Friday, July 17, 2009

Joe Saliba mill-Awstrajla u l-blog gdida tieghu


Hija inizzjattiva sabiha hafna dik tal-kittieb u poeta Joe Saliba mill-Awstralja li ghadu kemm fetah blog gdida marbuta mal-letteratura.
Min huwa interessat jista' jaraha f'dan l-indirizze:
Minn hawn nifrah lil Joe Saliba u nselli ghall-kittieba Maltin li hemm fl-Awstralja filwaqt li nawguralhom xitwa tajba u ispirazzjoni.

Intervistat Dr. Alfred Sant

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn?

Kittieb jaghti xhieda tal-hajja kif tinghex madwaru, f’pajjizu u barra. Jekk hu kittieb ta’ letteratura kreattiva, mhux qed jikteb biex isemma lehnu dwar din jew dik il-haga imma biex permezz tal-holqien tieghu jaghti din ix-xhieda. Fuq kollox imma, bhala rumanzier jew kittieb ta’ stejjer qosra, irid jiddeverti billi jipprezenta rakkont li jinteressa lill-qarrej. Jekk meta qed jaghmel dan kollu, kittieb isemma wkoll lehnu dwar il-materji importanti li semmejt int, ghaliex le? Inghidu ahna, f’“L-Ghalqa tal-Iskarjota”, l-ahhar rumanz li hrigt, l-intricc idur ukoll dwar il-wirt storiku kbir ta’ monumenti qodma li ghandna f’pajjizna u li bil-kemm naghtu kashom jew nafu bihom.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb? Ghandu l-kittieb jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz tal-kitba tieghu?

Kittieb hu cittadin bhal kull persuna ohra u ghandu t-twemmin politiku tieghu (jew taghha) li jista’ jissarraf f’involviment politiku u jista’ le. Bhala cittadin, zgur li kittieb ghandu jwassal lehnu lill-mexxejja tal-pajjiz, skont kif ihoss li dan ikun l-ahjar. Min-naha l-ohra, bhala kittieb ta’ letteratura kreattiva, irid joqghod attent li ma jhallix il-kitba letterarja tinhass mill-qarrej bhala semplici ghodda ta’ hidma politika jew bhala xi priedka politika. Certament, jista’ jigri li ghax kittieb qieghed jaghti xhieda tar-realtà li ddawru, il-kitba tieghu tiffoka fuq id-dimensjoni politika tal-hajja li nghixu. Sakemm jirrispetta r-regola tad-deheb li b’li jikteb irid jipprovdi divertiment lill-qarrej, jista’ jigri li l-kittieb juza l-kitba tieghu biex iwassal messagg lid-dirigenti tal-pajjiz minghajr ma jitbieghed mill-funzjoni tieghu bhala kittieb. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn f’hekk.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza, tad-drama jew tal-poezija?

Ma narax li hemm xi rabta bejn il-forom ta’ kitba u kontenut li jaghti xhieda ta’ impenn politiku, jew kontenut li jitkellem dwar natura, kondizzjonijiet socjali, fantaxjenza, insomma kollox. Proza, teatru jew poezija jistghu kollha jakkomodaw bla problema kull xorta ta’ lemha kreattiva, fl-aspetti differenti ta’ xhieda u ta’ impenn li jigu maghha. Jiddependi mbaghad mill-kittieb kemm se jirnexxielu bil-kontenut tieghu, johloq xoghol li jkun artistikament validu. Per ezempju, f’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” it-tema ttrattata hi wahda ta’ wahx, ta’ biza’ jew orrur. Hu rumanz imma l-istess tema setghet issarrfet ghal min ghandu dil-hila bhala kittieb, f’poezija jew dramm.

4. X’tip ta’ feedback ikollok ghad-drammi tieghek u anki ghal rumanzi bhal Silg fuq Kemmuna, La Bidu, La Tmiem u L-Ghalqa tal-Iskarjota min-naha tal-qarrej medju?

Dejjem nibqa’ sorpriz b’kemm dak li int qed issejjahlu qarrej medju jiehu gost meta jigu f’idejh xoghlijiet li jimpenjawh. Dan l-ahhar aktar sahhaht din l-impressjoni bil-laqgha li r-rumanz “L-Ghalqa tal-Iskarjota” kellu mill-pubbliku, meta qarrejja li ma nafx minn Adam, gew spontanjament ikellmuni fuq l-intricc tar-rumanz u t-tifsira tieghu llum. Fhimt minn hekk li r-rakkont ghogobhom u kienu ddevertew bih, u li pprovaw isibu fih tifsiriet aktar wiesgha minn dawk li fil-fatt forsi ghandu, bhala rumanz “tal-wahx”. Min-naha l-ohra, fil-kaz ta’ “Silg fuq Kemmuna” u “La Bidu, La Tmiem”, zewg rumanzi twal hafna bl-istendards ta’ Malta, kelli reazzjoni minn xi qarrejja li bellhitni. Wara li spiccaw il-qari ta’ dawn iz-zewg rumanzi “bla tmiem”, gew jghiduli kif malli spiccaw jaqraw, bhal xtaqu li r-rakkont ikompli...

