Monday, September 28, 2009

Zewg Kotba Godda/ Due libri nuovi

Ghadhom kemm hargu zewg kotba ohra tieghi. L-ewwel wiehed huwa gabra ta' rakkonti ghat-tfal, sitta miktubin minni u sitta ohra mill-pinna ta' zijuwwi, Joseph Sant. Il-ktieb huwa HOLM QABEL l-IRQAD u huwa mzewwaq bi tpingijiet ta' Clifford Xuereb u Dahla ta' Alfred Massa, President attwali tal-Ghaqda Poeti Maltin. Il-ktieb huwa pubblikazzjoni tal-Five Star Ltd. u jinbiegh fil-hwienet tal-kotba lokali.


It-tieni ktieb huwa workbook bl-isem ta' ORA! (Volume 2). Mela huwa tkomplija tal-ktieb ORA! (Volume 1) li hareg fl-2007. Huwa intiz l-aktar ghal dawk li qed jippreparaw ghall-ezami tat-Taljan fil-livelli Intermedju u
Avvanzat, imma anki ghal dawk li qed jahdmu ghat-Taljan (livell SEC). Bhall-ewwel volum jinkludi fih comprehensions, siltiet li jwasslu ghat-



taqsira, esercizzji grammatikali, taqsimiet iddedikati lil aspetti differenti tal-kultura Taljana u partijiet li jghinu lil dak li jkun biex itejjeb l-idjoma Taljana. Dan kollu mehud minn gazzetti u rivisti Taljani recenti. Hemm ukoll taqsimiet b'titli li jservu ghall-komponiment generali. ORA! 1 kien maqsum fi tliet taqsimiet li ttrattaw: l-Esperjenza Religjuza; l-Arti fis-sens wiesa'; u l-Problemi Socjali. ORA! 2 jittratta tliet taqsimiet godda: l-Ekonomija u n-Numri; ir-Relazzjoni taghna mal-Ambjent Madwarna; u it-Teknologija. Kull volum jista' jinxtara mid-De La Salle Bookshop.


Sono appena usciti dalla mia penna due altri libri. Il primo e' una raccolta di racconti per bambini, sei dei quali sono stati scritti da me e altri sei dal mio zio, Joseph Sant. Il libro si chiama HOLM QABEL L-IRQAD (Sogni Prima di Dormire) ed e' illustrato da Clifford Xuereb, con una Introduzione del Presidente attuale dell'Associazione dei Poeti Maltesi, Alfred Massa. Il libro e' pubblicato da Five Star Ltd.


Il secondo libro e' un quaderno di lavoro e si chiama ORA! (Volume 2). Si allaccia percio' a ORA! (Volume 1) che e' stato pubblicato nel 2007. E' una pubblicazione intesa per gli studenti che si stanno preparando per gli esami di italiano ai livelli intermedio e avanzato, ma anche a quelli che si preparano per l'italiano SEC. Come il primo volume ORA! 2 e' composto da brani (presi tutti da giornali e riviste italiani recenti) che avviano alla comprensione e al riassunto, esercizi di grammatica, sezioni dedicate ad aspetti diversi della civilta` italiana e altre sezioni intese al miglioramento dell'idioma italiano. Ci sono anche parti che servono come spunto al tema generale. ORA! 1 trattava tre materie principali: L'Esperienza Religiosa; Le Arti; e I Problemi Sociali. ORA! 2 tratta tre nuove materie: Eonomia e Numeri; Il Nostro Rapporto con l'Ambiente Intorno; La Tecnologia. Ogni volume si puo` trovare dalla Libreria De La Salle, Cottonera.

