Nhar il-Gimgħa 29
ta’ Awwissu 2014 fis-7.30pm f’ waħda mis-swali tal-Ministeru għal Għawdex ser
issir Serata letterarja li fiha għadd ta’ kittieba Għawdxin, fosthom Joe
Camilleri, Dun Gorg Mercieca, Charles Bezzina, l-Avukat Alfred Grech, Ganninu
Cremona, Joe W Psaila, Patri Remiġ Galea Kapuċċin (nawgurawlu minn qalbna għax dawn il-jiem qed
jagħlaq 50 sena saċerdot), Anton F Attard, ser jaqraw siltiet mix-xogħlijiet
tagħhom. Se jinqara wkoll feature letterarju
tal-Kav Joe M Attard, li qed jieħu din l-inizjattiva, dwar il-‘Bajjiet Għawdxin
fil-Poeżija’. Jieħdu sehem Antoinette
Grech, M’Louise Attard u Maria Schembri.
Iżewqu s-serata l-pjanista u kantanta Mariella Cefai Spiteri, u s-sopran
Rosebelle Pavia. Wara l-kittieba Għawdxin jkollhom il-ħin jitkellmu ma’ dawk li
jattendu waqt li jieħdu ‘drink’
flimkien (grazzi lill-Ministeru għal Għawdex).
Jippresiedi
l-Onor Ministru għal Għawdex l-Avukat Anton Refalo. Dawk kollha li għandhom
għal qalbhom il-Letteratura Maltija huma mistiedna jattendu.
Kav Joe M Attard
emarjos@hotmail.com