5. Kieku kellek taghzel triq wahda biss minn dawn it-tnejn ( dik politika u dik tal-kitba kreattiva) liema tiehu?

Fil-hajja l-ghazliet ma jsirux b’dal-mod. Naf li jien u ohrajn qatt ma kellna ghalfejn u mhux se jkollna ghalfejn fiz-zmien li gej, naghmlu ghazla bhal dik li qed issemmi int. U allura kieku kelli naghzel triq wahda biss, xorta naghzel it-tnejn.

6. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabel xejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Naraha bhala haga minn ewl id-dinja li rabtiet professjonali bejn kollegi jridu jkunu msejsa fuq ir-rispett reciproku, is-solidarjetà professjonali u l-kordjalità fl-imgiba.

7. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Mill-istorja (history) nitghallmu fost hwejjeg ohra dwar kif il-komunitajiet li ghexu fil-gzejjer ta’ Malta u Ghawdex irnexxielhom jew le matul is-sekli isawru hajja li kienet sabiha u tajba, u kif bnew matul is-sekli identità li kienet taghhom. Illum ghandna l-isfida ta’ kif waqt li ninsabu parti mill-Unjoni Ewropea, se nharsu u nseddqu l-identità taghna, u dan lil hinn milli nitfarrgu ghax uhud minna jaqilghu l-ghajxien taghhom billi jittraducu t-testi legali u amministrattivi tal-Unjoni ghall-Malti. Imbaghad ghandna l-isfida li ma nispiccawx la xenofobici u lanqas imrekkna f’darna stess mill-wasla fostna ta’ gemghat li m’ghandhomx l-istil ta’ hajja taghna. L-imghoddi ghandu hafna xi jghidilna dwar kif sfidi bhal dawn jistghu jintlaqghu. F’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” insibu li grajjiet li qed jigru llum huma inflwenzati minn dak li gara mija u tletin sena ilu, meta zaghzugh li hadem il-parti ta’ Guda l-Iskarjota f’pageant tal-Gimgha l-Kbira l-ghada mar jitghallaq fil-ghalqa. L-istess grajjiet tar-rumanz huma influwenzati minn x’gara fil-ghalqa mat-tliet elef sena ilu, meta mercenarju avventurier mill-Egittu, certu Potu-Ra, gie moghti l-forka fl-ghalqa wara li ttradixxa lill-Punici li mpjegawh biex jinvadi c-centru tal-Mediterran. Dawn il-grajjiet hallew il-marka taghhom li ghadha hajja sal-lum...

8. L-ahhar frott mill-pinna tieghek, ir-rumanz L-ghalqa tal-Iskarjota (2009). Liema huma t-temi ewlenin f’xoghol bhal dan? Ghal min kien intiz rumanz bhal dan? Temmen li ghal bosta se jkun xoghol li ma jinftihemx?

“L-Ghalqa tal-Iskarjota” ifittex li joffri divertiment b’rakkont tal-wahx li fl-istess hin hu kummiedja. Jitkellem dwar il-hajja ta’ zminijietna u dwar kif il-medja jinfluwenzaw hajjitna, u dwar elf haga ohra... Barra r-rahal minsi u abbandunat ta’ Hal-Znuber hemm ghalqa li ggorr is-sahta ta’ sekli twal. Grupp ta’ gurnalisti televizivi jidhlu biex jinvestigaw x’jigri fiha ghall-programm popolari hafna taghhom. U l-wahx tal-ghalqa li gej mill-qedem, minn zmien il-Punici, jaqbad maghhom, b’konsegwenzi tal-biza’. Matul ir-rumanz, insegwu ghal atti tal-akbar kuragg u kefrija, nassistu ghal zviluppi ta’ qtigh il-qalb u ta’ ferh... insomma dak kollu li jfittex qarrej f’rumanz, specjalment jekk lest jitwahhax waqt li jibqa’ jiddeverti u jitbissem.

Wednesday, July 15, 2009

Intervistat Alfred Massa

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Il-kelma qirda minnha nnifisha hija negattiva. Mela ma tistax taqbel maghha; u l-kittieb/poeta izjed u izjed ghax hu meqjus bhala lehen is-socjeta`.
Anzi, in-Nisrani ghandu japprezza aktar gmiel in-natura kif jistqarr Anton Buttigieg fil-poezija tieghu Il-Holma t’Alla.
Jiena nemmen li kull kittieb ghandu dmir sagrosant biex jiddefendi bil-pinna tieghu l-ambjent naturali. Fil-fatt niehu gost ninnota li bosta kittieba ghamlu u ghadhom jaghmlu dan.
B’danakollu, kultant bla ma trid donnok tigi bejn haltejn meta tistaqsi lilek innifsek: X’ghandu jigi l-ewwel, il-bniedem jew l-ambjent? Fis-sens li ghandna nhallu nies bla dar biex ma neliminawx post rurali?
Jiena nahseb li wiehed ghandu jzomm bilanc, specjalment f’pajjiz zghir bhal taghna.