Monday, September 21, 2009

Lejla Muziko-Letterarja fl-Awstralja, Melbourne

Lejla Muziko-Letterarja f’Melbourne
(minn Paul Vella)


Il-Grupp Letteratura Maltija fil-Victoria, kellhom il-Lejla Muziko-Letterarja ghal din is-sena, fis-Sala tac-Centru Malti ta’ Parkville, nhar il-Hadd, 20 ta’ Settembru.
Ghalkemm l-isem baqa’ ta’ “Lejla”, din id-darba il-grupp iddecieda li jaghmiha fis-2 pm, l-aktar minhabba li l-komunita` Maltija dejjem kull ma tmur qed tikber u hafna jsibuha bi tqila biex isuqu bil-lejl. Dan il-hsieb jidher li kien wiehed ghaqli ghaliex din is-sena madwar 120 attendew ghal din is-serata, aktar u aktar meta wiehed jiftakar li kien hemm hafna avvenimenti li nzammu fl-istess jum.
Din is-sena il-Grupp qieghed jiccelebra t-30 Anniversarju mit-twaqqif tieghu u nispera li aktar ’il quddiem ikollna cans niltaqghu minn fuq dawn il-pagni biex nitkellmu fuq dan.
Il-lejla bdiet billi s-Segretarja tal-Grupp, is-Sinjura Rosemary Attard, tat merhba lil dawk prezenti u ntroduciet lill-President, Dr Victor Sammut.
Dr Sammut beda biex irringrazzja lil dawk li hadmu bi shih biex din il-lejla tkun wahda ta’ success. Saret prezentazzjoni ta’ fjuri lil Dr Clemente Zammit u s-Sinjura tieghu Mary, li f’din l-okkazjoni kienu qed jiccelebraw il-45 anniversarju taz-zwieg taghhom.
Imbaghad Dr Sammut kompla billi qal li hemm ragun li niccelebraw f’dan l-anniversarju u nibqghu insegwu l-ghanijiet tal-Fundatur taghna, il-mibki u qatt minsi, Dr Guze` Abela.
Prezenti fost ohrajn, hadna gost naraw lill-Konslu Emeritus ta’ Malta fil-Victoria, Dr Clemente Zammit u s-Sinjura tieghu, Mary; l-Avukat Victor Borg, President tal-Kunsill Malti tal-Victoria; u Fr Denis Carabott, Fr Emmanuel Adami u Fr Dr Victor Shields, kollha mis-Socjeta` Missjunarja ta’ San Pawl u membri ta’ ghaqdiet ohra Maltin.
Ha sehem ukoll il-Wyndham Maltese Choir, taht id-direzzjoni tas-Sinjura Yvonne Caruana li fethu l-programm bil-kant tal-Innu Malti.
L-ewwel qari sar minn Laurie Armato li tana zewg poeziji tieghu, “Il-Gawwija z-Zoppa” u “Dinja Kbira, Dinja Zghira” u wara smajna l-poezija “Talba ta’ Min Jissielet man-Nirien” ta’ Albert Agius li qara huwa stess. Wara zewg poeziji ta’ Marie-Louise Anastasi “F’Dawk l-Ewwel Zminijiet” u “Gmiel ta’ Holqien” smajna lil Guzi Camilleri jaqra l-proza tieghu “Kemm Ghandna Maltin Mohhhom Jilqilhom”.
Ghall-ewwel intervent muzika kien hemm grupp maghmul minn Laurie Armato fuq il-Mandolina, Joe Gauci u Manuel Casha fuq il-kitarri u Joe Camilleri fuq il-Bongos, li tawna tlitt siltiet muzikali.
Poezija ta’ Nazzarenu Zerafa, minn Queensland, “Harsa minn Ghajn il-Labra” inqrat minn Charles Attard. Josephine Cassar qrat zewg poeziji “Taqbida Moderna” u “Perspettiv” li kitbet hija stess fejn wara smajna lil Dr Victor Sammut bil-proza tieghu “Dinja Catta”. “Fakkartni fl-Awstralja” kienet poezijia ta’ Joe Lofaro li qara huwa stess.
Intervent muzikali iehor, din id-darba mill-Wyndham Maltese Choir.
Imbaghad wasalna ghal xi haga specjali fejn rajna prezentazzjoni bil-power point, “Grupp Letteratura Maltija 1979-2009”, xoghol sabih ta’ Dr Clemente Zammit, fuq l-istorja tal-Grupp matul dawn l-ahhar 30 sena, li ntlaqa’ tajjeb hafna.
Wara smajna messagg qasir fl-okkazjoni tac-celebrazzjoni tal-Grupp u dan kien gej mill-Kap Ezekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Sergio Grech, minn Malta.
Wara ntervall ta’ nofs siegha bdiet it-tieni parti fejn l-istudenti tal-Lingwa Maltija tal-Kunsill Malti tal-Victoria, go Parkville, tawna sketch qasir “Il-Wasla f’Port Melbourne fl-1950”, kitba u direzzjoni ta’ Giorgina Scillio. Fih hadu sehem Giorgina Scillio, Bernadette Bezzina, Linda Duckham u Craig Wright.
Proza “Fil-Bitha” miktuba minn Frank Bonett, inqrat minnu stess. Manwel Cassar, kiteb u qara zewg poeziji, “Ghal Darcy Freeman” u “Wara l-Ghabex, Cape Shank’, filwaqt li tlitt poeziji tal-membru minn Queensland, Vincent Anastasi, “Id-Dell”, “Taqtigha” u “San Pawl” inqraw minn Rose Lofaro.
Imbaghad kellna intervent muzikali iehor mill-grupp ta’ Laurie Armato, Joe Gauci, Manuel Casha u Joe Camilleri.
Il-PRO tal-Grupp, Paul Vella, imaghad qara novella tieghu stess, “Ma Kienx Dundjan tal-Milied”. Joe Saliba, ghadu kemm ippubblika ktieb iehor, “Uluru”, gabra ta’ poeziji mill-1997-2008, ktieb sabih hafna. Joe qralna tlitt poeziji minn tieghu: “Sarah Island (Macquire Harbour, Tasmania)”, “Skont Kif Johodha” u “Hajki Amoruzi”.
Il-Wyndham Maltese Choir tawn zewg kanzunetti ohra sbieh.
Wara, Rosemary Attard, qrat il-proza taghha “Gurnata fil-Harifa f’Melbourne 2009”.
George Aquilna kittieb ta’ poeziji sbieh u ghannej tajjeb, ma setghax ikun maghna minhabba li kien xi ftit ma jiflahx u ghal dan il-ghan, il-poezija tieghu, “In-Nemla”, inqrat minn Ray Anastasi. Ray imbaghad qralna zewg poeziji ohra, xoghoijiet tieghu, “Qasmuli Qalbi” u “Dejjem Tahfrilna”.
L-ahhar bicca proza, “Student Akkanit”, inqrat minn Dr Victor Sammut.
Wara dan il-Wyndham Maltese Choir ghalaq il-lejla bil-kant ta’ Advance Australia Fair.
Nirringrazzjaw lil Ray Anastasi ghall-Koordinazzjoni u preparamenti ghal din il-lejla; l-ghazla tal-materjal kien f’idejn Dr Victor Sammut, Manwel Cassar u Ray Anastasi; Amministrazzjoni: Rosemary Attard u Marie-Louise Anastasi; xoghol tal-ktejjeb kien f’idejn Ray Anastasi.
Ringrazzjament ukoll lill-Membri tar-Reskeon Maltese Association u Reskeon Seniors Group, Caesar Vella, Phyllis Vella u Salvina Vella (li hija wkoll membru tal-Grupp) li hadu hsieb l-ikel fil-kcina u t-te u l-kafe`.
Ringrazzjament specjali li Dr Clemente Zammit, ghax-xoghol sabih li ghamel bil-powerpoint fuq l-istorja tal-Grupp.

