1. X'inhi r-relazzjoni ta' Manuel Casha u l-Awstralja llum?
L-Awstralja huwa l-pajjiz fejn nghix illum. Huwa l-pajjiz li fih esperjenzajt il-bidliet ta' tliet kwarti minn hajti. Mal-Awstralja ghandi rabtiet artitistici u emozzjonali imma wkoll domestici, specjalment minhabba r-rabta mal-familja tieghi. Mindu wasalt hawnhekk, bhala zaghzugh ta’ tmintax-il sena, bdejt hajja ohra milli kont naf f’Malta. Dan il-pajjiz offrili certi opportunitajiet, li xi whud minnhom ma kinux possibbli f’hajti f’Malta. Hawnhekk irnexxili nesperjenza mumenti fl-arti tieghi, fix-xena muzikali Awstraljana, li kienu barra mill-komunita` Maltija, imma fl-istess hin dejjem zammejt konnessjoni mal-gheruq ta' Malti mwieled Malta imma li jghix in-naha l-ohra tad-dinja.
Ir-relazzjoni ma' hbiebi ta' tfulti ghadha hajja sal-lum u rari nitilfu oppotunita` biex naghmlu rijunjon kull meta nerga' nzur pajjiz tfuliti, il-Kalkara. Sa certu punt hafna minnhom ukoll kellhom ifittxu futur barra minn art twielidhom, sew jekk siefru, sew jekk hadmu ghal snin twal mas-servizzi Inglizi jew hadmu fl-Ewropa, ghalkemm hafna minnhom issa regghu issettiljaw lura f’Malta, ghalhekk id-differenza mhix kbira kemm wiehed jista' jahseb. Jew forsi il-generazzjoni tieghi u l-grupp ta' hbieb li kbirna flimkien fis-snin hamsin u sittin kienu ispirati b’holm differenti milli jinspiraw il-generazzjonijiet tal-lum. Imma wiehed ma jridx jinsa c-cirkustanzi tal-hajja f’dawk iz-zminijiet. Dan l-ahhar ktibt u pproducejt sensiela ta' stejjer ghax-Xandir jismiha Stejjer mill-Gzejjer li titfa' dawl fuq dawn iz-zminijiet li qed nirriferi ghalihom.
2. Xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?

Malta hija art twelidi. Malta hu l-pajjiz fejn iffurmajt il-karratru tieghi. Dak kollu li jien illum huwa rizultat tal-formazzjoni tieghi fis-snin tat-teenages f’Malta fiz-zmien ta' wara l-gwerra fil-Cottonera. It-tfulija tieghi f’dar ommi u missieri u huti tibqa' l-hajja formattiva li qatt ma tista' thalli l-psike tieghi, u l-hbieb li kbirt maghhom f’dak iz-zmien jibqghu hbieb tieghi sal-lum. Sa tmiem hajti jien nibqa' nhoss il-htiega li nzur Malta minn zmien ghal zmien biex niffreska l-htiega tal -"Jien” li l-gheruq u l-element tieghi li nibtu fil-Kalkara.
L-Ebda success, l-ebda rikonoxxenza u l-ebda gharfin ma jista' jbiddel dan il-fatt.
3. F'liema attivitajiet artistici/kreattivi inti impenjat illum?
Naturalment il-poezija hija important hafna fil-linja kreattiva tieghi partikolarment fl-osservazzjoni tal-hajja ta' kuljum u r-riflessjoni tal-hajja madwari, imma l-muzika tibqa' fil-wicc tal-attivitajiet tieghi. Hemm sfidi ohra fil-muzika Awstraljana li ghadni involut fihom sal-lum. Dawn il-muzicisti hbieb tieghi li maghhom ghamilt zmien twil fix-xena tal-muzika Awstraljana u kienu kollegi tieghi ghal bosta snin ghadni nikkolabora maghhom sal-lum.
Il-kitarra tibqa' l-akbar habiba tieghi u ghandni naghti kontribuzzjonijiet f'okkazjonijiet lokali fejn flimkien ma' muzicisti ohra Maltin niehu sehem f’kuncerti jew dehriet, f'iljieli Maltin kulturali.
Tajt u ghadni naghti kontribuzzjoni fil-palk Malti, li permezz tieghu nista' nirrifletti l-hajja tal- Maltin fl-Awstralja.