2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu?


Iva. Ftit ilu fil-Messagg tieghi bhala President tal-Ghaqda Poeti Maltin ghal Jum il-Poezija ikkwotajt dak li darba qal Alfred Sant, kittieb u politiku maghruf sewwa fostna. Naqbel ma’ Sant li hu dmir tal-kittieb li jsemma’ lehnu biex iwassal messagg/i lill-mexxejja tal-pajjiz.
Kittieba barranin tawna ezempju ta’ dan. Insemmi lis-Sovjetiku, Alexandre Solzhenitsyn u lic-Cilen, Pablo Neruda. Dawn kienu lesti jaccettaw l-ezilju biex jiddefendu l-liberta` ta’ pajjizhom. Bhalhom ghamlu ohrajn.
Li ma naqbelx hu, li kittieb ikun partigjan fil-kritika tieghu.


3. Rigward l-involviment “politiku” (anki f’sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza jew tal-poezija?


Ma narax differenza. Kemm il-proza kif ukoll il-poezija jistghu jwasslu l-istess messagg b’modi differenti. Fil-fehma tieghi, it-tnejn ghandhom is-siwi partikolari taghhom.


4. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb illum?


Jiena nemmen li l-kittieb ghandu juza l-pinna tieghu biex iwassal messagg/i lill-qarrejja. Importanti pero` li kull messagg ikun wiehed pozittiv, inkella ma jkun jiswa xejn u bhal Solzhenitsyn nghidlek, li jekk il-kitba ma tkunx hekk, allura tkun tajba biss ghal-landa taz-zibel.
Meta jiena nigi biex nikteb sew jekk poezija, novella, artiklu jew sahasitra rumanz, dejjem inzomm dan quddiem ghajnejja. Mhux li nkun didattiku zzejjed, tifhimnix hazin, imma nipprova nqanqal lill-qarrej biex jahseb dwar dak li jkun qed jaqra, imbaghad jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.
Per ezempju, bhalissa l-aktar suggett li nhossu attwali huwa l-familja u maghha nzid il-qawwa tal-valuri li bhala poplu ahna l-Maltin dejjem ghozzejna u li dizgrazzjatament uhud minna qeghdin jarmuhom u jghaffguhom taht saqajhom bla ma jahsbu dwar il-konsegwenzi li dan ghad ihalli fuq il-generazzjonijiet futuri.


5. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?


Naqbel mieghek perfettament. Izda f’pajjiz zghir bhal Malta wiehed jistenna li se jsib lil min jirraguna li mors tua, vita mea. Jekk dan hux sewwa hija hag’ohra.
Iva, kultant tiltaqa’ ma’ whud li jzommu ruhhom lura milli jghinu lill-kollegi taghhom. Mhux biss, imma certi kritici tarahom ifittxu x-xaghra fl-ghagina biex jikxfu n-nuqqasijiet flok ma jipprovaw ikunu kostruttivi fil-kritika taghhom. Mhux ta’ b’xejn xi hadd darba kiteb li l-kritici huma kittieba falluti.
Anzi l-kittieb Taljan, Luigi Marbello f’intervista li kienet saritlu fuq l-istazzjon televiziv 2000 stqarr li "Il-kittieb m’ghandu qatt jaghmilha ta’ kritiku. Mhix haga gusta li kittieb jiggudika kittieb iehor." (29.08.2005).
Il-gustizzja m’hawnx isbah minnha. Kultant wiehed ihares lejn il-kittieb qabel jaqra xoghlijietu. L-istess jaghmlu certi kritici. Lil dawk li ghandhom grazzja maghhom arahom jincensawhom u lil min ghal xi raguni ma jinzlilhomx jarmulu xoghlijietu. Dan mhux sewwa.
Imbaghad hemm il-kwestjoni tal-klikek li tant ktibt dwarha li miniex ser nirrepeti ruhi. Kulmin isegwini jaf tajjeb kif nahsibha dwarhom.
Fl-ahharnett ejja nkunu realistici u nammettu dak li darba stqarr il-gurnalist Roberto Giodano fil-programm televiziv fuq “Peste e Corna”: "Id-dinja dejjem harset bhala nies kbar lill-artisti tac-cinema u lil hadd aktar." (24.03.2005).