Sunday, September 13, 2009

X'jiftakru rigward Mike Bongiorno u l-ewwel televizjoni hawn Malta

Kif tafu ftit jiem ilu gie nieqes il-prezentatur Taljan Mike Bongiorno. Hsibt li nistaqsi lil ftit hbieb minn tieghi ftit mistoqsijiet rigward dan il-personagg daqshekk influwenti fil-qasam televiziv.

1. Kif ghextu l-waqt meta dahlet it-televizjoni (RAI) fid-dar tieghek?

Mario Azzopardi:- Fil-familja taghna dam ma dahal it-televizjoni u anki fit-triq taghna, forsi kien hemm zewg familji li kellhom sett fil-bidu. Konna nistaghbu nharsu mill-antiporta 'l gewwa, forsi naqbdu xi ftit xbihat. Mill-gallerija kont nara sett iehor u nahseb li dawk il-girien tal-faccata kienu jgerru l-purtiera halli nkun nista' nara. F'sdawk is-snin imbieghda, it-televizjoni kien kolp kulturali u diga' kien hemm il-kundanna ghal certi programmi "oxxeni". Ghadni niftakar sew il-kampanja li kienet ssaret kontra z-zfin "skandaluz” tal-gemelli Kessler. Dak tal-Kessler kien dnub li kelli nqerr ta' spiss!


