Għadu kemm ħareġ IL-PONT ta' Frar 2013. Din hija rivista letterarja elettronika. Min irid jaqraha jista' jsibha f'dan il-link:
http://www.scribd.com/doc/124555856/Il-Pont-Frar-2013
Ħajr dejjem lil Omar Seguna għal-link u lil Hilary Spiteri għas-setting tar-rivista elettronika.
Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Friday, February 08, 2013
Imut Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin
Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Frar, 2013, miet is-Sur Marċel Mizzi, Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. L-Għaqda ħadet ħsieb li tibgħat kuruna f’ġieħu u nkitbet ittra ta’ kondoljanzi lill-familjari tiegħu.
Marċell Mizzi twieled fil-15 ta’ Marzu 1922, fir-Rabat, Għawdex, f’familja
numeruża. Beda jistudja l-Università ta’ Malta fl-1939 imma kellu jitlaq il-kors tal-Liġi fl-1943 minħabba
mard. Kien membru tal-Parlament bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1963 u l-1964.
Bejn l-1955 u l-1958 kien ukoll student għal P.L. u ħa l-warrant
fl-1958.
Agħtih Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.
Thursday, February 07, 2013
My poem published in India
Milli jidher il-versi sempliċi li bgħatt lil ħbiebi l-poeti barranin fil-bidu tas-sena ntogħġbu fl-Indja. Tistgħu ssibuhom ippubblikati f'dan il-link tal-worldpeacepoetry.com:
http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/
Grazzi lill-poeta Indjan Ashok Tholana Chakravarthy.
_______ o_______
Well Wishes, a simple poem which I mailed to my poet friends abroad was much appreciated in India. You can read it in the following link of worldpeacepoetry.com:
http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/
A big thanks to Indian poet Ashok Tholana Chakravarthy.
http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/
Grazzi lill-poeta Indjan Ashok Tholana Chakravarthy.
_______ o_______
Well Wishes, a simple poem which I mailed to my poet friends abroad was much appreciated in India. You can read it in the following link of worldpeacepoetry.com:
http://worldpeacepoetry.com/patrick-sammut-2/
A big thanks to Indian poet Ashok Tholana Chakravarthy.
Sunday, February 03, 2013
Intervista ma' Alfred Palma
(Fir-ritratt Alfred Palma jidher quddiem il-kappella fejn hemm midfun Dante Alighieri, fil-belt ta' Ravenna, Settembru 2008)
1. Meta
tħares lura liema kien ix-xogħol l-iktar għal qalbek fil-qasam letterarju?
Għaliex?
Meta
nħares lura, l-aktar xogħol li kien, għadu u jibqa’ għal qalbi kienet
it-traduzzjoni tad-Divina Commedia ta’ Dante li, barra li offrietli
sfida f’żgħożiti, għallmitni s-sigriet tat-tenaċità, kif jaħdem moħħ il-bniedem
u l-filosfija tal-ħajja.
2. Naf li
inti involut f'attivitajiet ta' natura kulturali u letterarja fi ħdan
Ħaż-Żabbar. Xi tgħid dwar dan?
Iva, f’Ħaż-Żabbar jien involut f’diversi
attivitajiet, l-aktar mal-Kunsill Ċiviku tal-lokal, għal snin twal immexxi
b’tant dedika u sagrifiċċji mis-Sinjura Grace Pace. Għalkemm m’iniex
involut direttament fil-Kumitat, xorta ngħin kemm nista’ biex bosta
mill-attivitajiet li jkunu ppjanati jsiru, u jsiru b’suċċess. Ngħin ukoll bi
programmi kulturali fuq Radju Hompesch, ir-radju tal-komunità Żabbarija, u
noffri volontarjament is-servizzi tiegħi kulmeta l-Kunsill Lokali jitlobni
l-għajnuna f’attivitajiet kulturali, u dan ukoll nagħmlu bil-qalb għax
nemmen li l-kultura hija r-ruħ tal-bniedem u mingħajrha l-bniedem jitlef kull
skop li għalih inħoloq.
3. X'kien
l-iktar xogħol letterarju reċenti tiegħek, u fuq xiex qed taħdem bħalissa?
L-aħħar
xogħol li ppubblikajt kienet it-traduzzjoni tas-Sunetti ta’
Shakespeare. Dalwaqt noħroġ ukoll ġabra ta’ novelli, stejjer u
kitbiet oħra, bl-isem Mill-kexxun t’isfel u, jekk ma jinqala’
xejn, aktar ’il quddiem it-traduzzjoni ta’ Candide ta’ Voltaire.
LILEK,
ĦABIB…
(Lil Peter
A. Caruana)
Pinġejt il-poeżija, tajtha
sura,
Emmint sħiħ f’Alla, ħabbejt in-Natura;
Tajt kulma stajt lil martek, lil uliedek,
Erħejt f’idejn Mulejna
tbatijietek;
Rajnik tiċċajta, drabi xxerred demgħa,
Aħrax ċanfart lil min Ilsienna rema.
Christine, Josette u
Pierre, l-għażiża martek,
Aktar għeżież mix-xemx li
ddawwal artek,
Raw fik missier ħabriek, li għex għalihom,
U martek, Mary Grace,
raġel li ħabbha.
Aħna ma ninsewk qatt u,
bl-hena mxabba’,
Nilqgħuk hawn fostna, xħin
fil-Kikkra tagħna
Arak dlonk ma’ Dun Karm tissieħeb magħna!
Alfred Palma 19 ta’ Marzu,
2012
(Dan hu materjal li deher fir-rivista letterarja elettronika IL-PONT ta' Jannar 2012)
Subscribe to:
Posts (Atom)