4. Liema huma l-aktar ghal qalbek?
Jien inhobb il-muzika folkloristika dinjija imma partikolarment dik Maltija. Inhobb il-muzika blues, dik il-muzika li generalment tissejjah ‘tal-poplu’ bhal Rebetika u l-Fado fost ohrajn. Inhobb l-Ghana Malti imma mhux biss bhala delizzju, imma wkoll bhala wirt kulturali Malti. Insib li l-fraternita` tal-ghana taqfel fija tifsiriet, lingwagg u uzanzi li jirriflettu i-karattru tal-poplu Malti minn zmien imghoddi. Jien m’iniex affettwat bil-pregudizzju jew l-istigma kontriha. Nemmen li fl-imghoddi l-hajja kienet izjed semplici fl-irhula u l-poplu ma kienx sofistikat bhal ma hu l-lum, imma fil-muzika tradizzjonali ghadni naghraf hjiel ta' min konna fi zmien l-imghoddi, avolja ironikament, l-ghannejja tal-lum huma aktar edukati u intonati ghall- modernizmu, madankollu l-imhabba lejn il-muzika tal-Ghana tibqa' soda fihom u f’dawk li jsegwu l-ghana.
Fl-assocjazzjoni tieghi ma' Frans Baldacchino ‘il-Budaj” imxejna triqat godda fl-espressjoni tal- Ghana Malti, imma kemm hu u kemm jien dejjem gejna lura lejn l-gheruq tal-Ghana bhala muzika Maltija fundamentali. Fl-Ghana Malti hemm qofol ta' min ahna ahna l-Maltin bhala poplu avolja il-maggoranza tal-poplu ma jaqbilx ma' din it-teorija.

5. Kif taghtihom zvog?
Bosta drabi niltaqa' ma' xi hbieb tieghi, biex indoqqu ghall-pjacir u l-moghdija taz-zmien, li hu aktar rari il-lum il-gurnata, imma l-bicca l-kbira dejjem ghaddej b’xi progetti li jzommuni marbut.
Min-naha tal-poezija u l-lirika qatt ma waqaft milli nhazzez dak li jispirani, imma l-lum anqas niehu sehem fil-qari tax-xoghol tieghi pubblikament, waqt li ghandi gabra ta' poeziji li nispera li nxandar fi ktejjeb qabel ma jkun tard wisq.

6. Fil-belt fejn tghix, il-Maltin jiehdu interess fil-letteratura, fil-poezija, fl-ghana?
Il-Maltese Literature Group, jaghmel laqghat regolari u anki jipprezenta laqgha annwali Muziko-letterarja, fejn il-kittieba lokali jipprezentaw ix-xoghol taghhom. Matul is-snin gew ippubblikati numru ta' kotba ta' vers u proza. Naturalment hawnhekk il-poeta ghandu anqas opportunita` li jbiegh kotba tal-poezija, madankollu l-istorja turi li hargu numru sabih ta' kotba matul iz-zmien u sahansitra anki hargu xi kotba akkumpanjati minn CD tal-kittieba jaqraw ix-xoghol taghhom. Imma r-realta` thedded li l-lingwa Maltija ser tonqos fl-uzu meta l-generazzjonijiet li emigraw minn Malta jonqsu fin-numru. Din id-deterjorazzjoni tidher mhux biss fil-qasam letterarju imma f’kull qasam iehor artitisku li gabu maghhom il-Maltin minn Art twielidhom. Din it-teorija mhix accettata sal-ahhar hawnhekk minn dawk li jhobbu l-lingwa Maltija u jixtiquha tibqa' uzata wara li jispiccaw huma, imma r-realta` turi mod iehor.
7. Dan l-interess jew nuqqas tieghu jvarja minn komunitajiet ohra?
7. Dan l-interess jew nuqqas tieghu jvarja minn komunitajiet ohra?
Nemmen li kull komunita` li waslet hawn permezz tal-emigrazzjoni, iffaccjat l-istess problemi li iffaccjat il-komunita Maltija. Imma nemmen ukoll li komunutajiet ohra rnexxielhom izommu l-interess fil-lingwa taghhom u jghadduha lil uliedhom permezz ta' aktar uzu tal-lingwa fid-djar u ta’ twaqqif ta’ skejjel tal-lingwi taghhom kmieni fl-istorja. Hawhekk il-Maltin ghamlu sforzi li qed juru certi rizultati imma meta mqabblin ma' nazzjonijiet ohra, bhat-Taljani, il-Griegi , il-pajjizi Azjatici jew ta' Lvant Nofsani, ahna l-Maltin ma kellniex l-istess rizultati. Dan ifisser li l-interess fil-lingwa Maltija fil futur ser jonqos maz-zmien sakemm il-Malti kif nafuh issa imut mal-mixja tas-snin.
