħamis li ġej, 27 ta' Jannar, LINA BROCKDORFF se tiġi intervistata minn Simone Galea, f'intervista oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA, fis-Sala tal-Mużika, fil-Kavallier ta' San Ġakbu, fis-7,30pm LINA BROCKDORFF twieldet l-Isla fl-1930 u ħadmet bħala għalliema f’diversi skejjel statali u tal-Knisja. Fl-1988 kisbet Baċellerat fl-Arti fl-Istudji Reliġjużi u Masters fit-Teoloġija u l-Umanistika. Mis-snin ħamsin ‘l hawn kitbet u pproduċiet numru ta’ programmi mxandra mir-Rediffusion, Radju Malta u RTK. Hija kitbet numru kbir ta’ novelli li xxandru fuq mezzi differenti u ġew ippubblikati f’antoloġiji differenti. Fost l-aktar xogħlijiet magħrufa tagħha hemm ir-rakkont awtobijografiku Sireni u Serenati. ambjentat fis-snin 1940-1943, appuntu waqt l-assedju mill-ajurplani Nazisti u Faxxisti. B'dan il-ktieb Brockdorff rebħet il-Premju Letterarju fl-2005. L-imħabba fir-relazzjonijiet interpersonali u f'forom ta' relazzjonijet oħrajn hija tema importanti fil-kitba ta' Brockdorff, kif jixhdu -ewġ ġabriet ta' novelli tagħha Il-Bieb Numru 11 (2007) uBellus u Bizzilla (2008). Fl-1974 Brockdorff ħarġet ir-rumanz ta' mħabba Kien Kwinta l-Qamar, li Klabb Kotba Maltin reġa' ppubblika fl-2008. Is-sena li għaddiet hija ħarġet La Jerġa' Jasal Diċembru, li fih Brockdorff tkompli tinvestiga kif l-imħabba ssawwar in-natura umana u viċi-versa.

Film antik dwar Malta (1933)

Il-ħabib tiegħi u poeta mill-Awstralja, Paul Vella, bagħtli dan il-link b'video dwar Malta tas-sena 1933. Araw il-link: http://www.youtube.com/watch?v=5IIVnjAcQrk&feature=email