Alfred Massa:- Meravilja. Qatt ma konna ħlomna ħolma bħal dik. Id-dar ma kellniex sett tat-televiżjoni peress li ommi kienet tbati b'għajnejha u missieri ma xtaqx ipoġġiha f'okkażjoni prossima. Imma jien kont spiss immur għand ħbieb u aktar tard għand l-għarusa (illum marti) biex narah.

Alfred Palma:- Qabel ma dahal it-television hawn Malta, is-sorsi ewlenin ta’ divertiment ghall-familja Maltija kienu r-Rediffusion u c-cinema. Meta dahal it-televison, lejn tmiem il-hamsinijiet, il-Maltin sabu sors iehor ta’ divertiment li, inghid, biddlilhom hajjithom. Dak iz-zmien kien popolari hafna il-quiz Il Musichiere, immexxi mill-mibki Mario Riva. Dan miet tragikament fl-1960 u warajh dahal Bongiorno, li dlonk kompla bil-kbir fejn halla Riva.

Charles B. Spiteri:- Kont ghadni ckejken meta rajt l-ewwel kaxxa tat-televizjoni ghand in-nies. It-televizjoni kien ghadu fil-bidu tieghu u kienu jixtruh biss, dawk li kellhom il-flus. Allura dak iz-zmien, lejn nofs is-snin hamsin, kont ghadni l-Blata l-Bajda ghand in-nanna, u fis-sajf, peress li kull filghaxija, kulhadd kien jintasab fuq is-siggijiet fuq il-bankina, jien kont nimxi hames passi u noqghod bilwieqfa quddiem id-dar tal-familja Ghirxi.
Din il-koppja bla tfal kellha l-ewwel televizjoni fit-triq, ezatt faccata tal-bieb ta’ barra. Hi u hu kienu joqoghdu fuq is-sufan, fis-salott, isegwu u jien barra l-grada. Darba offrewli biex jekk inkun irrid niehu siggu, u noqghod fl-istess post nara. Qatt ma dahhluni d-dar.
Imbaghad dahhlet it-televizjoni wkoll il-koppja Simmler, faccata taghna. Din l-istess, kienet koppja bla tfal. U allura dahhalt f’mohhi, li min ma kellux tfal – kellu l-flus! Darba s-sinjura Simmler stiednet lil nannti u lili biex immorru nsegwu l-funeral tal-President Amerikan John Kennedy. Kienet haga tal-ghageb.
Meta aktar tard, il-haddiema tal-Gvern inghataw somma flus kull wiehed bhala arretrati, missieri qataghha li jixtri t-televizjoni hu wkoll. Niftakar, kien xtrah minghand l-Erres, quddiem l-Ghassa tal-Hamrun. Fl-istess zminijiet, kienu maghrufin ukoll il-Leowe Opta. Izda skont ma jinghad, l-importanti kien l-gholi tal-aerial.
Li nista’ nghid hu li t-televizjoni qatilli passatemp sajfi, peress li konna niggennu ntajru t-tajra mit-terrazzin. Hekk kif bdew telghin l-aerials, it-tajr beda jithabblilna. Minflok gawdew il-hamiem ghajjien li kien jistrieh fuqhom!
Popolari mat-tfal fi zmieni kienu Rin Tin Tin u Penno di Falco- il Capo Cheyenne. Nannti u nannuwi dahhlu t-televizjoni aktar tard, meta filghaxija kienu jkunu fl-aqwa taghhom l-ispettakli tal-Black and White Minstrel Show.



Charles Casha:- It-televixin fid-dar fejn kont noqgħod daħal wara li kien ilu li daħal hawn Malta. Imma kien mument sabiħ u niftakar dakinhar li ġabuh, ma ċċaqlaqniex minn quddiemu. Kull programm kien x’kien, kien interessanti. L-ewwel programmli rajna kienet play ta’ Francis Ebejer,l i nsejt liema waħda kienet.

