F’Jum l-Omm
Fost
il-jiem kollha tas-sena
għandna wieħed għażiż wisq;
għelm ta’
barka, hena w risq.
Meta
Beniamino Gigli
kien
instema’ jkanta l-“Mamma”
ma’
dal-globu kompla kebbes
tal-imħabba
din il-fjamma.
Għax l-omm l-akbar kreatura
li
teżisti fil-ħolqien;
jekk
idduru d-dinja kollha
bħalha żgur
ma ssibu mkien!
Bla ma
trid meta tinħasad
inti tgħajjat:
“Ajma, Ma!”.
U għalkemm
daqsha essenzjali,
ma
ssejjaħx int lill-papà!
Żgur li
hemm xi ħaġa fina
li
bil-wisq torbotna magħha
bħalma
l-qroqqa l-ħin kollu
tgħożż
ma’ djulha l-ulied tagħha.
Wara
disa’ xhur ta’ tqala
d-dinja
tifraħ b’twelid ġdid;
forsi
mhux l-omm responsabbli
minn dil-benna, minn dal-ġid!
Meta nħossuna
morda
jew
imtaqqla minn xi hemm
dlonk
tarana sejrin għandha
biex
infittxu ftit tal-kenn.
Bl-ebda
dubju ġewwa s-sema
għandna
Omm bil-wisq setgħana;
toqogħdux,
immela, lura –
nersqu
lejha lkoll ħerqana.
F’kelma
waħda xejn ma jisboq
dan
l-isem sabiħ ta’ omm –
dawn
il-versi minn qiegħ qalbi,
għażiż’omm,
lilek indomm.
Kav. Joe M. Attard