Tagħrifa ta' Tarċisju Zarb
Dawn iż-żewġ volumi ġew ippubblikati minn Schola Publications, u jmorru id f'id mal-volum TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN tad-De La Salle Publications (2003 u 2012).
Il-kritika letterarja u l-pedagoġija, fl-idea tiegħi, aktarx iva milli le, ħafna drabi, kienu ħafna u ħafna 'l bogħod minn xulxin. Għal snin twal, bħal qisu wieħed kien isib ruħu f'xi tip jew ieħor ta' 'dijatribu', bejn il-poeżija u l-'kritiku', b'tali mod u manjiera li aktarx iva milli le, kien ikollna r-riżultat ta' djalogu magħluq li ma jirreferixxix ħlief għalih u għalih innifsu. Ir-riżultat, għaldaqstant kien ikun monologu fi ħdan ftit jew wisq l-istess persona.
Mhux hekk, madankollu, huma l-kotba 'Tieqa fuq kittieba Maltin' (1 &2) ta' Patrick Sammut. Minkejja, il-ħila kritika tiegħu, minħabba l-esperjenza twila fit-tagħlim tal-Malti u Taljan, fost oħrajn, huwa ma jiqafx biss f'dak li jiena sejjaħtlu 'dijatribu', imma, filwaqt li f'xogħlijiet oħra, jagħti huwa wkoll is-sehem tiegħu f'din it-tip ta' paradimma ta' analiżi, hawnhekk id-djalogu li jinħoloq huwa bejn u bejn l-apprezzatur tal-poeżija u l-poeta. U dan jagħmlu tajjeb u tajjeb ħafna, permezz tal-użu ta' għadd ta' mistoqsijiet varji fuq poeżiji u poeti speċifiċi li nsibuhom fl-antoloġija 'Il-Poeżija Maltija' ta' Oliver Friggieri, li hija l-antoloġija, li l-istudenti fil-Livell A u IM għandhom biex jistudjaw bil-għan li jwieġbu mistoqsijiet fuq tema bħalma huma l-ġens, il-pajsaġġ u r-relazzjonijiet, fost oħrajn.
Bħala għalliem fil-klassi, Patrick Sammut jagħraf il-ħtieġa li jistaqsi, jew, kif ukoll iwassal lill-istudent innifsu biex direttament jew indirettament jistaqsi. Il-mistoqsijiet, kif nafu jieħdu diversi forom. Insibu l-mistoqsijiet diretti, li wieħed iwieġeb bi tweġiba riferenzjali, u nsibu oħra li għalihom wieħed irid jinferixxi. Insibu l-mistoqsijiet li wieħed irid jagħti tweġiba kwalitattiva, fis-sens ta' tweġiba miftuħa, fil-forma ta' paragrafu kif ukoll fit-tip ta' mistoqsijiet ta' xeħta kwantitattiva, fis-sens ta' mistoqsijiet bi tweġiba 'magħluqa'. Fl-istess ħin, insibu mistoqsijiet li fihom l-istudent irid jagħti opinjoni, jew jagħti impressjoni, kif ukoll isib u jagħmel riċerka biex isib xi tip ta' tagħrif, fuq poeżiji speċifiċi kif ukoll fuq poeti speċifiċi.
U dan Patrick Sammut, f'dawn iż-żewġ kotba u kotba oħra li huwa ppubblika ma' meddet is-snin, jagħmlu tajjeb u tajjeb ħafna. Għaldaqstant il-kotba ta' Sammut, li huma fil-forma ta' workbooks barra li huma megħjuna wkoll b'ritratti u grafika varja, jagħtu l-ispazju biex l-istudent/a, ikun f'qagħda li jagħmel ir-riċerka u jagħti t-tweġiba. L-għalliem/a, min-naħa l-oħra, jista' faċilment juża l-workbooks inkwistjoni biex ikun jista' jikkoreġi, ngħidu aħna aspetti ortografiċi, sintattiċi, ta' informazzjoni eċċ., li kif nafu aħna, in-nies ta' dan il-mestier, huma sine-qua-non fit-tagħlim ta' kull suġġett.