Hawn min jara din bhala tragedja… imma hawn ukoll minn jaccetta dan bhala process naturali u mhux bhala problema. Hawn min jargumenta li imhabba l-fatt li ahna l-Maltin konna armati bil-lingwa Ingliza meta wasalna l-Awstralja, ghalhekk kellna anqas raguni biex inzommu l-lingwa taghna hajja f’dan il-pajjiz. Dan ma sarx intenjzonalment , imma l-fatt hu li r-rizultat juri li l-interess fil-lingwa Maltija fost il-komunita` Maltija ma kienx daqs dak ta' nazzjonijiet ohra.

8. X'tahseb dwar il-kittieba Maltin-Awstraljani llum?
Hawn numru ta' kittieba Maltin li ghadhom jiktbu bil-Malti. Ix-xoghlijiet ivarjaw fil-livelli ta' kitba. Ghandna poeti li jiktbu b’certa profondita` u ohrajn li jqabblu. Hemm dawk li permezz tal- umurizmu jwasslu messagg intens imma hemm dawk ukoll li jiktbu ghax ihobbu l-Malti, sew jekk hi kitba tal-vers jew ta’ proza.
Tlifna numru ta' poeti li fl-imghoddi kienu jaghtu kuntribuzzjoni tajba, imma bhal ma ghidna fuq il-lingwa, il-kittieba u poeti qed jonqsu wkoll. Kultant inhoss li hafna mill-poeziji li nkitbu hawn huma fuq suggetti li jolqtu lill-emigrant. Forsi dawk bhali li kbirna fl-ahhar tas-snin hamsin u kmieni fis-snin sittin, konna lhaqna skoprejna lill-beat generation bhal Kerouac, Ginzberg u r-rock poetry ta' Bob Dylan, John Lennon, u-xoghlijiet teatrali ta' Ionesco u Lorca fl-Ewropa u aktar tard lil David Williamson fl-Awstralja, fejn l-espressjoni ma kinetx fuq is-sbuhija tal-hajja imma l-kontra. Fejn ir-realizzazjoni tat-tragedja tal-hajja kienet iccelebrata bhala il-helsin tal- ispirtu u l-verita` ta' hajjithom. Jekk il-hajja hija maghmula mill-ferh u mill-hemm, il-poezija trid tirrifletti z-zewg nahat. Generalment din mhix it-tip ta' poezija li tinkiteb hawnhekk, minna l-Maltin.
9. Issibu opportunitajiet biex tiltaqghu u tberrhu xoghlijietkom?

Kif ghidt qabel il-Maltese Literature Group jaghmel laqghat ta' xi darba fix-xahar. Kien hemm zmien meta Gorg Chetcuti kien jiehu hsieb Pagna letteraja fil-gazzetta Maltija il-Maltese Herald imma mindu miet hu , xi snin ilu, din waqfet.
Fuq l-istazzjonijiet tar-Radju Malti ghadhom jinqraw xi poeziji , imma fl-opinijoni tieghi l-opportunitajjiet li wiehed iberrah ix-xoghol tieghu naqsu meta mqabblin ma' dak iz-zmien tal-bidu meta Dr Guze` Abela iffonda l-Maltese Literature Group fis-snin Sebghin. Huwa dokumentat li kien hawn ghaqd’ohra letterarja qabel il-Maltese Litrature Group, imma din kienet qabel zmieni ghalhekk m’iniex informat bizzejjed biex nikkummenta fuqha. Pero` dawn kienu ppublikaw il-ktieb Driegh fi Driegh li juri li kienu attivi bizzejjed biex ippublikaw ix-xoghlijiet taghhom.