2. Kif tahseb li dan l-avveniment influwenza lill-familja Maltija?

Mario Azzopardi:- Kien hemm zmien meta l-prezenza ta’ Mike Bujongiorno kienet tinhass hafna; generazzjoni shiha ghexet bid-dehra tieghu kontinwament f’darha, ghalkemm nahseb li ftit kienu japprezzaw l-ironija gentili tieghu.
Illum hemm ikoni godda u ma nahsibx li kien hemm xi intervall ta’ riflessjoni dwar Mike Buongiorno, lanqas fost in-nies godda tal-media. L-ahbar ghaddiet mal-ohrajn. Hasra li d-diskors jaqa’ fuq hwejjeg banali u jevita s-sustanza. Buongiorno kellu hafna sustanza.

Alfred Massa:- Ħafna. Biddel l-istil tal-ħajja Maltija kważi għal kollox. Dan bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu, imma huwa fatt innegabbli li kompla jiżviluppa matul is-snin.


Alfred Palma:- Il-wasla tat-television, kif ghidtlek, influwenzat bil-kbir il-hajja tal-Maltin. Dak iz-zmien kellna biss il-programmi tar-Rai, programmi ta’ kull generu, li kellhom xi haga ghal kulhadd. Imma l-aktar li kienu jintoghgbu kienu l-quizzes u l-programmi ta’ varjeta`.

Charles B. Spiteri:- Il-Malti hu, kif ng]idu bl-Ingliz, copy cat. Ghalhekk l-influwenza televiziva, minn programmi u films Amerikani (li dawn in-nies kienu dejjem qabilna f’kollox) bdiet tkun pozittiva. Bdiet diehla l-permissività u l-fatt li xejn mhu xejn. Mhemmx dnub, mhemmx hazen (bl-iskuza tal-‘miskin’ u l-‘miskina’ u spiccajna biex mhemmx Alla. Wasalna wkoll biex naghdru lill-hazin u nikkastigaw lit-tajjeb. Fuq dan inkiteb hafna, l-aktar fl-artikli li l-avukat Herbert Ganado kellu ta’ kull gimg]a u li jinsau migburin fil-kotba Jien inhobb nitkellem maghkom.

Charles Casha:- Niftakar meta bdejna naraw l-ewwel settijiet fil-ħwienet li kienu juru xandiriet mir-Rai. Kont tara hafna nies weqfin quddiem l-armaturi jaraw l-ahbarijiet jew programmi ohra bhal Carusello. Dan l-avveniment żgur li ġab bidla kbira fil-ħajja tal-familja Maltija. Naqas l-interess fiċ-ċinema li kien l-aktar mod popolari ta’ divertiment, żamm il-familja ġewwa, kabbar l-interess fil-World Cup għax issa bdejna naraw xi logħbiet u b’mod negattiv, naħseb li bdiet tinqata’ bil-mod il-mod, dik il-ħajja li konna nghixu, fejn kulħadd kien jinġabar f’kamra waħda u jitkellem. Issa bdejna ningabru f’kamra waħda, iżda kulħadd maqtugħ minn xulxin ghax kulħadd irid jara u jisma’.

3. Xi tghid dwar Mike Bongiorno u l-programmi tieghu matul is-snin? X’tiftakar l-aktar minn dawn? X’kien jolqtok l-aktar?

Mario Azzopardi:- Mike Bongiorno kellu l-hila jivvinta lilu nnifsu mill-gdid. Kien johloq dinamika singulari mat-telespettaturi u kien jolqotni l-espertizmu innokwu tieghu: jissintonizza mal-pubbliku minghajr ma jippatronizzah. Kont nammira hafna s-semplicita` u l-ironija tieghu.

Alfred Massa:- Mike Bongiorno kien preżentatur tajjeb ħafna speċjalment fejn jidħlu l-quizes. Kultant kien idejjaqni ftit għax l-umoriżmu tiegħu ġieli kien punġenti barra milli kien jippretendiha żżejjed. L-aktar programm tiegħu li kien jogħġobni La Ruota della Fortuna. Kien programm divertenti u istruttiv ukoll.