Għaldaqstant, nemmen li kull għalliem/a, kif ukoll student/a, fil-livell Intermedju u fil-Livell Avvanzat għandu jagħmel użu minn dawn iż-żewġ kotba, flimkien ma' kotba oħra simili tal-istess awtur, li tana wkoll xogħlijiet fuq livelli simili tat-Taljan. Dan għandu jgħin, biex, fost ħwejjeġ oħra, it-tagħlim tal-poeżija, ma jibqax it-tagħlim tal-għalliem/a, li jaf kollox u għaldaqstant jiddikjara minn qabel x'inhi u x'mhix il-poeżija, imma f'dijalettika bejn l-għalliem/a u l-istudenti, kif ukoll l-istudenti għal riħhom, jew fi gruppi jew f'pari jkunu jistgħu jieħdu l-akbar benefiċċji, f'termini ta' tagħlim, kif ukoll f'termini ta' suċċess fl-eżami A u Intermedju.
Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Saturday, April 05, 2014
Images from Malta/ Malta a primavera
Ricordi della seconda guerra mondiale
A pillbox of the Second World War
Una statua della Madonna in campagna
A statue of the Madonna in the countryside
Per quelli che dicono che a Malta non c'e' il verde
Malta is all green in spring
Il mare nella baia della Xemxija
Xemxija Bay and its blue sea
Ħarġa oħra tar-rivista online IL-PONT - April 2014
Għadha kemm ħarġet id-19-il ħarġa tar-rivista letterarja elettronika IL-PONT.
Kull min jixtieq jaqraha jista' jagħmel dan permezz tal-ħolqa:
http://www.scribd.com/doc/216290976/Il-Pont-April-2014
Grazzi tal-għajnuna ta' Omar Seguna li bis-sħħa tiegħu tistgħu taqraw IL-PONT online ukoll.
Wednesday, April 02, 2014
Intervistat ANTHONY FARRUGIA, kittieb u poeta
Anthony Farrugia twieled iż-Żurrieq u wara li attenda l-iskola Primarja taż-Zurrieq kompla l-edukazzjoni sekondarja fil-kulleġġ De La Salle, fejn ukoll kien ta bidu għall-karriera tiegħu bħala għalliem. Wara li fl-1971 temm b’suċċess Borża ta` Studju fil-Kummerċ u Studji Segretarjali ġie impjegat bħala Lecturer Grade ‘B’ fil-Kulleġġ ta’ l-Arti, Xjenza uTeknoloġija. Fl-1979 Anthony Farruġia inħatar bħala Kap tal-Iskola Segretarjali, Sir Hannibal Scicluna, u baqa` jżomm din il-kariga sakemm irtira fl-1996. Wara tnax-il sena bħala Kunsillier fil-Lokal ta` Ħaż-Żabbar, b`rikonoxximent għas-sehem tiegħu, Il-Kunsill onorah bl-għotja ĠIEĦ ĦAŻ-ZABBAR. Anthony Farruġia huwa membru tal-Għaqda Poeti Maltin kif ukoll tal-Kunsill Ċiviku ta` Haż-Żabbar. Jieħu sehem f` xogħol letterarju u qari ta` poeżiji fil-laqgħa ta` kull xahar li ssir mill-Kikkra Kuturali tal-istess belt.
1.
Meta u
fejn twelidt? X’tiftakar l-iktar minn jiem tfulitek? Kemm kien u għadu
importanti raħal twelidek f’ħajtek u f’kitbietek?
Twelidt fl-1 ta’ Ġunju 1935
fiż-Żurrieq u bqajt ngħix hemm sakemm kelli 22 sena, meta żżewwiġt lil Anġela
Aġius u mort noqgħod Ħaż-Żabbar fejn għadni noqgħod sallum.
Raħal twelidi ma ninsih qatt għax fih għext l-aħjar żmien ta’ ħajti.
Villaġġ fejn dak iż-żmien tista’ tgħid li kulħadd kien midħla ta’ xulxin, għax
ir-residenti kienu jgħoddu biss ftit eluf u għax kien hemm nuqqas ta’ attivitajiet
jew waqtiet fejn wieħed kien seta’ jheda.