10. X'qed jinkiteb minnhom?
Hawnhekk il-poezija l-aktar li tohrog mill-qalb x’aktarx hija nostalgika, domestika u religjuza. Izjed ma l-kontributuri jikbru fiz-zmien u jirrealizzaw li Art Twielidhom qed titbieghed sew kulturalment u prattikament, izjed wiehed jitqanqal biex jesprimi id-diqa ta' din ir-realta`. Hawn ukoll poeziji umorestici u spiritwali.
L-osservazzjoni tar-realta` u tal mument ma narax li tohrog bizzejjed, forsi minhabba li l-karratru Malti li jghix hawnhekk huwa privat u mhux lest biex jizvela jew jinzel fil-fond bizzejjed biex jikxef jew jaqsam dak li hu ta' diqa jew realta` spiritwali. Dan il-konservattivizmu gieli jillimita l-epressjoni tal-poeti Maltin fl-Awstralja.
Ghadu kif hareg ktieb il-poeta Joe Saliba, Uluru li fih jizvella l-hsus ta' ruhu minghajr biza' jew inibizzjoni. Fejn il-hsieb u l-messagg johrog minghajr kompromess. Fejn il-kuragg tal-kittieb jigi qabel il-biza' mic-cirkostanzi. Ghalija, din hi t-tip ta' poezija li tinteressani. Wara kollox poeta li jolqot, dejjem jghix fix-xiefer.

11. Xi tghid dwar il-programmi radjufonici u l-gurnali Maltin fl-Awstralja?
L-istil ta’ prezentazzjoni, u r-raportagg fuq certi stazzjonijiet huwa aggornat kif ukoll huma l-prezentaturi. Naturalment il-livel li intom imdorrijin bih f’Malta li tghixu fl-elemnent tal-lingwa u fejn hemm professuri tal-lingwa bhal Oliver Friggieri u livelli fl-universitajiet huwa dejjem il-mira u l-kriterji li xi whud mill-istazzjonijiet jimmiraw ghalihom.
Il-lingwa f’Malta hija fl-element haj taghha u l-bidliet u l-influwenzi, kif ukoll l-istil ta' prezentazzjoni dejjem jikbru u jizviluppaw b’heffa, partikolarment f’dan iz-zmien modern. Hawnhekk il-Malti generalment huwa tajjeb imma jrid iz-zmien tieghu biex jaggorna u jlahhaq mal-bidliet li jsiru fil-mezzi tax-xandir f’Malta.
Xi whud mill-programmi radjufonici jippruvaw izommu aggornati mal-livell ta' lingwa mitkellma f’Malta f’dak il-mument, imma ohrajn li jhossu li jistghu jaqdu lill-poplu aktar ahjar jekk iwasslu l-messagg taghhom b’dak it-tip ta' Malti li huwa aktar mifhum mill-komunita`.
12. Liema hija l-belt fejn tghix?
Jien nghix f’Donvale, fi Lvant ta' Melbourne.
13. Iddeskrivi s-sabih u l-ikrah taghha.
Is-sabih ta' Donvale huwa li ahna mdawrin bis-sigar u bin-natura. Fil-gnien tieghi jghaddu hafna ghasafar ta' kull kulur u l-hena tieghi nitmaghhom li minhabba n-nuqqas ta’ xita draw jiddependu minna biex nitimghuhom u liz-zghar taghhom. Dawn il-kreaturi darba jsiru jafdawk jibdew jieklu minn idejk. Din fiha riflessjoni poetika fiha nfisha u ggieghlek tapprezza n-natura izjed mill-qrib.
L-ikrah ta' fejn noqghod jien hija t-theddida tan-nirien fl-eqqel tas-sajf. Hawnhekk irridu niehdu certi prekawzjonijiet biex nevitaw il-periklu tan-nirien. Imma dan hu prezz zghir li rridu nhallsu meta tqis kemm ghandna biex ingawdu.
14. Ghad fadal rabta bejn il-kittieba Maltin li jghixu Malta u dawk bhalek li joqoghdu fl-Awstralja?
Jista' jkun li fadal xi rabtiet zghar fl-ispirtu bejn xi kittieba Maltin u dawk tal-Awstralja, imma z-zewg pajjizi huma geografikament tant ’il boghod minn xulxin li difficli biex wiehed jifhem u jfiehem il-bidliet miz-zewg nahat.
