F’dan il-Jum
fix-xahar ta’ Gunju
Missier aħna
nduru lejk
Biex nuruk
l-istima tagħna
Xi ftit iktar
niġu ħdejk.
Jixraq li matul
is-sena
Lil Missier
irroddu ġieħ
Huwa t-tmun minn
tal-familja
Kull għajnuna
nsibu fih.
Sa minn kmieni
huwa jbakkar
Jaqla’ l-ħobża
ta’ kuljum
Għall-imħabba ta’
uliedu
Jagħmel dan kemm
ħaj idum.
Xieraq illi
f’dil-ġurnata
Rigal ċkejken
aħna ntuk
Mill-qalb ħiereġ
f’din il-għodwa
Imħabbitna b’hekk
nuruk.
Dil-ġurnata ukoll
tiġi
Biex insellmu
lill-Missier
Illi llum telaq,
ħalliena,
Seta’ kien
f’saħħtu daqs plier!
Għax il-Mewt ma
għandhiex ħniena
Tagħha l-minġell
jaqta’ sew –
Fqar u għonja ġew
u marru
Dan is-snin
dejjem urew.
Jekk l-omm hija
l-kolonna
Illi tirfed
il-familja
Fil-missier żgur
l-ulied kollha
Ta’ kull qawwa
jsibu l-milja.
Nirringrazzjawk ,
għażiż Missier
Ilqa’ tagħna
l-ħajr sinċier.
Kav Joe M Attard
11-V1-2000