6. X’tahseb dwar l-importanza tal-istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?


L-istorja ta’ Malta ma tistax tifridha minn dik Ewropea; ghax Malta hi parti mill-Ewropa. Ghalhekk tajjeb li kittieb jaghti importanza xierqa lill-istorja f’dan il-kuntest.
Nghid ghalija fir-rumanzi tieghi spiss inhobb naghti pinzellati storici. Dan barra milli ghandi zewg rumanzi li jaqghu purament f’din il-kategorija ta’ letteratura: L-Istar tal-Imghoddi u Rahal Maqbud f’Tempesta. Tal-ewwel jittratta dwar l-invazjoni Russa fic-Cekoslovakkja u l-iehor dwar il-qaghda f’rahal partikolari Malti fis-seklu 18.
Ir-rumanz storiku barra milli jirrikjiedi ricerka serja biex iwassal il-verita` ta’ dak li jkun gara, ir-rumanzier fil-kummenti tieghu irid ikun gust mal-istorja nfisha filwaqt li jzomm bilanc bejnha u bejn il-grajja fittizja.
Il-kwestoni tal-immigranti irregolari nistqarr li nhares lejha u nxebbahha ma’ qarnita b’hafna saqajn. Mhux facli tikkummenta bla pregudizzju dwar din il-problema; anki jekk hawn min qed jissuspetta li ghada pitghada dawn ghad jistghu jiehdu helu helu l-Ewropa taht idejhom. Imma jekk allahares qatt dan isehh ikun htija taghna l-Ewropej.


7. Inti tikteb kemm rumanzi kif ukoll poezija. Ghandek xi progetti letterarji godda ghall-gejjieni?


Il-kittieb ma jieqaf jikteb qatt. Il-mewt biss izzommu. Ghalhekk progetti jkollu dejjem; imma kemm minn dawn isiru realta` hemm diversi fatturi li jistghu jghinu u li jistghu jfixklu. Jiena ninsab f’din il-qaghda.

Tuesday, July 14, 2009

Intervistat Lino Spiteri



1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn?

Nahseb li hu importanti li jaghmel dan. Kemm bhala cittadin. Kif ukoll tematikament bhala kittieb, izda b’attenzjoni halli ma jkunx balalment didattiku.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb? Ghandu l-kittieb jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz tal-kitba tieghu?

Iva, b’tematika meqjusa. Jien ippruvajt naghmel dan bin-novella “Nemes” fil-ktieb Hala taz-Zghozija.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza, tad-drama jew tal-poezija?

Mhix kwistjoni ta’ ahjar. L-aqwa li jsir b’mod effettiv.

4. Liema huwa l-ikbar feedback li jkollok min-naha tal-pubbliku medju, dak ghall-kitbiet tieghek fil-gurnali jew dak marbut mal-kitba kreattiva tieghek? Ghaliex tahseb isehh dan?

Mill-gurnali, billli nikteb diversi artikli fil-gimgha. Izda dwar il-kitba letterarja jkolli wkoll.

5. Liema triq taghtek l-ikbar sodisfazzjon, dik bhala politiku jew dik bhala kittieb?

Bla dubju, bhala kittieb.

6. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Nemmen li r-rispett irid jigi qabel xejn minnu nnifsu. Jekk il-kittieb jemmen f’dak li jikteb, diga’ tluq qawwi.

7. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Storikament id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hi grajja ewlenija Grajja ta’ darba b’konsegwenzi dejjiema. Izda ma nghidx li toffri materjal immedjat ghall-kitba. It-tragedja ta’ l-immigranti irregolari hi esperjenza storika fiha nnifisha u fiha grajjiet umani li jista’ jkollha sehem f’kitba mahsuba sewwa.

8. Semmi wiehed mill-aspetti ewlenin li qed tikteb dwaru dan l-ahhar.

Bhala kittieb letterarju, ilni ma nikteb. Qisni nxift. Fil-gurnali nikteb dwar grajjiet attwali li jkunu jsehhu, izda gieli nikteb ukoll dwar hsibijiet politici u universali, bhad-Demokrazija, il-Helsien u l-Ugwaljanza.

9. Progetti ghall-futur fejn tidhol kitba kreattiva?

Xejn bhalissa. Nixtieq hafna li l-Muza terga’ zzurni halli nikteb imqar gabra wahda ohra ta’ novelli. Izda, abbandunatni, u z-zmien gmielu ghaddej...


Fil-Ħlewwa ta’ Mejju

Mulej,
is-susa li bdiet tnawwar fija
mill-waqt li fih twelidt
xi darba tagħmel tagħha
u twettaq l’amart int.
It-tmiem ma jbeżżagħnix,
Mulej; nitolbok iżda,
agħtini din:
ħallih isibni f’Mejju…

Ħallini niġi ħdejk
bil-fwieħa tal-ward f’qalbi,
f’għajnejja d-deheb tal-qamħ,
fuq wiċċi ż-żiffa mielsa,
u f’ruħi s-sliem ta’ l-għana
ta’ Karmnu lil Marija.
F’Mejju, Mulej,
nagħrfek aktar malajr.