Biss, biex ngħidu hekk, it-teatrin li xi kumpaniji tal-lokal kienu
jtellgħu, kien iservi ta’ mezz ta’ divertiment lil individwi kif ukoll
lill-familji sħaħ.
Fi żmieni, bħala żagħżugħ, aktar
kont issibni l-Mużew jew l-Azzjoni Kattolika, jew f’xi wieħed mill-każini
tal-Baned. Illum mod ieħor, ħafna opportunitajiet ta’
attivitajiet ta’ sport, drama, politika, reliġjon, u fuq kollox il-faxxinu tal-elettronika.
Tant ma nistax ninsa liż-Żurrieq, il-post fejn twelidt, li ma nqastx li
nsemmi u anke niddeskrivi xi postijiet
partikulari fiż-żewġ Rumanzi li ppublikajt, bħal Wied-iż Zurrieq, Wied Babu, taħt ir-raħal u naħiet oħra
magħrufin għall-ġmiel naturali tagħhom.
Anke fil-poeżija ma nqastx li
nikteb poeżija fuq Filfla, u oħra fuq l-irdieden tal-ilma li għad hemm fil-post
magħruf minna bħala ‘taħt ifr-raħal’.
2.
Minn
fejn bdiet il-ħajra tiegħek li tikteb? X’għandek l-iktar għal qalbek: il-kitba
tal-poeżija jew tan-narrattiva?
L-edukazzjoni sekondarja tiegħi
bdiet fl-1947 fil-Kulleġġ De La Salle, fil-Kottonera, fejn b’xorti kbira
għalija u u għal kittieba oħra ta’ stoffa, bħal ngħidu aħna, Alfred Palma u
Alfred Massa, fost oħrajn, kelli bħala għalliem tal-Malti lil Bro Henry
SFC. Kienet miegħu l-ewwel darba li
bdejt il-ħsus tiegħi fil-poeżija.
Niftakar kien jgħidli, ‘Taqtax qalbek, qis li din in-namra tibża’
għaliha.’ Smajt minnu sakemm domt il-Kulleġġ
imbagħad iċ-ċirkostanzi tal-ħajja biddluli għal kollox dak li kelli f’moħħi li
nagħmel. Għaddejt perjodu twil ħafna li
fih ma bqajtx nikteb ħlief għal xi novella ’l hawn u ’l hinn u kienu jsibu
ruħhom fil-kexxun t’isfel, sa ma forsi xi darba tmisshom ix-xorti u jaraw
id-dawl. Kien meta tħabbibt sew ma’
Alfred Palma, li mill ġdid kebbes fija l-imħabba għall-kitba bil-Malti. Għamilt l-almu tiegħi biex nitħarreġ ftit
aħjar sa ma erġajt sibt ruħi nesprimi
dak li f’waqtiet rari nħoss f’qalbi, xhieda kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’
sogħba. Saħansitra rnexxieli wkoll
nippubblika żewġ Rumanzi, bit-tielet wieħed ma jdumx ma jara d-dawl.
3.
Liema
huma t-temi li tittratta fil-versi tiegħek? Liema huma dawk li tittrattta
fin-narrattiva tiegħek?
Għalija, il-kitba tal-poeżija
hija espressjoni personali, poetika, spontanja, b’sentimenti qawwija personali
li jistgħu jesprimu fatti immaġinarji, patrijottiċi, erotiċi, morali,
ambjentali u oħrajn. Hija espressjoni qawwija li toħroġ mir-ruħ
ta’ min jiktibha.
4.
Liema
huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kitba tal-poeżija u tan-narrattiva?
Nikteb biex kemm jista’ jkun
il-qarrej jifhem u jaqsam miegħi dak li nkun qiegħed inħoss. Għax hawn poeti li donnhom jiktbu għalihom
biss. Żgur li mhux bħal Dun Karm, Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani u poeti oħra ta’
stima kbira.
Il-proża min-naħa l-oħra tesprimi
aktar fatti immaġinarji jew li tassew ġraw. Ngħid jien imbagħad li l-aqwa forma
ta’ proża hi dik narrativa li tagħti ħajja lir-Rumanz. Ir-Rumanz jista’ jiżvolġi f’atti inventat
f’ambjent naturali kif ukoll f’ambjent storiku.
