Saturday, July 28, 2012

Imniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012

Għadu kemm tnieda l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija għas-sena 2012, mill-Għaqda Poeti Maltin. Ir-REGOLAMENTI għal min hu interessat li jipparteċipa huma dawn:


1.                                 Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2.                                 Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3.                                 Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss.  Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4.                                 Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5.                        Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji.
6.                                 Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ ta’ l-ewwel premju jingħata wkoll il-Premju Mons. Buontempo. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7.                                 L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8.                                 Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9.                                 Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10.                              Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11.                      Kull konkorrent irid jibgħat €8 jekk m’hux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2012). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, jew money order, indirizzat lis-Sur S. Sammut, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem.  Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat.
12.                              Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Salv. Sammut, “The Quest”, Blk.R, Trejqet il-Ġilju, Mtarfa, MTF 1430,  sal-20 t’Awwissu 2012.
13.                              Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand is-Segretarju tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14.                              Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15.                              Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.

Intervista minn Joe Axiaq ta' SBS Radio ta' Melbourne

Proprju aktar kmieni dan ix-xahar Joe Axiaq, Executive Producer fit-taqsima tal-Audio & Language Content fl-SBS Radio ta' Melbourne fl-Awstralja, għoġbu jagħmilli intervista telefonika li bħalissa qiegħda tinstema' fuq ir-radju msemmi. Matulha jiena tkellimt dwar ix-xogħol letterarju tiegħi u          s-sehmi fl-Għaqda Poeti Maltin u f'attivitajiet kulturali u letterarji oħrajn.  
Min huwa interessat li jistmagħha jista' jagħmel hekk billi jagħfas hawn taħt:



Min hawn nirringrazzja lil Joe Axiaq, lis-semmiegħa ta' Radio SBS u anki lill-kittieba u ħbieb tiegħi Maltin fl-Awstralja.

Friday, July 27, 2012

Oratorju - Il-qaddisa tas-Salib, miktub minn Therese Pace


Biex ifakkar il-175 minn meta Salvu Psaila naqqax fl-injam il-vara ta’ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta, il-175 sena mill-mewt ta’ Vinċenzo Borg Brared li kkummissjona u ħallas għall-imsemmija vara u s-sbatax-il mitt sena mid-dehra tas-Salib lil Kostantinu, Ir-Revmu. Kapitlu tal-Kolleġġjata u Bażilika Sant’Elena ta’ Birkirkara jistieden lill-pubbliku inġenerali għall-Oratorio Il-Qaddisa tas-Salib li se jinżamm fl-istess Bażilika elenjana ta’ Birkirkara fl-10 t’Awwissu 2012 fit-8 ta’ filgħaxija. Il-kompożizzjoni ta’ dan l-oratorio saret minn Mro. Clifford Cauchi fuq kliem ta’ Therese Pace u fih se jieħdu sehem it-tenur Charles Vincenti, is-sopran Josielle Barbara u s-sopran Doreen Camilleri bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

Poet from India, K.K. Srivastava with two poetry books

It is good news to know that the publisher has brought out a second reprint of K.K. Srivastava's second book of poems An Armless Hand Writes (2008). 


















Furthermore this August, poet K.K. Srivastava from India will be publishing his third poetry collection, SHADOWS OF THE REAL (published by Rupa & Co). People who are interested in this new publication may visit this link: 

http://www.uread.com/book/shadows-real-k-srivastava/9788129120113


Remember that a poetry collection is always a beautiful gift to humanity. Many thanks and congratulations poet K.K. Srivastava.



Tuesday, July 24, 2012

SERATA POE-MUŻIKALI



L-Għaqda Poeti Maltin
tistieden lill-Membri, lill-familjari u ’l-ħbieb
biex ngħaddu Serata flimkien
nisimgħu u napprezzaw il-poeżiji ta’ xulxin.





Data:  Il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, 2012
                                                                                   
                                                   Ħin:    Fis-7: 00 pm                                                                            

Post:  Ix-Xatt tal-Kalkara                                                      
          (ħdejn il-bandli)




Is-Serata hi miftuħa, b’xejn, għal kulħadd.


·        Ġibu magħkom il-Poeżiji tagħkom biex taqrawhom.
·        Jeħtieġ nitgħallmu minn xulxin biex intejbu l-produzzjoni.
·        Aħna kollha nħobbu l-poeżija.  Se tkunu mal-ħbieb.
·        Min verament iħobb il-poeżija għandu jkun magħna.