In the Sweet Month of May

Lord,
the rot that started within me
from the moment of my birth
will have its way eventually
and bring to pass what you ordained.
The end does not frighten me,
Lord, but I ask of you
let it find me in May…

Let me come to you
with the fragrance of flowers in my heart,
the gold of the corn in my eyes,
on my face the soft breeze,
and in my heart the serenity
of the poet’s hymn to the Virgin.
In May, Lord,
it will be easier for me to find you.


Lino Spiteri

Monday, July 13, 2009

Intervistat Charles B. Spiteri

1. Xi tghid dwar ir-rabta tieghek mal-kitba fil-gurnali? Dwar xiex ktibt matul il-karriera tieghek?




Ir-rabta tieghi mal-gurnali tmur lura ghall-1964, meta mill-iskola bdejt nahdem mal-Allied Malta Newspapers Ltd, b’intervista personali ma’ Miss Mabel Strickland. Bdejt nahdem bhala proofreader u aktar tard bhala Features Sub-Editor. Dak iz-zmien, il-qari tal-provi konna naghmluh tnejn min-nies, wiehed izomm l-original u l-iehor il-prova. B’hekk konna nnaqqsu ferm l-izbalji fil-kontenut.
Fid-dipartiment tal-Features, l-artikli kienu jigu minn barra permezz ta’ Reuters u ahna ncekknu minnhom biex naghlqu pagna, jew nofs jew kolonna – skont il-htiega.
Minn hemm nghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala qarrej tal-provi f’xift minn wara nofsinhar sa tard filghaxija u bqajt hekk sa ma mort Il-Hajja, fejn bdejt nahdem bhala reporter tal-Qorti. Permezz tal-kuntatti li kont naghmel ta’ kuljum fi Triq Repubblika (u l-aktar mas-Sur Joe Xuereb tat-Tip Top, qrib il-bini tal-Qorti) ma domtx ma sirt Advertising Manager ta’ Il-Hajja.
Tlaqt minn hemm fl-1974 u rgajt inghaqadt ma’ In-Nazzjon Taghna bhala Sub Night Editor. Wara tista’ tghid li bdejt indur id-dipartimenti kollha. Meta kont fid-dipartiment tal-Features, ktibt l-ewwel 20 sensiela tat-Tifkiriet tal-Imghoddi, li tant gibdu l-attenzjoni tal-qarrejja, li Dr Joseph Cassar, direttur, qataghha li jigborhom fi ktieb mahrug mill-Istamperija. Dan il-ktieb tant intlaqa’ tajjeb, l-aktar mill-istudenti li jkunu qed jaghmlu xi progett folkloristiku, li s’issa hargu hames edizzjonijiet tieghu, l-ahhar wiehed b’zieda ta’ ghaxar artikli.
Minn dak iz-zmien kelli diversi kitbiet fil-gurnali u gazzetti, l-aktar meta kont Deputat Editur ta’ il-Mument, fejn flimkien ma’ Mario Azzopardi kont inkarigat minn Spektrum u aktar tard minn Fokus. Kienu artikli varji fuq aspetti differenti.
Fl-istess zminijiet kont intella’ regolarment kull gimgha r-rokna tat-Tfal, ir-rubrika Kalejdoskopju, fejn deputati tal-Gvern u ohrajn mill-Oppozizzjoni kienu jwiegbu ghall-istess mistoqsijiet, u kelli s-sensiela popolari Tifkiriet tal-Gwerra, minn individwi li jiftakruha tibda, issehh u tintemm, li suppost, skont id-direzzjoni tal-PIN kellhom jingabru fi ktieb. Din il-holma ma rrealizzatx.
Meta tnehhejt mill-kariga ta’ Deputat Editur u rgajt sibt ruhi ma’ In-Nazzjon Taghna, bdejt sensiliet fuq is-Sahha u l-Kura tal-persuna, artikli fuq l-annimali bhala pets, artikli finanzjarji u fuq il-gardinagg. Meta dawn twaqqfu, bdejt is-sensiela popolari Kittieba ta’ Zmienna – mhux mil-lat akkademiku izda mil-laqta personali. Gbart xejn inqas minn 41 kittieb u kittieba kontemporanji.
Fl-istess waqt bdejt sensiela ohra bit-tema Iccelebrajna, fejn il-protagonisti jkunu koppji li ilhom snin maghqudin f’hajja ta’ mhabba. Hlomt b’din is-sensiela biex ’il quddiem it-tfal u t-tfal tat-tfal ikollhom xhieda li l-imhabba taz-zwieg qatt ma kienet rabta coff bhalma hi f’dawn iz-zminijiet, izda rabta ghoqda fuq ghoqda, minn sena ghall-ohra.

