B’soghba kbira nhar il-Hamis, 18 ta’ Dicembru 2008 thabbret il-mewt tal-Kanonku Dun Joe Mejlak, wiehed mill-Membri Onorarji tal-Ghaqda Poeti Maltin. Huwa kellu 64 sena. Kien kittieb ta’ proza, drama u poezija. Imma kif wiehed jistenna, bhala neputi tal-poetessa Mary Meylak, ma setax jonqos li l-aktar li kien maghruf bhala poeta. Il-Kan. Mejlak ippubblika zewg kotba ta’ poezija Ghanjiet ta’ Qalbi (1978) u Rwiefen (2004). Issieheb fl-Gh.P.M. sa kwazi mit-twaqqif taghha u fl-2007 inhatar Membru Onorarju flimkien ma’ tliet poeti Ghawdxin ohra.