5.
Liema
huma l-kotba li ppubblikajt s’issa? Għandek xi wieħed iktar għal qalbek minn
oħrajn? Għaliex?
Fost il-kitba tiegħi hemm xi poeżiji
li dehru fil-fuljett Versi li toħroġ l-Għaqda Poeti Maltin u
żewġ Rumanzi li ppubblikajt bl-isem ta’ Meta
l-Imħabba ma tmutx mitbuq minn Horizons u Fjuri fir-riħ mitbuq mill-Veritas Press. L-ewwel rumanz huwa
l-aktar għal qalbi għax bih dħalt b’modestja kbira mal-massa ta’ kittieba u
poeti li b’ħila liema bħalha iżommu ħaj Ilsien Pajjiżna.
6.
Għal min
hija mmirata l-kitba tiegħek? Xi tgħid dwar min juża lingwaġġ laxk u jikteb
biex joħloq biss sensazzjoni?
S’issa ktibt għal dawk kollha li
jixtiequ jkollhom f’idejhom x’jaqraw, miktub bi stil ħafif u mexxej. Inħobb indaħħal ħafna konversazzjoni għax
nemmen li l-qarrej jehda jimmaġina ruħu li jkun qiegħed jieħu sehem f’dak li
jkun qiegħed jaqra. Deskrizzjoni ta’ xi
xena ta’ ġmiel naturali tal-kampanja Maltija, m’għandniex xi ngħidu, ma
tonqosx. Fil-kitba tiegħ ġeneralment ma nintrabat ma’ xejn ħlief f’każijiet
fejn ma tkunx tista’ taħrab mit-tiġrib personali. Imma fil-poeżija donni bla ma rrid, nidħol
f’waqtiet ta’ ferħ jew diqa meta ħsibijieti jerġgħu jagħmluni ‘tifel’.
Imbagħad hemm kittieba li jogħxew
f’kitba kemxejn laxka waqt li oħrajn jħossu li għandhom jaqbżu l-limitu. Il-qarrej għandu jkun rispettat u kull
kittieb għandu d-dover li jġorr ir-responsabbiltà ta’
dak li jikteb. Il-liġi taċ-ċensura m’għadhiex li kienet, u alllura dan jista’
jagħti lok għal min kien laxk, jabbuża u jsir laxk iżjed minn qabel. L-għażla finali ta’ x’wieħed jaqra tibqa’
tal-qarrej innifsu.
7.
Kemm
huma stmati l-kittieba u l-poeti llum hawn Malta, kemm mill-pubbliku in
ġenerali kif ukoll mill-pubblikaturi? Inbidel xi ħaġa mill-imgħoddi ’l hawn? X’jista’
jsir biex is-sitwazzjoni titjieb? Kemm huma importanti għalik inizzjattivi
bħalma huma l-Għaqda Poeti Maltin, Kikkra Kulturali u Radju Hompesch?
Il-kittieb u l-poeta, fil-fehma
tiegħi igawdi stima aktar minn qabel.
L-istandard tal-edukazzjoni kiber u allura flimkien mal-istudji
post-sekondarju jgħinu biex din l-istima tibqa’ tikber. Għaqdiet Letterarji jaraw li l-istandard
ikompli jieħu volta ’l fuq u b’hekk kull kittieb u poeta, jekk mhux issa, ’il
quddiem ikompli jingħata r-rispett li jistħoqqlu.
F’moħħi , malajr, malajr, jiġu l-attivitajiet kważi kull xahar u l-Konkors
Nazzjonali ta’ darba fis-sena li tniedi L-Għaqda Poeti Maltin.
Xhieda oħra ta’ kemm il-pubbliku sar jinħabb mal-kitba bil-Malti hi
l-attendenza tal-ħbieb tal-ktieb fl-okkażjoni tal-Fiera tal-Ktieb li ssir
f’Novembru ta’ kull sena. Ta’ min
ifaħħar ukoll l-inzjattiva li ħa wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi lokali fejn jinqraw stejjer
għall-gosti tat-tfal biex fl-istess waqt iħajruhom jaqraw dejjem aktar.
Subscribe to:
Posts (Atom)