Twelidt
Ħal Qormi fid-29 ta’ Jannar, 1969. Il-ħajra biex nikteb bdiet bikri qatigħ. Ta’
13-il sena kont naqleb għall-Malti dak li jogħġobni bl-Ingliż, u nieħu gost
nipprepara l-komponimenti. Dan l-aħħar, jien u nqalleb f’kabord, sibt ktejba
fuq tifel ta’ erbatax-il sena li jkollu ġibda sesswali lejn tifel ieħor. Kont
ktibtha fir-Raba’ Sena tas-Sekondarja.
2.
Fil-qosor:
liema huma x-xogħlijiet ippubblikati tiegħek?
Ix-xogħlijiet
li ppubblikajt minn buti:
Miktuba max-Xitan
(stejjer, 1995); Għall-Imħabba ta’ Lesbjana
(stejjer, 1997); In-Nofs Mudlam
(rumanz, 2004).
Ossessjoni (rumanz, 2013) kien
ippubblikat mill-Merlin.
Rumanzi
li tajt bħala donazzjoni lil-Librerija Ċentrali ta’ Belt is-Sebħ:
Miss Wilma (stejjer, 2011); Lavberds (2012); Barney l-Ispiżjar
(rumanz, 2012); Jasmina (poeżiji, 2013).
3.
Kemm
toħroġ l-influwenza ta’ raħal twelidek fil-kitbiet tiegħek?
Raħal twelidi ma tantx nagħtih importanza. Miniex
marbut miegħu. Fejn noqgħod hu altament inkwinat u sovrapopolat. F’In-Nofs
Mudlam semmejt Ġnien Santu Kruċ u Ossessjoni
hu ambjentat kollu kemm hu n-naħa ta’ San Sebastjan, Ħal Qrmi.
4.
Kemm
huwa importanti l-qari għalik? Liema kittieba Maltin u barranin ħallew marka solida fuqek?
Il-qari jiswa mitqlu deheb. L-awtur ma jistax
jiftaħar li ma jaqrax u jikteb ħafna. Bis-saħħa ta’ Oliver Friggieri bnejt
il-librerija tiegħi u ssoktajt nimtela bil-passjoni għall-qari kolt u l-kitba
letterarja. Ġorġ Mifsud Chircop kien jikkoreġini u għallimni nikteb sentenza
sura ta’ bniedem bil-Malti. Mario Azzopardi kien il-mentor tiegħi fit-tmien
snin li kont irrodd sehmi fi Spektrum
u Fokus, il-magazins soċjo-kulturali
tal-Mument. Achille Mizzi ħalla
impatt fuqi fejn tidħol il-poeżija. Kont naqra 60 ktieb kull sena; meta kelli
t-tfal żgħar kont naqqast sew mill-qari imma meta tfarfru rġajt bdejt nirranka
bħal dari. L-awturi barranin ta’ żgħożiti - Günther Grass, Gabriel Gárcia
Márquez, Milan Kundera, Mario Vargas Llosa, Vladimir Nabokov, Salman Rushdie u
Carlos Fuentes - b’xi mod jew ieħor influwenzawni żgur għax il-kotba tagħhom
kont nikolhom.
5.
Fejn
tasal l-influwenza ta’ kittieba oħra u fejn tibda l-laqta personali fil-kitbiet
tiegħek?
Anton Grasso, l-ewwel awtur Malti li skoprejt
meta kont tifel, immarka bil-goff il-juvenilia
tiegħi. L-influwenza ta’ Oliver Friggieri titlajja fil-kitbiet ġurnalistiċi
tiegħi u fl-ewwel stejjer ta’ żgħoriti li għadhom fil-kexxun.
6. Bdejt ninfatam qajl qajl mill-influwenzi mal-medda tas-snin. Immaturajt
fil-kitba meta qbiżt it-tletin sena tiegħi. Meta qrobt lejn l-erbgħin affermajt
l-identita` personali u qtajtha li kien wasal iż-żmien li l-pubbliku jsir jafni
aħjar.
Mingħajr kitba u qari tagħtini rasi. It-tnejn
huma importanti indaqs. Missieri u ommi kienu bla skola. Ħadd minnhom ma kien
iħeġġiġni biex naqra u nikteb meta kont tifel. U safrattant kont inġenninhom
biex jixtruli l-kotba. Għadni iffissat. Il-mastrudaxxa bħalissa qed ikabbarli
l-librerija tiegħi.
Jien ma sirtx kittieb biż-żmien - twelidt
hekk.
Kont għamilt perjodu twil nesperimenta, nikteb
bil-għama u ma nippubblika xejn. Ridt inkun ċert li leħni kien tabilħaqq leħni
qabel noħroġ għonqi fis-suq.
Nixtieq għadni naf nikteb bl-istess ħeġġa
avventuruża, komika, imqarba u bla rażan ta’ dari imma ż-żmien iddixxiplinani
ferm fl-arti tal-kitba.
7.
Għalik
liema hu l-iktar importanti: il-qari jew il-kitba? Għaliex?
L-esperjenzi
qarsa, iċ-ċirkostanzi morri, il-mużi tiegħi u l-kotba li qrajt iddeċidew u se
jiqbgħu jiddeċiedu n-naħa mudlama f’kitbiti. Hemm misterji li ma tifhimhomx
fil-ħajja. Miniex separat, imdawwar bl-imħabba, Alla jagħtini ferħ qaddis
il-ħin kollu, kulma mmiss b’idi jsir tad-deheb ... u safrattant fil-qiegħ
tal-bir ta’ ruħi hemm niket eżistenzjali kbir, enimmi, dmugħ, xenqa miġnuna
għal xiħaġa ogħla minni. Id-dinja nobgħodha għax iżżarma l-misterji. Il-ħajja
tal-bnedmin tqabbadni tirja kurżita`. Inħossni aljen f’din
is-soċjeta`. Inġorr fuqi kundanna kafkeska.
