Monday, August 25, 2008

Joe Saliba - poeta Malti fl-Awstralja


JOE SALIBA twieled Birkirkara, Malta, fis-26 ta' Jannar 1941 minn Gerald u Giovanna mwielda Vella. Hu wiehed minn sebat ahwa. Studja fl-iskola ta' l-istess rahal u fil-Liceo tal-Hamrun. Kien Emergency Teacher fl-iskola Primarja ta' l-Isla ghal sena u nofs qabel ma emigra mal-familja tieghu ghal Melbourne, Awstralja, f'Dicembru ta' l-1959. Fl-Awstralja qatta' 26 sena (1960 - 1986) jahdem bhala skrivan mal-Commonwealth Serum Laboratories Commission qabel ma irtira mix-xoghol. Izzewweg lil Sylvia Harris fl-1971 u ghandhom erbat itfal, Rachel (Tony, Juliette u Elysse), Reuben (Silvana), Christopher (Rita) u Jonathan. Issokta l-istudji tieghu fid-Deakin University ta’ Victoria minn fejn kiseb il-B.A. fil-Letteratura fl-1988.
Awtur tal-kotba tal-poeziji Ilhna Tar-Rebbiegha (Lux Press, Malta, 1966), Ferh, Biki u Poezija (Lux Press, Malta, 1967), Ilma (Pubblikazzjoni Privata, 1981), Lamentations Of A Happy Man (Pubblikazzjoni Privata, 1989) u Alwettiera (Spinifex Publications, Awstralja, 1997). Traduttur tal-ktieb Il-Profeta ta’ Kahlil Gibran li deher fl-antologija Driegh Ma' Driegh (Empire Press, Malta, 1971). Ko-editur u ko-awtur ta' Irjieh (Gozo Press, Malta, 1986), u ko-awtur ta' Frott Iehor (P.E.G., Malta, 1992) u Oceghanja (CD u ktieb)(Spinifex Publications, Awstralja, 2001). Kontributur fl-antologiji ta' l-Ghaqda Letterarja Maltija, bl-isem Noghlew 'Il Fuq (Empire Press, Malta, 1968), 20 Rebbiegha (Lux Press, Malta, 1971), Qamar il-Hsad (Merlin Library, Malta, 1976), Merghat (P.E.G., Malta, 1987) u Xrar (Veritas Press, Malta, 1992). Rapprezentat fl-antologija Poeti Maltin (1973) migbura minn Guzè Chetcuti, fil-Vatum Consortium (Dar ta' San Guzepp, Malta, 1969) ta' Karmenu Vassallo, fl-antologija Il-Muza Maltija (Lux Press, Malta, mill-1969 'il quddiem) tal-Professur Guzè Aquilina u fl-antologija Il-Poezija Maltija (Malta University Publishers, Malta, 1996) migbura mill-Professur Oliver Friggieri.
Ghandu versi bl-Ingliz fil-gurnali religjuzi The Christadelphian (The Christadelphian Office, Birmingham, l-Ingilterra, Dicembru, 1965) u Salt Cellar (Melbourne), fil-Poetry Workshop (Council of Adult Education, Melbourne, 1971), fir-Rainbow Rising (Victorian Association of Multicultural Writers, 1987 u 1988), fil-Mattoid (Deakin University, Vol.3, 1987) u fl-antologija Awstraljana New Expressions (Poetry World, Queensland, 1989).
Il-versi tieghu dehru fis-sittinijiet fi zmien il-Moviment Qawmien Letterarju fil-pagna letterarja ta' gazzetti Maltin, fosthom Il-Berqa, Il-Poplu, It-Torca, Il-Haddiem, u L-Orizzont. Fl-Awstralja xoghlu deher fil-gazzetti The Maltese Herald u Il-Maltija.
Ghamel studji ta' diversi xoghlijiet ta' poeti Maltin-Awstraljani bhala introduzzjonijiet ghall-kotba taghhom u kiteb ghadd ta' recensjonijiet.
Il-poeziji tieghu nqraw minn fuq ir-Rediffusion u Xandir Malta fil-programmi Gabra Letterarja, Mill-Gnejna Maltija u Is-Sejha tal-Kitba, u fil-programmi Maltin tar-Radju Etniku fl-Awstralja. Irrikordja ma' poeti ohra f'Melbourne silta minn vrusu fuq kasett imsejjah Lejla Xitwija (1985). Sikwit jiehu sehem bil-qari fil-Programm Malti tar-radju komunitarju 3ZZZ.
Kummenti fuq hajtu u x-xoghol letterarju tieghu jinsabu fil-ktieb ta' Joseph Chetcuti INTERVISTI - jitkellmu kittieba Maltin-Awstraljani (Phillip Institute of Technology, Melbourne, 1985), fl-artiklu ta' Rigu Bovingdon ‘Maltese Literature in Australia’ fil-ktieb Writing in Multicultural Australia (Australia Council for the Literature Board, 1985), u fl-intervista li ghamillu Dr Barry York f'Dicembru, 1991, f'isem in-National Library of Australia bhala parti mill-Oral History biex it-tejp u d-dokumenti persunali tieghu jistghu jintuzaw ghar-ricerka. Il-bijografija tieghu bhala kittieb etniku tidher ma' dik ta' ghaxar awturi ohra Maltin-Awstraljani fil-pubblikazzjoni A Bibliography of Australian Multicultural Writers (Deakin University, Victoria, Australia, 1992). Taghrif dwar hajtu u kitbietu jinsab fid-Dizzjunarju Ta’ Kittieba Maltin u Ghawdxin - Il-Bierah u Llum (Pubblikazzjoni Bugelli, Malta, 1995) u f’Maltese Achievers in Australia (Prof. Maurice N. Cauchi, 2006).
Jinteressa ruhu fil-muzika, fil-kanzunetta Maltija u fil-pittura u ghandu xi ftit xoghlijiet ta’ dilettant f’dawn l-oqsma. F’zghozitu meta kien Malta kien jiehu sehem fit-tijatrin ma’ l-Azzjoni Kattolika ta’ Birkirkara. F’dawn l-ahhar ghaxar snin fi hdan il-Harmonic 65 Culture Club/Malet ta’ Melbourne ta s-sehem tieghu bhala narratur fi produzzjonijiet muzikali ghall-palk bhalmu huma Kadanza (1998) u Malet (1999).
Fl-1995 inghata mill-Harmonic 65 Culture Club The Manoel De Vilhena Cultural Award bhala rikonoxximent tal-kontribut letterarju tieghu.
Membru tal-Maltese Literature Group - Grupp Letteratura Maltija (Awstralja).

