L-AĦĦAR JIEM BIEX TIEĦU SEHEM FIL-PREMJU
INTERNAZZJONALI TAL-POEŻIJA NOSSIDE 2012
L-Għ.P.M. taħdem fi
sħab mal-Konkors tal-Poeżija Intenazzjonali NOSSIDE li tiegħu huwa Delegat għal
Malta Patrick Sammut. Ta’ kull sena n-NOSSIDE – imwaqqaf fl-1983 - jkun miftuħ
għall-poeti kollha li jixtiequ jipparteċipaw b’kull ilsien, inkluż il-Malti. In-NOSSIDE
għandu ħames ilsna uffiċjali li huma l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol,
il-Portugiż u t-Taljan. Imma fih jistgħu jipparteċipaw poeżiji b’kull lingwa u
djalett, basta jkunu tradotti f’wieħed minn dawn il-ħames ilsna uffiċjali. Dawn
l-aħħar snin l-Għaqda kellha l-parteċipanti tagħha f’Nosside li dejjem marru
tajjeb meta tqis li għal konkors bħal dan jieħdu sehem aktar minn 60 pajjiż, 61
ilsien differenti u aktar minn 350 parteċipant. Ta’ kull sena jkun hemm
premjijiet sbieħ ferm. Jista’ jipparteċipa kull min għandu għal qalbu l-poeżija
(miktuba, f’għamla ta’ video, u anki mużikata). Min
hu interessat jipparteċipa jista’ jara r-regolamenti u ħwejjeġ oħra fis-sit www.nosside.org u għandu żmien sal-20 ta’
Ġunju 2012.
Dan huwa Premju li
jlaqqa’ poeti mid-dinja kollha, mela mill-ħames kontinenti. Il-Lejla ta’
Premjazzjoni ssir fl-aħħar jiem ta’ Novembru f’Reggio. Il-poeti rebbieħa u
l-menzjonati speċjali jiġu mistiedna għal numru ta’ jiem f’dil-belt, imma anki
fi bliet oħra fi Sqallija, biex jaqraw il-poeżiji tagħhom f’postijiet
differenti, kemm f’siti universitarji, kif ukoll f’libreriji magħrufa. Ikunu
mistiedna wkoll jipparteċipaw għal programm speċjali fuq wieħed mill-istazzjonijiet
televiżivi ta’ Reggio. Jiena kont wieħed minn dawn fl-2008 u kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ poeti mill-Amerka t’Isfel,
miċ-Ċina u minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Nittama li bħal kull sena Malta
jkollha r-rappreżentanti tagħha fin-NOSSIDE tal-2012.
Patrick Sammut