Alfred Palma:- Meta Mike ha over minghand Riva, kien ghadu zaghzugh, mimli energija (li zamm sa xjuhitu u mewtu). Kellu sens kbir ta’ professjonalita` u karizma, u kien ihallik imwahhal ma’ l-iscreen tat-television. L-aktar li kienu joghogbu, u kienu jgbdu l-udjenza kienu Campanile Sera u Rischiatutto. Lili kien jolqotni l-aktar dan il-quizz ta’ l-ahhar, ghax minbarra li kien imfawwar bil-kultura, kien joffri premjijiet fantastici ta’ flus lir-rebbieha, u ghalhekk tista’ tobsor
x’tensjoni kien ikun hemm lejn tmiem il-quiz! Izda minbarra l-quizzes, Mike kellu wkoll quizzes ohra interessanti, u lejn it-tieni fazi tal-karriera tieghu ibbrilla ghal bosta snin fil-quiz La Ruota della Fortuna, li aktar mil-lum, hajr ghall-karizma ta’ Mike, kien jigbed miljuni ta’ telespettaturi.

Charles Casha:- Jien ma tantx segwejtu wisq lil Mike Bongiorno ghalkemm rajtu kemm-il darba. Kien preżentatur qawwi ħafna, forsi xi kultant ftit arroganti (mhix qed ngħidha b’disprezz) imma hekk kont inħossu. Forsi ghandi idea ħażina. Pero` kien kapaċi ħafna u ħalla impatt qawwi fuq it-telespettaturi.


4. Kif hassejtek malli sirt taf li Mike Bongiorno m’ghadux maghna? X’tiftakar l-aktar minnu?

Mario Azzopardi:- Hassejt li miet xi hadd li fil-verita`, kellu xi haga li taghtik l-impressjoni li hu etern. Irriflettejt li anki wara l-maskra tal-“allegrija”, l-ahhar appuntament tal-bniedem hu mal-mewt. L-aktar li niftakar minn Bongiorno hi s-serata li kien iddedikalu Bruno Vespa f’Porta a Porta meta harget l-awtobijograija tal-prezentatur : kwazi b’dizinvolutra kien iddeskriva kif zgicca mill-fucilazzjoni mill-Gestapo fl-ahhar mumenti, bis-sahha ta’ negozjar li kien sar biex jitpartu l-prigunieri tal-gwerra.

Alfred Massa:- Iddispjaċieni meta smajt bil-mewt tiegħu. Fhimt li bid-difetti li seta' kellu, it-TV kienet tilfet preżentatur mill-kbar. Ma naqbelx ma' dawk it-Taljani li qisuh bħala Il-papa' della TV. Kien hemm preżentaturi oħra tal-kalibru tiegħu bħal Mario Riva u Corrado, biex insemmi tnejn.

Alfred Palma:- Meta smajt bil-mewt ta’ Mike inhsadt. Nammetti, xi drabi kien jirritani bis-sens ta’ superjorita` li kien jadotta; ma kienx icedi argument kif gieb u lahaq, u niftakar tajjeb il-battibekk jahraq li darba kellu ma’ Sgarbi (xejn inqas puntiljuz minnu) li fih kwazi gew fl-idejn. Niftakar ukoll kif darba avvelixxa wahda mill-konkorrenti meta qabadha b’xi noti miktuba waqt puntata ta’ (minghalija) Lascia o Raddoppia. Tant avveliha li hassha hazin. Imma mbaghad Mike kien inehhili kull sens ta’ antipatija bil-paprati celebri tieghu, li bosta drabi kienu jifqghuk bid-dahk u li llum, ma’ kull tifkira ta’ Mike, jiffurmaw parti integrali mill-istorja tat-televizjoni Taljana. Niftakar ukoll cajta helwa li ghamlulu fuq Canale 5, meta Luca Barbareschi mar travestit ta’ konkorrent waqt puntata ta’ La Ruota della Fortuna, u waqqa’ lil Mike ghaz-zuffjett. Hemm trid tarah jirrabja lil Mike! Minkejja kollox, ic-cajta ma hadhiex. Kien professjonist perfett!