L-INTERVISTA

1. X'inhi r-relazzjoni ta' Joe Saliba u l-Awstralja llum? U xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?

Jiena ili hawn kwazi 50 sena. Gejt fl-ahhar ta’ l-1959 meta kelli biss tmintax-il sena. Ma nistax nitkellem u nghid xi jhossu l-emigranti Maltin l-ohra. Il-pozizzjoni tieghi hija ferm differenti minn taghhom. Wara sentejn li kont ili hawn biddilt ir-religjon u sirt membru ta’ religjon nisranija ohra bl-isem ta’ Christadelphians, jigifieri “Ahwa fi Kristu”. Allura hwejjeg li l-emigranti Maltin huma mdorrijin bihom u li komplew jipprattikaw hawnhekk ma baqghux parti minn hajti, nghidu ahna, il-festi, il-purcissjonijiet u t-twemmin Kattolku. Il-knisja tieghi saret il-Bibbja u l-istudju taghha.
Ghalkemm fl-1971 izzewwigt mara Ingliza u sirt missier ta’ erbat itfal li ma jafux jitkellmu bil-Malti, il-kultura Maltija dejjem bqajt inhobbha u napprezzaha, hlief meta din tithallat ma’ kurrenti ekklesjastici li huma kontra dak li tghallimni l-Iskrittura.
Fil-passat kont nahseb li fid-dinja mhemmx isbah jew aqwa minn Malta. Aktar ma ghadda zmien u zort hafna mkejjen fl-Awstralja, aktar indunajt kemm kienet fqira u pwerili l-idea materna tieghi dwar Malta.

2. F'liema attivitajiet jew ghaqdiet jew inizzjattivi inti impenjat fil-prezent?

Minhabba l-mard serju tal-qalb li ghandi bhalissa m’ghadnix niehu sehem bhal qabel f’attivitajiet letterarji. Meta nkun mhux hazin dejjem nipprova nattendi ghal-laqghat ta’ darba fix-xahar li ttella’ l-ghaqda taghna “Maltese Literature Group -- Grupp Letteratura Maltija”. F’dawn il-laqghat naqraw ix-xoghlijiet taghna ta’ proza u poezija, jew xoghlijiet haddiehor. Kull sena f’Settembru naghmel minn kollox biex niehu sehem mal-membri tal-Grupp meta nipprezentaw “Lejla Muziko-Letterarja” ghall-pubbliku waqt il-festi nazzjonali li naghmlu hawn fil-Victoria.

