Proprju f’dawn il-jiem Sergio Grech għarrafni li ħalliena l-poeta Toni Caruana, mill-Belt Valletta. Kont naf li kien ilu ma jiflaħx sewwa u għalhekk spiss kont naħseb fih u anki f’dawk il-jiem, snin ilu, meta konna niltaqgħu waqt xi Lejla tal-Poeżija organizzati mill-Għaqda Poeti Maltin, mill-Għaqda Letterarja Maltija (illum xolta) u minn PoeżijaPlus.
Il-poeżiji ta’ Toni Caruana - ghal snin twal membru tal-Ghaqda Poeti Maltin - kienu miktubin b’sempliċità liema bħalha, imma ma kinux neqsin minn ċerta profondità ta’ ħsieb, u kienu xhieda ta’ bniedem li jħobb jaqra qatigħ. Kien jikteb dwar kull suġġett bla biża’ ta’ xejn u spiss il-poeżiji tiegħu kienu jidhru fil-Paġni Letterarji tal-ġurnali lokali u anki f’bosta antoloġiji letterarji.
Niftakar ukoll li Toni Caruana kien jikteb spiss u regolarment fil-paġna tal-ittri f’xi gazzetti lokali. Dwar il-poeżija tiegħu jiena kont iddedikajt kapitlu sħiħ fl-ewwel ktieb tiegħi TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN.
Xtaqt hawn nispiċċa b’poeżija minn tiegħu:
...U KOLLOX JINBIDEL
bl-ghajjat u hafna hsejjes
u mhux biss b’dawk ta’ niesha,
b’ta’ Cikku m’ibnu Xmun
b’karettun mimli hxejjex
jghajtu patata u basal
u xi gmiel ta’ laring
u ejjew ghax Cikku wasal.
Katrin iz-Zebbugija
tbiegh b’lehen irqiq
biex tbiegh kejla kappar.
Rozi ssejjah lil Kikku
f’tieqa gholja sular
waqt li ddendillu l-qoffa
ha jaghtiha l-halib
u Kikku b’merhla moghoz
iterraq mal-Belt kollha
jahleb il-halib bnin
daqs l-ghasel w abjad borra.
Tinstama’ ghajta rqiqa
ta’ sajjied b’qoffa rizzi
u Leli l-Pajpaj jghajjat
b’turtiera bil-pastizzi.
Kelinu tal-pitrolju
mat-toroq kollha jdur
u Ganni jbigh il-faham
ghal min ghandu l-kenur.
Felic ma’ ibnu Nenu
jaslu kull filghaxija
b’gardarun tar-ravjul
jghajtu shan u mimlija.
Hdejn il-hanut ta’ Pawlu
jigi Ninu u hemm barra
jghanni zewg ghanjiet helwa
waqt li jdoqq il-kitarra.
Gorg bil-bank fuq bankina
ha jbigh xi ratlejn hut,
Grezz b’lehen ta’ sopranu
tghid Zabbarija t-tut.
Fil-Belt xejn ma jinbidel
kont nahseb meta tfajjel
ghax dejjem harist ’dwari
w emmint b’li kont nisthajjel.
Mohh zghir hekk fehemha ’l hajja
fl-ewwel ftit snin ta’ zmieni,
izda jiena kont ghadni
halib ommi fi snieni...
Għażiż Toni, grazzi lilek u nixtieqlek il-mistrieħ ta’ dejjem.
No comments:
Post a Comment