Kif tibda biex tispjega l-kobor ta' dan il-kontinent u kif jaffettwa l-individwu fil-hajja tieghu ta' kuljum? Fl-istess hin kif il-kittieb Malti jispjega l-bidliet li ghadda u ghaddej minnhom bhalissa, politici, ekonomici, morali religjuzi, etc?
Il-bidliet li nara f’Malta fiz-zjajjar tieghi huma kbar meta mqabblin mal-Malta li hallejt jien meta kont teenager. Il-lum il-mezzi elettronici qarrbuna izjed lejn xulxin, imma dawn jibqghu biss mezzi ta' korrispondenza u komunikazzjoni. Nemmen li r-rabtiet bejn il-kittieba jigu mis-sens ta' kif jidentifikaw. Il-kuntrasti bejn Malta u l-Awstralja tant huma kbar li jeliminaw hafna mis-sens ta' identifikazzjoni.
Biex nirrispondi l-mistoqsija minghajr aktar kwalifakazzjoni, ma nahsibx li r-rabta bejn il-kittieba Maltin u dawk fl-Awstralja hija qawwija daqs kemm jahsbu hafna.
15. Thoss li jistghu jitjiebu xi affarijiet?
Min-naha tieghi, il-kitba dejjem qistha b’espressjoni personali u ghalija hemm tibda u tispicca l-kwistjoni.
Ma nemminx l-affarijiet jistghu jitjiebu bi skemi bejn il-gvernijiet jew skemi introdotti mill-politici ghal ghanijiet li m’ghandhomx x’jaqsmu mal-letteratura u lingwa.
Issir kittieb ghax ikollok htiega. Tikteb il-poezija ghax il-htiega tkun qawwija fik. Tuza l-lingwa u l-arti tal-kitba , sewwa l-vers, il-lirika, jew il-kitba ghall-palk ghax ikollok messagg xi twassal.
Ghalhekk ma narax mezzi ovvji li jistghu jigu introdotti biex jitjiebu l-affarjiet min-naha tal-kitba.
16. Liema?
Li tinzamm hajja l-lingwa Maltija fost il-generazzjonijiet ta' Maltin imweldin fl-Awstralja. Imma din hija haga li kellha ssir hamsin jew sittin sena ilu meta bdiet l-emigrazzjoni bl-Assited Passage Scheme, fejn hafna Maltin telqu 'l art twelidhom biex itejbu l-qaghda taghhom u tal-familji taghhom minhabba l-qaghda hazina tax-xoghol fil-gzejjer Maltin.
Dak iz-zmien l-awtoritajiet kienu jheggu lill-Maltin, li kienu ser jemigraw, biex jikkoncentraw fuq l-Ingliz izjed mill-Malti, ghax l-Ingliz ried jghinhom biex jaghmlu l-futur taghhom fl-Awstralja u mhux il-Malti. Forsi dan sehh min-naha prattika skond ir-rata tas-success ta' settelment tal- Maltin fl-Awstralja, imma rrenda l-lingwa Maltija bhala lingwa inferjuri u minghajr valur fost l-ewwel emigranti. Dak il-process ta' brainwashing irrizulta li hafna Maltin ma nsistewx li jghaddu l-lingwa lil uliedhom ghax riedu jarawhom jiehdu l-identita` Awstraljana bl-ghan ta' aktar success fil-karrieri taghhom, li naqqset mill-prijorita` tal-bzonn li tinzamm hajja l-lingwa Maltija fl-Awstralja.
'Il quddiem, ghalkemm in-numru ta' emigranti naqas, it-tip ta' emigranti li jaslu l-Awstralja llum, inbidel. Sal-lum ghadni niltaqa' ma' numru ta' Maltin li telghu recentamenet ghax ghazlu li jitilghu l-Awstrajla u li jahdmu fil-qasam professjonali taghhom wara edukazzjoni universitarja. Dawn jghixu fl-ahjar subborgi fl-istati Awstraljani u sa certu punt ma tantx jithalltu ma' dik il-komunita` li telghet hawn bejn is-snin hamsin u sebghin.
Dawn in-nies professjonali telghu edukati fil-lingwa Maltija u aggornati fl-ahhar zviluppi, imma dan it-tip ta' emigranti huma eccezzjoni meta kkomparati mal-massa li telghet fl-ewwel tletin sena.