Charles B. Spiteri:- Meta tkun zghir fl-età ma taghtix kas il-mewt ta’ min hu ferm akbar minnek. Izda meta d-distakk fl-età ma jkunx kbir hafna, allura tibda tirrealizza li tinsab qrib l-istess triq ta’ min halliena. Ghalhekk jiddispjacik ghalih u tiftakar fl-istejgis li jista’ jkun fadallek. Hu minnu li l-Malti jghid li ‘imutu l-hrief qabel in-naghag’, izda dik eccezzjoni ghax generalment, in-naghag jinqatel qabel il-haruf! Mike Bongiorno, kif intqal fuq l-istess stazzjonijiet tat-televizjoni, jista’ jitqies ir-re tax-xandir televiziv.
Jien lil Mike nibqa’ nassocjah mal-kwizz.

Charles Casha:- Bħal kull mewt oħra hasditni. Kont qed inqalleb xi programmi meta rajt l-ahbar tal-mewt tieghu. Ftakartu l-aktar jghajjat “Allegria”. Kienet xi ħaġa li kien iħobb jaghmilha.

5. Xi tghid dwar il-kwalità tal-programmi tal-imghoddi mqabbla ma’ tal-lum?

Mario Azzopardi:- Teknikament m’hemmx paragun. Il-programmi tal-imghoddi kienu lineari u statici hafna. Illum hemm hafna aktar plasticita’ u manipulazzjoni digitali li timpressjona. Imma fil-programmi tal-lum hemm anki t-trijonf tal-banalita` fuq is-sustanza; tal-prezunzjoni, il-pozi u l-blaff kontra s-serjeta` u l-passjoni ta’ dari. Imma gust li nghid ukoll li llum il-programmi huma aktar “demokratici”, bil-perikli kollha li jgib mieghu dan l-istat ta’ fatt, specjalment fejn tidhol il-kwalita` tal-kontenut.

Alfred Massa:- Teżisti differenza kbira. Anzi jekk kultant inħossni mweġġa' għax nara li d-diċenza fis-sens wiesgħa tal-kelma ħadet daqqa 'l isfel.

Alfred Palma:- Hemm bahar jaqsam bejn il-programmi ta’ dak iz-zmien u dawk tal-lum. Jekk xejn, l-istazzjonijiet kienu limitati: ir-Rai u wara, hawn Malta, TVM. Maz-zmien fl-Italja fegget il-Mediaset u aktar varjeta` u ghazla ghat-telespettatur. Imma l-programmi ta’ dak iz-zmien kienu varjati u ta’ kwalita`, mahsuba li jaghtu lill-ispettatur valur ghal flusu; u kienu maghmulin b’attenzjoni u koncentrazzjoni u fuq kollox b’dedikazzjoni u professjonalita` . B’hekk, it-telespettaturi kienu aktar jingibdu lejn l-ikoni favoriti taghhom, partikolarment Mike Bongiorno. Illum ninsabu fgati bl-istazzjonijiet televizivi, u kull wiehed ifittex li jifdi l-ispejjez: ergo reklami u programmi li joghgbu lill-massa, irrispettivament humiex ta’ kultura jew trash.

Charles B. Spiteri:- Forsi din il-mistoqsija missejtha ftit aktar ’il fuq. Dari, meta l-biza’ mit-televizjoni kien kbir ghall-valuri nsara taghna- konna naraw bicca koxxa ta’ mara u niskantaw. Illum wasalna naraw lill-bniedem gharwien huta u ma niskantaw xejn. Ghaliex? Ghax uri llum u uri ghada, kollox jindara u jigi kkupjat. Illum mhemmx ghalfejn tizzewweg biex tara n-nudità tal-mara. Sempliciment tinxtehet komdu fuq sufan… u ssegwi. U l-filmati tal-lum huma kollha fuq l-infedeltà, serq, drogi u qtil, qisu xejn mhu xejn. Ebda filmat li joffri taghlim lit-telespettatur, li jghinu jaghder u jahfer lis-sieheb jew siehba tieghu. Xejn ma jghallem kif tfaddal u tibza’ ghall-flus. Minflok, naraw kif ghandna nkunu socjetà konsumista. Uza, armi u ixtri.