2. Charles B. Spiteri jikteb poeziji jew xi tip ta' kitba kreattiva ohra?

Inhobb fuq kollox il-poezija. Ghalkemm qajla ppubblikajt minnhom, nista’ nghid li l-ewwel poezija tieghi (li ghadha migbura mal-poeziji kollha li ktibt), iggib id-data tal-1964, meta mietet nannti, li trabbejt maghha. Minn dik is-sena ktibt ’il fuq minn mitt poezija.
Din il-kwalità ta’ kitba letterarja ma tafx hinijiet. L-imbierka muza la taf hidma u lanqas mistrieh. Thabbatlek bwieb qalbek (min ghandu aktar minn wiehed) u trid tkun pront tifthilha u tilqaghha. U darba taghmel dan tghaxxik bil-benna taghha.
Ghalkemm ktibt poeziji ta’ mhabba, aktar inhossni poeta tan-niket. Forsi ghax in-niket iqanqal, jirrabja u jasal jitlob is-sodisfazzjoni u l-haqq. Madankollu, fil-prezenza ta’ haddiehor, nahseb li s-sens poetiku jinsatar u jhallini nidher bniedem cajtier.

3. X'importanza ghandhom il-Pagni Letterarji llum skont Charles B. Spiteri?

Minn dejjem kont favur dawn il-pagni fil-gurnali u gazzetti Maltin. Jekk xejn iservu ta’ vetrina ghal dawk kollha li sal-lum ghadhom jiktbu. Bhala gurnalist nista’ nikkonferma li l-Maltin tal-lum ma jhobbux jiktbu. Darba, sa sibt tabib li tarrafli li jixtieq li kien kapaci jikteb kif nikteb jien, izda ma jafx. Nammetti dan kollu ghax illum qisu hadd ma fadallu hin ghalih innifsu, ahseb u ara kemm se joqghod bi kwietu jikteb. Din hi hasra kbira. Naraha wkoll meta xi hadd jiktibli biex jinkuraggini. L-ittra kollha tkun “Ghaziz Charles, Prosit tal-kitba tal-lum.” Hekk, kitba xotta daqs il-frawli!

4. X'tahseb li nistghu ntejbu fil-qasam tal-gurnalizmu lokali?

Nibki nahseb f’dan, tant kemm hemm x’wiehed jirranga! U jiddispjacini wkoll nahseb fil-baraxx ta’ kliem Ingliz li se jibda jinkiteb bil-Malti fil-gurnali u gazzetti Maltin! Povri studenti zghar li ghad iridu jigu f’halltejn kif tinkiteb kelma sewwa bl-Ingliz, fl-ezami tal-Ingliz, aktar ’il-quddiem! Per ezempju, ‘poster’ jew ‘powster’, ‘tissue’ jew ‘tixxju’! Dawn digà rajthom miktubin hekk fl-Isptar Mater Dei.
Nemmen li se jkollna taghsida aqwa minn dik li kont inhejji fit-terrazzin ta’ nannti ghat-tigieg u s-sriedak!
Hu minnu li llum, hafna mill-gurnalisti qed johorgu bi grad Universitarju. Izda hasra li mill-Università, il-maggoranza tal-gurnalisti mhumiex johorgu b’Malti tajjeb. Qeghdin jahsbu bl-Ingliz jittraducu f’mohhhom bil-Malti u jiktbu. Naf b’nies ohrajn bil-maqlub. Per ezempju darba, persuna universitarja qaltli “dawn things that run” – ghal dawn affarijiet li jigru.

5. Progetti tieghek fil-qasam tal-pubblikazzjoni fil-gejjieni vicin?

Bhalissa nhoss li hawn caqliqa ta’ ziffa helwa ghall-pubblikazzjonijiet. Ghandi diversi djar tal-pubblikazzjoni li offrew jippubblikawli xi xoghlijiet, fosthom Agius & Agius u BDL Publishing. Sa sentejn u nofs ohra nkun, kif jghidu bil-Malti ‘bil-pjazza’ u nispera li l-Mulej jippermettili aktar hin ghall-bosta affarijiet li nemmen li fadalli x’naghmel.
Nixtieq nemmen ukoll li Alla jibghatna fid-dinja bi pjan li rridu nattwaw, u li qabel ma nlestuh ma johodniex mieghu. Izda jekk dan hu minnu, jien fadalli bosta u bosta snin fuq din l-art. Kemm ili li bdejt ‘nimmatura’, certi hsibijiet ghall-kitba qishom bdew jiggeddu fija. U l-fatt li trabbejt ma’ nannti, ghandi seher specjali ghal kulma ghadda z-zmien minn fuqu.
Tabilhaqq nixtieq naghtik aktar taghrif fuq dan – izda nibza’ li nisfa kkupjat (bhal drabi ohra)!
Bla tlaqliq nghid li qrajt numru ta’ rumanzi storici sbieh u d-deskrizzjoni awtentika li sibt fir-rumanz fi tliet kotba Il-Misteri tal-Wardija, geghlitni nithajjar nittajpjah mill-gdid, ghax dnub li xoghol bhal dak jintesa ghax hadd ma ghadu jsib jakkwista dan ir-rumanz. Ghall-bidu l-PIN kienet se tidhol ghalih hi, izda t-tul tieghu qata’ l-qalb. Madankollu nemmen li l-ispirtu ta’ Arturo Caruana ghad jistrieh u jiehu l-glorja tieghu meta jinstab min ikun lest jippubblikah. Jien ma rrid ebda pregju ghalija. Sempliciment nimbotta u nghin kittieb, illum mejjet, jikseb il-gieh misthoqq, avolja wara dawn is-snin kollha.