3. Fil-belt fejn tghix il-Maltin (u anki komunitajiet ohrajn) kemm jiehdu interess fil-letteratura?

Il-letteratura serja qatt ma kienet haga apprezzata minn kulhadd. Hekk ukoll fl-Awstralja qalb il-Maltin u nazzjonijiet ohrajn. Fil-kaz taghna anki l-ilsien taghna qed ibati fit-thaddim tieghu. L-ghadd ta’ studenti li jridu jitghallmu l-Malti qieghed dejjem jonqos minkejja li ghandna skejjel li qeghdin jaghmlu minn kollox biex il-Malti ma jintesiex f’dan il-kontinent. Meta jonqsu l-kittieba li hawn bhalissa jidher li l-letteratura miktuba tisparixxi. Haga interessanti huwa l-fatt li l-bicca l-kbira tal-Maltin t’hawnhekk aktar jiffullaw biex jisimghu l-ghana folkloristiku Malti milli l-qari tal-poezija.

4. Xi tghid dwar il-kittieba Maltin fl-Awstralja llum? Min huma u x'qed jinkiteb?

F'Mejju ta' l-1992 l-Università ta' Deakin fil-Victoria harget ktieb jismu "A Bibliography Of Australian Multicultural Writers". Ir-ricerka ghal dil-pubblikazzjoni bdiet daqs 20 sena qabel. Fl-Universitàà ta' Deakin tinzamm sezzjoni ta’ kotba etnici.
Il-kittieba multikulturali jitqiesu hekk fuq il-kriterji li dawn ikunu twieldu fl-Awstralja jew barra, li m’humiex Aborigini, u li jkunu gejjin minn razza fejn il-lingwa primarja m'hix l-Ingliz.
Il-Biblijografija ta’ 291 pagna tigbor fiha aktar minn 900 awtur li bejniethom ippublikaw xoghol fi 38 lingwa. Il-kittieba li xi whud minnhom huma tat-tielet generazzjoni jiffurmaw madwar 100 grupp etniku.
Niehu gost insemmi li numru sabih ta' awturi Maltin jidhru f'dal-ktieb. Dawn huma, f'ordni alfabetika, Joe Abela, Baldass Armato, Rigu Bovingdon, Manwel Cassar, Maurice Cauchi, Gorg Chetcuti, Joseph Chetcuti, Albert Marshall, Rosanne Musu, Manwel Nicholas-Borg, Joe Saliba u Barry York.
Fl-antologija ta’ mitt poeta Malti mghammda “Il-Poezija Maltija” il-Professur Oliver Friggieri ghogbu jinkludi lill-poeti Manwel Cassar, Joe Saliba, Joe Abela, u Gorg Chetcuti.
Ma’ dawn l-awturi Maltin fl-Awstralja nixtieq inzid ohrajn sinifikanti bhal Manuel Casha, Joe Axiaq, Pauline Curmi, Valentin Barbara, Fredu Cachia, Frank Zammit, Albert Agius u Lou Drofenik.
Mis-sittinijiet lil hawn dawn il-kittieba hargu pubblikazzjonijiet individwali jew dehru f’antologiji ma’ ohrajn, b’xoghlijiet ta’ poezija, proza, studji dwar l-emigrazzjoni tal-Maltin fl-Awstralja, novelli, rumanzi, kummentarji socjali, gurnalizmu, versi ghat-tfal, traduzzjonijiet, lingwistika, l-ghana folkloristiku taghna u xoghlijiet ghall-palk. Sittax mill-kittieba li semmejt hargu xoghlijiet ghalihom.

5. Naf li l-Maltin ghandhom ukoll il-programmi tar-radju u anki l-gurnali taghhom. Xi tghid dwar dawn?

Iva, ghandna l-programmi bil-Malti fuq ir-radju etniku. Ghandna programmi komunitarji mmexxija minn volontieri u programmi mhallsa mill-Gvern Awstraljan. Meta bdew dawn il-programmi fis-sebghinijiet kont aktar akkanit fuqhom milli jiena llum. Kienet xi haga gdida! Nghidlek is-sewwa, daz-zmien ftit noqghod nismaghhom minhabba l-intietef u t-tqancic li nisma’ fuqhom. Dan jghodd ukoll ghall-gazzetta Maltija. Mitt bniedem, mitt fehma! Ghalhekk hafna emigranti Maltin jiehdu gost jaqraw u jisimghu nostalgikament dwar Malta. Bis-sahha wkoll tal-PBS ta’ Malta nistghu naraw fuq it-TV Awstraljan l-ahbarijiet u x’qed isehh f’Malta. Imma jahasra naraw abbundanza ta’ filmati fuq politka partegjana, knejjes, restawr ta’ mkejjen storici, klandestini, kmamar tan-nar jisplodu, eccetra, u ftit li xejn xi haga fuq kotba u letteratura. Imma hawn qed nahseb biss fija nnifsi u f’dak li nhobb u nghozz.