Fil-periferija. Ma nħobbx nitħallat u nissoċjalizza. Forsi għalhekk għamiltha
l-missjoni tiegħi li nagħti vuċi lil min iħossu ħuta barra mill-ilma.
8.
Dik
tiegħek hi letteratura li tidħol anki fl-iktar irkejjen mudlama tan-natura u
l- komportament tal-bniedem. Xi tgħid dwar dan?
Meta
kelli 13-il sena kont naqra wkoll lil Stephen King għax il-kotba tiegħu l-aktar
li kienu jiġu f’idejja. Għalhekk l-ewwel żewġ kotba tiegħi jirriflettu tip ta’
letteratura li tinżel tajjeb man-nies għax divertenti u ‘ħafifa’ imma nieqsa
minn dik ir-responsabbilta` lejn is-soċjeta`.
L-Universita`
kont fil-Fakulta`
tal-Mediċina. Imma moħħi kien dejjem fil-letteratura. Kont ġej u sejjer
fl-uffiċċju tal-Prof Friggieri għall-pariri, insegwi x’kien qed jinkiteb
bil-Malti, naqra bla nifs u nesperimenta b’diversi stili.
In-Nofs Mudlam
jesperimenta b’din li int qed issejħilha ‘letteratura impenjata’.
Il-letteratura li tissensazzjonalizza mhijiex ħobż għal snieni. Għadni nemmen
wisq f’dik li Sartre isejħilha littérature engagée.
9.
Illum
inti ppubblikajt kemm proża għall-adulti kif ukoll għaż-żgħażagħ, kif ukoll
poeżija. Liema qasam minn dawn jagħtik l-ikbar sodisfazzjon? Liema jirrikjedi
l-ikbar impenn min-naħa tiegħek?
Insibha
diffiċli nwieġbek. It-tliet oqsma jagħtuni sodisfazzjon liemabħalu. Nistħajlek
qed issaqsini lil min inħobb l-iktar minn uliedi. Sew fil-poeżija u sew
fil-proża adulta u ġovanili tiegħi hemm
moħbijin bosta ħwejjeġ profondi tar-ruħ. It-tliet oqsma jirrikjedu impenji kbar
u differenti. Qabel nippubblika nirrevedi kull xogħol sal-punt tal-ossessjoni
patoloġika.
10.
Kif
tista’ titjieb is-sitwazzjoni lokali rigward l-imħabba lejn il-ktieb u l-qari?
X’taħseb dwar dan?
Kif
għadni kif issuġġerejt lill-onorevoli Evarist Bartolo fuq FB: il-politiċi jistgħu jċedu ċappa mill-air-time tagħhom lill-awturi u
lill-artisti lokali. Il-mezzi tax-xandir kollha jħallu barxa mbierka jew misħuta fuq min isegwihom. Iktar ma jsir riklamar effettiv lill-ktieb
iktar se jinqara. Il-politku jitkellem
għall-platea u l-iblah isir iktar iblah; l-awtur jiftaħ ħalqu għax għandu xi
jgħid u kapaċi jnaqqas il-bluha.
11.
Poplu li
ma jaqrax hu poplu dgħajjef u li jista’ jiġi kkontrollat aħjar minn min imexxi.
Kif tirreaġixxi għal dan?
Id-dinja
mimlija nies ma taqrax u ma taħsibx. Ħa nġiblek eżempju. Bergoglio laħaq Papa u
kulħadd iparla u jgħid tiegħu. Igerbeb iż-żmien u ħadd ma jikkonfondi li hawn mustaċċuni li janalizzawh lingwistikament u jsibu xebgħa
kontradizzjonijiet, ħofor, ambigwitajiet u tagħlim kontra t-Tradizzjoni
fid-diskorsi tiegħu. Il-profeti t’Alla ta’ żmienna jgħidu li hu anti-papa u
t-tir tiegħu hu li jkisser il-Knisja ta’ Kristu. Ġurnalisti Kattoliċi Taljani
jgħarbluh u jikxfuh! U f’Malta? Pappagalli jirrepetu lill-gazzetti u
lill-kapijiet tal-istituzzjonijiet.
12.
L-assenza
tal-kittieb u ħassieb veru – jew kważi –
fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni. Xi tgħid dwar dan?
L-assenza
tal-kittieb u tal-ħassieb tinħass sewwa fil-mezzi tax-xandir. M’hawn ideat
ġodda ċċirkolati li huma riżultat ta’ ħsieb profond u qari.
Il-mażuni
Maltin ixandru ideali mażoniċi mill-oqsma tagħhom u ma jinduna ħadd.
Il-politiċi jitmellħu f’wiċċ kulħadd bla biża’ ta’ xejn. U riħa miżża dejjem tielgħa mill-għadira
tal-kompjaċenza u l-platitudnijiet! Il-pajjiż hu mejjet intellettwalment u spiritwalment.
13. Carmel
Scicluna: bħala miżżeweġ u missier, fuq il-post tax-xogħol u bħala passatempi.
Xi tgħidilna?
Iż-żwieġ
tiegħi għadda minn ħemel taqlib u kemm-il darba wasal fix-xifer imma s’issa
l-fidi tiegħi fi Kristu u l-kuruna tar-rużarju salvawh.
Għandi
l-kbir għandu 13-il sena u ż-żgħira 8 snin.
Passatempi
m’għandix ħin għalihom u nibża’ minnhom għax jisirquli mill-ħin tal-qari u
tal-kitba.
U
saddadt 20 sena ma’ Tas-Sanita`.