6. Xi tghid dwar il-kontribut tieghek fil-qasam tar-radju?

Fit-30 ta’ Settembru, 1994, Richard Muscat, dak iz-zmien kap ta’ Radio 101, talabni naghti sehmi fl-istazzjon bil-qari tar-rumanzi. Minn dak iz-zmien, apparti l-appuntament tal-qari, kelli programmi li wkoll qanqlu interess. Fosthom insemmi t-tliet puntati ta’ Mad-daqq tas-sirena (intervisti fuq zmien il-gwerra), Mis-Swar ’il Gewwa, Wirt Gensna, Damma Civika u Timbri Maltin.

Omagg lill-Papa Wojtyla

Bl-Hosanna laqghetek id-dinja bi hgarha
Li fik missier iehor, stenniet li se tara.
Hrigt dritt, fuq tieghek, tistenna t-tislima,
lest bi tbissima, ha taghti taghlima.

Driegh Alla kien fl-ghazla biex int tkun mahtur
u gieh taghti ’l Pietru – tieghu successur.
Hdimt b’ghaqal ferm ghaqli, tassew kont mutur,
ghax minn jum il-hatra, fhimt sew il-futur!

Kont utli ghall-ghaqda, kont utli ghall-paci,
b’dik dehrtek ferhana, b’dik surtek vivaci.
Kont bniedem ghal waqtu, kont bniedem kapaci
li hdimt ghal haddiehor, u bqajt ferm tenaci.

U kbirt!

Warajk gbidt lill-poplu, lill-umanità,
biex fik tara bniedem – lill-kbir Santità.
Li b’mewga fuq ohra, wassalt f’realtà
il-kbir kalvarju… l-aghar krudeltà.

Haddant kull mistenni, mibghut mill-Mulej
ridt turi lill-bniedem li d-dinja m’hi xej.
Ma hrabtx mill-ostaklu, jew tlaqtu ghaddej,
ghax dik m’hix il-linja li xtaq il-Feddej.

Batejt!

U fik rajt Kristu iehor
imsallab bi pjagi moderni,
fejn xtaq ilissen “Bini l-ghatx…
u l-vuci ma tatux!”

Dak ismek ha tnaqqax, fil-qlub ta’ kulhadd
w minn fostna jintesa, ma jkun qatt u qatt.
Kont int li fuq artna gejt zortna darbtej’
Fil-passi ta’ Pawlu, kif xtaq il-Mulej.

Charles B. Spiteri (17 ta’ April 2005)

Sunday, July 12, 2009

Intervistat Mario Azzopardi


1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Hu dmir tal-awturi li jitkellmu, mhux biss dwar il-qirda tal-ambjent, imma dwar dak kollu li jikkomprometti l-gustizzja u dak kollu li jikkorrompi u joqtol l-ispirtu. L-ambjent ghandu jkun mifhum f’dimensjoni wiesgha, ibda mill-isfregju fiziku tal-pajjiz u spicca fil-korruzzjoni ta’ valuri estetici jew kriterji ta’ gharfien kritiku. F’dan is-sens, nghidu ahna, il-korruzzjoni fil-media ghandha tkun miggielda bla heda. Qeghdin nghixu l-epoka tas-sensazzjonalizmu rhis u c-cinizmu tal-ispettaklu reality, fejn persuni vulnerabbli qed ikunu esposti ghall-beneficcju uniku tas-suq selvagg.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu l-kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu?

Il-kittieba m’ghandhomx jabbandunaw l-arena tad-diskors pubbliku. L-aqwa esponenti tal-letteratura internazzjonali jaghtu ezempju klassiku ta’ dan l-impenn. Ghandi f’mohhi lil Garcia Marquez, Dario Fo, Josè Saramago jew Harold Pinter, ilkoll rebbieha tan-Nobel. L-awturi jridu jkunu l-fanali u l-interlokuturi tal-poplu. Jekk ma jitkellmux, isiru irrelevanti u jisfaw ikkundannati biex ikunu “studjati” biss fl-iskejjel ghal ezamijiet formali u superficjali. Il-letteratura ghandha tkun bil-wisq aktar inciziva minn hekk u nqis li l-kittieb ghandu jaccetta r-responsabbiltà tal-lotta politika. Ghandu jgieghel lill-politiku jhossu skomdu u irritat fejn mehtieg.

3. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb llum?

Lili jolqtuni hafna aspetti tal-hajja kwotidjana. U tolqotni l-ahbar barranija. Il-kitba hi attività tal-mument, imma r-ramifikazzjonijiet taghha jibqghu. L-isfida hi kif tikkompressa daqstant emozzjonijiet u ansjetajiet, u kif taghtihom legittimità wiesgha tant li jibqa’ jkollhom resonanza.
L-esperjenzi kollha ghandhom il-potenzjal li jkunu ttrasformati f’poezija jew f’generu iehor. In-natura essenzjali tal-kitba kreattiva ghandha x’taqsam mat-trasformazzjoni tas-sors/sustanza primarja u mbaghad, mal-konnettività mal-qarrejja. Jekk tfalli din il-fazi tal-ahhar, tkun falliet il-kitba. Tkun tilfet kull forza.

4. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

F'Malta dejjem kien hawn certi nicec letterarji u f'certi waqtiet storici l-awturi kienu nfirdu anki fuq il-medium lingwistiku. Ghandi f'mohhi, nghidu ahna, il-mod ta' kif kienu mifrudin il-letterati ta' zmien Dun Karm, bil-pro-Taljani fuq naha u dawk favur il-Malti fuq in-naha l-ohra. Kienet inholqot l-istess firda fis-snin Sittin, b'uhud bhal Guzè Aquilina jehduha kontra l-moviment tal-poezija l-gdida. L-aktar ezempju recenti ta' din il-firda letterarja, sehh sewwasew lejlet li Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea bhala membru shih. Grupp sostanzjali ta' awturi Maltin hargu "halfa" kontra d-dhul ta' Malta fl-Unjoni, ghaliex sostnew li Malta kienet se titlef l-identità kulturali taghha. Ironikament, bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, tqieghed fuq il-mappa Ewropea, ufficjalment, l-ilsien Malti, bi gzuz ta' zghazagz Maltin u anki awturi stabbiliti bhal Marshall u Calleja, isibu mpiegi tajbin bhala tradutturi ma' istituzzjonijiet Ewropej.

In-nuqqas ta' rispett lejn l-awturi hu wkoll sintomu tan-nuqqas ta' rispett li jezisti f'certi oqsma lejn il-lingwa indigena. Minhabba ragunijiet socjali, anki fl-università ghadek tiskandalizza ruhek tisma' tahlita assurda ta' Ingliz medjokri u Malti mkisser. Quddiem din is-sitwazzjoni, l-awturi lokali huma jew passivi inkella indiffrenti. Hu bhala ezempju l-kaz ta' meta gie f'Malta dan l-ahhar Roberto Benigni, biex jirrecita lil Dante. Benigni kien staqsa lill-udjenza jekk Dante qattx kien inqaleb bil-Malti u xi erbgha min-nies fis-sala laqilqu li tezisti traduzzjoni. Kemm mill-awturi hargu jipprotestaw li hadd ma kien gharraf lill-kommedjografu famuz Taljan li kemm Serracino Inglott kif ukoll Palma kienu ilhom li qalbu d-Divina Commedia ghall-Malti. Din il-qaghda bierda tal-awturi tikkundannahom ghall-irrelevanza socjo-politika, b'mod li l-letteratura Maltija tilfet ir-relevanza socjali u poltika taghha u donnha qed tezisti biss biex tkun studjata ghall-ezamijiet.

Irrid nghid ukoll li bhalissa qed ikun ippubblikat certu blaff ghal skopijiet populisti u/jew sensazzjonalisti. Minhabba l-pubblicità li qed tinghata lil dawn ix-xoghlijiet f'certi crieki, il-letteratura lokali qed tkun assocjata wkoll fil-percezzjoni pubblika mal-vulgarità, il-banalità u l-bassezza. Anki hawn, qed jiddominaw biss il-kriterji tas-suq, bil-komplicità ta' strutturi li qed "jippremjaw" il-medjokrità anki ufficjalment, u b'hekk jikbru l-irjus.

5. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Jien nemmen fid-diversità, fatt li hu mseddaq ukoll mill-vizjoni Ewropea. Jien ma naghmilx differenza dwar il-lewn tal-gilda, ghax marbut mal-lewn tal-gilda hemm il-varjetà rikka ta’ kulturi ohra, forsi aktar pristini u aktar genwini. Din ir-rikkezza ghandha x’taqsam mal-universalità u kull artist nifhem li ghandu jkollu tieqa miftuha berah biex jivvalorizza l-kollezzjoni vasta tal-kontenut etniku u t-tonalitajiet intriganti taghha. Jekk le, dak ikun artist pjuttost mijopiku li qed jillimita lilu nnifsu.


Ara s-sit: www.marioazzopardi.com