Alfred Massa sostna li l-Għaqda Poeti Maltin kienet kuntenta li ltaqgħet ma’ poeta-artist bħal Manwel Cassar li hu attiv ukoll fil-Grupp Letteratura Maltija f
l-Awstralja, imma anki membru tal-Għ.P.M. Laqgħat bħal dawn jgħinu biex tikber ir-rabta bejn il-kittieba Maltin li jgħixu daqstant ‘il bogħod minn xulxin. Alfred Massa ppreżenta lil Manwel Cassar żewġ antoloġiji poetiċi multilingwi maħruġin mill-Għaqda Poeti Maltin.

Min-naħa tiegħu l-poeta u artist Malti-Awstraljan sostna li se jwassal il-messaġġ tal-Għaqda Poeti Maltin lill-Grupp Letteratura Maltija. Qal ukoll li fl-Awstralja hemm għatx kbir għall-ktieb Malti u li x-xandara Maltin fl-Awstralja mhux l-ewwel darba li qraw xogħlijiet bil-Malti minn Malta waqt il-programmi tagħhom.
Fl-aħħar parti tal-Laqgħa dawk preżenti qraw xi versi bil-Malti miktubin mill-pinna tagħhom stess. Anki Manwel Cassar qara xi poeżiji minn tiegħu li kiteb reċentement.
No comments:
Post a Comment