Dawk fostna li lahqu livell terzjarju fil-lingwa Maltja, qabel siefru, taht ghalliema bhal Brother Henry FC, Karmenu Vassallo u ohrajn bhalhom , kienu xxurtjati li gie mixghul fihom is-sens ta' mhabba, unur u lealta` lejn l-ilsien Malti, anki f'art barranija, u li stmaw il-propaganda ta' dak iz-zmien talli kienet.
B’risposta ghall-mistoqsija , le, ma narax li l-affarijiet rigward il-lingwa Maltija jistghu jitjiebu, il-mument ghadda, id-decizjonijiet bikrija saru, u l-konsegwenzi tal-lum huma r-rizultat tal-azzjonijiet tal-bierah.
Il-Maltin fl-Awstralja wrew li huma kapaci daqs minn hu kapaci f’kull qasam fejn jikkompeti l-poplu Awstraljan, imma jkollna naccettaw li l-lingwa Maltija ser tmut mal-generazzjoni taghna.
17. Liema huma l-pubblikazzjonijiet fejn dehru l-kitbiet u poeziji tieghek?
Bejn Vjagg u Iehor
(Joe Axiaq, Phillip Camilleri u Manuel Casha)
Irjieh
(Antologija – Maltese Literature group- Melbourne)
Frott iehor
(Antologija– Maltese Literature group- Melbourne
Oceghanja
(Ktieb u CD- Melbourne)
Numru iehor ta’ xoghlijiet muzikali u tal-palk.
XI POEZIJI TA' MANUEL CASHA:
DIDGERIDOO
Nofroq il-folla go Victoria Market,
infittex l-arti 'ndigina ta’ dawk li gew qabilna,
qabel ma parrtu "hin-il-holm"
mal-inbid hamrani li jnissihom
min kienu…
min huma…
min saru…
B'gilda sewda, w ghajnejn zoroq,
In-nattiv jitmieghek f'sakra tal-mewt
mixhut fuq il-bankina
mghajjar, mistmerr u mifni,
Imwarrab…
Imgarrab…
Imkarrab…
waqt li Ciniz bil-beritta Amerikana,
jbiegh Didgeridoo lill-folla ghaddejja.
B'Ingliz imkisser joffri prezz specjali,
minghajr rimors u misthija
jiggebbed…
jitkedded…
u jhedded…
"prezz bhal dan ma ssibu mkien".
U x'hin jonfoh fl-arblu mqaddes,
is-simb’lu tar-razza mifnija…
l-istupru jkun shih…

15 Jannar 2002
F'DAIMARU (Shopping Centre) - Central Station-Melbourne
Il-fifri jsahhru l-folla go Daimaru
fejn il-muzika tal-Estek fl-ahhar sabet kenn.
Fis-shana ta' arja artificjali
jigbru udjenza madwar il-palk
imhallsa bid-deheb
waqt li t-tfalja mixhuta, mormija fuq il-bankina
b'subghajha ffrizati u vuci tterter,
tghanni l-mistoqsijiet u l-ingustizzja
ta' hajjtiha, b'fidi soda li ghad tbiddel id-dinja…
Ftit il-boghod il-kitarrist Malti
jhaffar it-triq u jhejjiha ghall-qatran,
qatran iswed li jsewwed mohhu
bil-pessimizmu uman
u n-nuqqas ta' gharfien,
mhux barra biss,
Imma anke gewwa
Pajjizu…
14 Gunju 2002
FIL-MIRA
L-ebda ferh bla niket…
Bejn id-dellijiet tal-gisem u r-ruh,
bejn l-imhabba ghal dejjem,
u kull tahbita tal-qalb,
ibaqbaq il-kunflitt uman…
u jien nabdika mis-sejha tar-ruh
ghall-itqal rimedju…
U nerfa' l-pis,
bla ma nqis,
li ma niflahx,
ghall-gravita`
u l-vanita`,
li qed jghaffguni…
Imm'issa ghajjejt
nghix espost,
bla post
li nsejjeh dari…
Issa ghejjet
nghix fil-mira...
