Thursday, April 11, 2013

ATTIVITA` OĦRA MINN VERS AGĦTINI


ID-DJALETTI FESTIVALS

Rakkonti bid-djalett, qari mil-letteratura Maltija u għanjiet Maltin

‘Qawmien u Xenqiet’


b’rikonoxximent lejn l-awturi u l-protagonisti
tal-Moviment Qawmien Letterarju – (MQL)

Nhar it-Tlieta 23 t’April, 2013
Il-Common Room tal-Università ta’ Malta
L-Imsida
Ħin: 6:30pm

- KULĦADD MISTIEDEN -
DĦUL B’XEJN
Attività oħra b’risq l-ilsien Malti - VersAgħtini IKM VO/0050

Għal iktar tagħrif: 
Miriam Cassar: 9922 6186 – 2166 7001
                  djaletti@gmail.com


Wednesday, April 10, 2013

JOĦROĠ IL-PONT TA' APRIL 2013


Għadu kemm ħareġ IL-PONT ta' April 2013. Din hija rivista elettronika li tittratta l-qasam tal-letteratura. Fiha paġni bħalma huma l-Editorjal, l-Aħbarijiet mid-dinja letterarja, l-Intervista ma' persuna marbuta mal-letteratura, Poeżiji u Rakkonti, Reċensjonijiet ta' kotba differenti, u kitbiet ta' natura letterarja differenti anki mill-pinna tal-qarrejja u dawk kollha li għandhom għal qalbhom dan il-qasam. Għal dawk kollha li jixtiequ jirċievu kopja ta' din ir-rivista letterarja elettronika jistgħu jiktbuli fl-e-mail:

sammutpatrickj@gmail.com


Sunday, April 07, 2013

Qari ta' poeżiji fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin

L-Għaqda Poeti Maltin ilha minn Jannar li għadda toffri opportunita' lill-membri tagħha u lil dawk kollha li għandhom il-poeżija għal qalbhom biex jaqraw il-versi tagħhom u jisimgħu poeżiji moqrija b'ilsna differenti. Dan qed isir kull l-ewwel Sibt ta' kull xahar bejn l-10 u 12 p.m. L-ewwel laqgħat saru fil-Cafe' Rocher. Issa qed isiru fil-Kafe' tad-Dar tal-Emigrant. L-atmosfera hij waħda informali għall-aħħar u wieħed jista' jiekol u jixrob xi ħaġa waqt li jaqra u jisma' poeżiji differenti. Kulħadd huwa mistieden li jipparteċipa u d-dħul huwa b'xejn.



Fir-ritratti jidhru tliet waqtiet differenti mill-aħħar laqgħa fid-Dar tal-Emigrant, is-Sibt, 6 ta' April.