6. Iddeskrivi fi kliemek il-belt fejn tghix u ghidilna ftit kif inhi x-xitwa hemmhekk?

Id-dar taghna tinsab fit-tramuntana tal-belt ta’ Melbourne, gos-subborg ta’ Campbellfield, daqs 20 kilometru minn Melbourne magenb il-fabbrika kbira tal-karozzi ta’ Ford. Qrib sewwa taghna m’ghandnix ferroviji u min m’ghandux karozza tieghu jista’ juza l-karozzi tal-linja. Fit-triq taghna, jew ahjar sqaq, ghandna nies ta’ aktar minn seba’ nazzjonijiet, imma hadd m’ghandu problemi razzisti ma’ hadd. Hawn mhux bhal f’Malta; il-girien tista’ tghid lanqas tkun taf min huma u x’jisimhom. Bongu u sahha!
Bhalissa wasalna fi tmiem ix-xitwa. Ir-rebbiegha tibda f’Settembru. Ix-xitwa ta’ dawn in-nahiet m’hijiex kiefra. Qatt ma tinzel borra ghalkemm f’xi bnadi tax-xlokk ta’ l-Awstralja ghandhom is-silg u l-borra. Ix-xitwa taghna ggib maghha xi ftit aktar xita mis-soltu u ftit aktar ksieh. It-temperatura fix-xitwa hija bejn 5 u 12 C. Rari hafna meta tinzel u niffrizaw ghal xi jumejn in fila.

7. Naf li kull tant zmien tinzel Malta tippartecipa wkoll f'lejliet ta' natura letterarja. Xi tghid dwar dan u liema hija r-relazzjoni tieghek mal-kittieba u l-ghaqdiet letterarji f'Malta?

Iz-zewg darbiet li nzilt Malta kienu fl-1967 ghal sitt xhur, u dan l-ahhar fl-2006/2007 ghal erba’ xhur. Qatt ma nzilt specifikament biex niehu xi sehem f’avvenimenti letterarji. Jekk ippartecipajt ghax inzertajt kont hemm.
L-ewwel darba nzilt l-aktar biex nippublika t-tieni ktieb tieghi ta’ versi bl-isem “Ferh, Biki u Poezija”. Dan l-ahhar kont Malta sabiex niltaqa’ mal-hames hbieb tieghi li bhali kienu bidlu r-religjon Kattolka u saru Christadelphians. Inzilt biex flimkien niktbu u nippublikaw fuljetti bil-Malti ghat-tqassim minn dar ghal dar.
Id-darbtejn li nzilt dejjem qrajt xi haga fuq ir-radju jew f’xi avveniment meta jinqraw il-poeziji bhall-okkazjoni li kelli ma’ Poezijaplus. L-ahhar darba kont ixxurtjat ukoll li kont f’Malta meta rajt jinkixef fis-Siggiewi l-monument f’gieh il-poeta u l-mentor tieghi Karmenu Vassallo.
Nixtieq naghmel xi osservazzjonijiet. Meta tkun ’il boghod aktarx li tara l-affarijiet ahjar. Nosserva li meta nzilt Malta ghat-tieni darba fl-2006/2007 hasduni c-cokon tal-gzejjer taghna u l-insularità ta’ hafna individwi li ltqajt maghhom, specjalment fil-kamp akkademiku. Mix-xehta, certu poeta C. C., mill-bruda li wera lejja ghax lanqas gie jkellimni meta seta’, baqa’ ma hafrilniex ghal kif kienu pparagunati l-versi tieghu ma’ tieghi f’nofs is-sittinijiet!
Il-professur P.S. I. fl-introduzzjoni tieghu ghall-antologija tieghu bl-ghazla ta’ poeziji “mkissra” fejn kiteb indirettament li xi kittieba msefrin jippretenduha wisq u ma dahhal xejn minn taghna, possibli ghadu ma ndunax kemm jiffanfarunaw bix-xoghlijiet poetici taghhom hafna kittieba Maltin li hafna drabi jkunu ggudikata aktar fuq il-hajja taghhom u kif jghixuha milli fuq valuri u kriterji letterarji serji?
Minghajr l-ebda apologija nistqarr li jidher ukoll li f’dawn l-ahhar ghaxar snin, l-akkademici fil-qasam ta’ l-istudju tal-Malti, dejjem riedu jaghtuna l-impressjoni li kienu jemmnu li huma li vvintaw l-istudju tal-lingwa Maltija u b’hekk sfortunatament insew lil dawk li gew qabilhom u l-kontribut li taw.