29 Ottubru 2001
FITTIXTEK
Minn wara twieqi mbexxqa
f’rifless maqlub mill-mera
minn xquq il-hajt imherri
minn mirja kkuluriti
minn tazzi nofshom vojta
minn swali iffullati
f’kadenzi diminwiti
fi vjaggi infiniti
f’zghoziti u tfuliti
Fittixt u ghadni nfittex
biex nara int minn int...
Ottubru 1988

GHALIJA BISS
Issemmilix ismijiet
jew liema filosofija
mahkum minna,
x’rajt jien fik
jew int x’rajt fija,
toqob fl-Ozone
ajru mhammeg
jew zbilanc fl-ekologija,
tfal imgewha, f’xaghri niexfa,
dbieben kokrocc,
nies minsija,
l-ingustizzji ta' did-dinja
minn ihobbok, minn jobghodok,
minn hu mghawweg, minn hu linja...
Issemmix geografija,
geometrija,
w gerarkija,
id-distanzi li qed tilmah
go ghajnejja
u il-firda,
tal-holm tieghi,
il-barzakka,
u l-kitarra
u it-triq li ghad tisraqni...
baxxi harstek suspettuza,
tgharrex ghall-iskizofrenja,
In-Nirvana,
titlobx l-ghana,
illi l-bierah,
qalbek mela,
ziffen ruhek
f’tlugh it-telgha,
f’tlugh it-tarag
tlieta, tlieta,
f’toroq twal,
itturufnati
fejn int fija sibt il-farag...
Jekk minghandi trid li weghedtek
nghidlek li ghidt lil kulhadd
dan il-jum hu biss ghalija
m’iniex lest naqsmu ma' hadd
xbajt mis-"soltu”
xbajt mill-"fiss”
Dan il jum hu tieghi biss...
23 Novembru 1992
Issemmilix ismijiet
jew liema filosofija
mahkum minna,
x’rajt jien fik
jew int x’rajt fija,
toqob fl-Ozone
ajru mhammeg
jew zbilanc fl-ekologija,
tfal imgewha, f’xaghri niexfa,
dbieben kokrocc,
nies minsija,
l-ingustizzji ta' did-dinja
minn ihobbok, minn jobghodok,
minn hu mghawweg, minn hu linja...
Issemmix geografija,
geometrija,
w gerarkija,
id-distanzi li qed tilmah
go ghajnejja
u il-firda,
tal-holm tieghi,
il-barzakka,
u l-kitarra
u it-triq li ghad tisraqni...
baxxi harstek suspettuza,
tgharrex ghall-iskizofrenja,
In-Nirvana,
titlobx l-ghana,
illi l-bierah,
qalbek mela,
ziffen ruhek
f’tlugh it-telgha,
f’tlugh it-tarag
tlieta, tlieta,
f’toroq twal,
itturufnati
fejn int fija sibt il-farag...
Jekk minghandi trid li weghedtek
nghidlek li ghidt lil kulhadd
dan il-jum hu biss ghalija
m’iniex lest naqsmu ma' hadd
xbajt mis-"soltu”
xbajt mill-"fiss”
Dan il jum hu tieghi biss...
23 Novembru 1992
MEDJOKRITA
Ir-Rih jikwi
Tal-kreativita
jahraqna kollha
u jdawwalna
bl-ispirazzjoni
f’bahar mimli
ghawwiema
jghumu fil-baxx
f’kurrenti taz-zmien
li jbiddlu d-direzzjoni
bil-forzi qawwija
tal-ilma tal-lum
waqt li flimkien
nghumu 'l barra
fil-font tal-kreazzjoni
lejn il-barkun
tal-perfezzjoni…
sakemm l-ghejja
tahkimna…
u lura nduru…
lejn is-sigurta`
tal-bajja…
tal-medjokrita`…
8/9/1999
Tal-kreativita
jahraqna kollha
u jdawwalna
bl-ispirazzjoni
f’bahar mimli
ghawwiema
jghumu fil-baxx
f’kurrenti taz-zmien
li jbiddlu d-direzzjoni
bil-forzi qawwija
tal-ilma tal-lum
waqt li flimkien
nghumu 'l barra
fil-font tal-kreazzjoni
lejn il-barkun
tal-perfezzjoni…
sakemm l-ghejja
tahkimna…
u lura nduru…
lejn is-sigurta`
tal-bajja…
tal-medjokrita`…
8/9/1999