POEZIJI:




















JINQERDU DAWK LI QED JEQIRDU D-DINJA

Dal-lejl ma nistax norqod
u mohhi m’ghandux kwiet;
inhossni qieghed neghreq
f’bahar ta’ hsibijiet.

Id-dlam igibli xeni
ta’ wgigh u ta’ tbatija,
ta’ qtil, imrar u diqa,
ta’ jasar u kefrija.

Jurini met’ ghal sufhom
biccirna ’l-foki z-zghar...
Baxx baxx gellidna ’s-sriedaq
b’difrejhom jarmu x-xrar...

Qtilna liz-zwiemel joghtru
jo’ mwegggha tat-tigrija...
hallejna f’nofs l-arena
lill-barri agunija...

U nfidna l-ors bil-mohbi
bil-holoq go mnifsejh
u kaxkarnieh bil-ktajjen...
accjomu nharsu lejh...

O lejl, zammejtni mqajjem
nhewden kif lill-holqien
ma harisniehx bil-ghaqal
u shetna kullimkien.

Iccaqcaq ic-canfira
tal-hlejjaq imharbtin
li bl-ahrax qed jixluna
b’hatjin, hatjin, hatjin!

U jkollna nhallsu d-danni
talli l-ambjent kasbarna,
u ninsgu l-ghajb f’kuruna
tax-xewk ghal fuq qabarna.

28.5.1999

Nota: It-titlu ta’ din il-poezija huwa
kwotazzjoni mir-Rivelazzjoni11:18.


FLIGHT PATH GHAL TULLAMARINE

Tghidlix nirkibhom, ’mma nissahhar bihom!
Filwaqt li nibza’ mit-titjir, b’dankollu
mhux darba w tnejn mort l-ajruport ghalihom...
narahom tilghin, nizlin wara xulxin.
Mur gibu lil Da Vinci kemm kien joghxa
li kellu jgarrab dak li naraw ahna
ghal hafna drabi ta’ kuljum minn triqtna.
Sikwit jghaddu minn fuqna w jinzlu wrajna.
Fl-ghaxija mis-salott nilmahhom riesqa
bil-mod mill-boghod bhal kewkba wara kewkba.
Kultant irieghdu d-dar u jhezhzu t-twieqi.
Isma’! Gej iehor kbir! Hossu jfakkarni
fis-Sur Muscat meta f’nofs il-lezzjoni
malajr fil-kuritur kien johrog jigri
mitluf jissamma’ ghall-irbumbjar biex jaqbad
wiehed ghaddej fil-baxx minn fuq l-iskola...
waqt l’ ahna t-tfal nizzuffjettaw u nwaddbu
minn bank ghal bank xi ajruplan tal-karti.

2.6.2005

MINGHAJR XIBKA

Bid-dahna ’l fuq mit-torri spiss nghaddulhom
l-ahbar li l-ghadu riesaq lejn ix-xtut.
Navzawhom jghumu biss bejn iz-zewg bnadar
u jaghlqu b’xibka l-qâla mhabba l-hut.

Izd’ huma ma jahsbux kif nahsbu ahna,
u qatt ma jaghtu kas tat-torrijiet,
tad-dhahen u t-tixjir widdieb ta’ idejna
biex ma jaqbzux il-linja u jzommu l-kwiet.

Donnhom b’kull jedd jaghmlu l-oppost apposta:
iwarrbu kliemna mat-twissijiet ta’ gid,
jithâbtu mal-kurrent barra mix-xibka,
u l-wens tad-dejma jhallu fit-taqbid.

Ghax wara kollox biex issib trid tfittex;
il-wasla mhux bilfors ghax jghinha r-rih;
ir-rebh mhux biss minn fuq is-swar jew l-igfna;
l-azzjoni taf twelidha mit-tnebbih.

B’hekk mis-salott ma nitilghux fuq l-igbla;
bil-hsieb tal-falliment ma nibnux bliet;
mill-banjijiet gol-blat ma naqsmux ibhra
li johduna niskopru l-artijiet.

Mela nqimu b’tifhir lil dawk li jbarru
kull ghazz u l-kumdità tal-garantit,
u fit-tweghir u b’kurzità bla razan
jifthulna toroq godda ghall-infinit.

20.2.2002