Charles Casha:- Wiehed irid joqghod attent meta jiġi biex iqabbel ghax iż-żminijiet, il-mentalita`, l-apparat, il-finanzi ecc huma differenti bejn zmien u iehor. Barra minnhekk wieħed jaf ikun preġudikat ghax tidhol ċerta nostalġija. Xi programmi kienu jogħġbuni hafna, kieku kelli narahom illum, forsi ma jogħġbunix daqshekk. Naħseb li kull żmien għandu tiegħu.

6. X’jistghu jitghallmu prezentaturi Maltin minn personagg bhal Mike Bongiorno?

Mike Bongiorno:- Ghandhom jitghallmu li biex tohloq sintonija awtentika mal-pubbliku m’ghandekx ghalfejn titqanzah, tixxenja u tonfoh lilek innifsek b’mod redikolu.

Alfred Massa:- Naħseb li ma nistgħu qatt nilħqu l-livell tal-preżentaturi barranin. L-ewwelnett il-klijentaliżmu u l-passjoni politika huma qawwijin ħafna fostna. Barra minn hekk neqsin mill-professjonalita'.

Alfred Palma:- Il-prezentaturi Maltin ghandhom hafna x’jitghallmu minn Mike. Mike kien artist, karizmatiku, dejjem mimli energija, li l-ghajta ferrieha tieghu Allegria kienet iddahhlek mill-ewwel fl-atmosfera tal-quiz, festival jew xi jkun se jipprezentalek. Kien dejjem jaf xi jrid, kien stinat u gellied u ma jerhiha lil hadd. Xi drabi, jekk xi hadd kien jitfaghlu xi botta b’cajt, kien jehodha di petto u erhilu jweggghu sarkastikament b’ilsienu. Imma kien professjonist imwieled; kellu d-don tal-karizma, li ma takkwistahx bit-tahrig. Izda l-prezentaturi taghna, ukoll jekk izommuh b]hsimbolu ta’ dak kollu li tista’ toffri t-televizjoni, jistghu jitghallmu hafna minnu, u b’
hekk, jekk xejn, jiksbu aktar sodisfazzjon mill-karriera taghhom.

Charles B. Spiteri:- Il-prezentaturi Maltin ghandhom ferm x’jitghallmu minn Mike Bongiorno. Ibda biex ma jghaddux kummenti personali wiehed lill-ohra waqt il-programm. Imbaghad, li jkollhom programm studjat minn qabel biex huma juru l-hila taghhom. U fl-ahharnett li jzommu s-serjetà li kien izomm hu. Ghalkemm kien ikollu xi zeffiena ’l hawn u ’l hemm, ma konniex naraw il-pastazati fl-ilbies li qed naraw illum. Din però tista’ tkun rizultat taz-zmien. Ma nafx kieku Bongiorno kien prezentatur illum, x’tip ta’ lbies u tqaccit fiz-zeffiena stajna naraw. Ghax kif digà ghedt, it-televizjoni beda biex ha s-subgha u spicca biex ha l-id.

Charles Casha:- Naħseb li hemm ħafna x’jitgħallmu,mhux minn dan il-personaġġ biss iżda minn għadd ta’ personalitajiet oħrajn fuq il-televixin, kemm dak Taljan u kemm ta’ pajjiżi oħrajn. Il-preżentaturi tagħna jagħmlu tajjeb kieku jippreparaw ruħhom aħjar, inqas storbju u ghajjat qishom qegħdin fi pjazza u jagħmlu riċerka serja qabel itellgħu programm.

Saturday, September 12, 2009

The SSAsturias website

Some months ago (I apologise for this delay) Vicki Doherty from Melbourne (Australia) sent me this e-mail.

Dear Patrick
I came across your name while doing some internet searching on Malta ... and just thought you may be interested to visit my website which is devoted to the ship SS Asturias and its passengers, many of whom were Maltese migrants to Australia. The site is at : www.ssasturias.net and has photographs, stories and passenger lists, which I am gradually building up. I'm trying to get it known out there, particularly to any Maltese ex-passengers and their families who may be interested.
kind regards
Vicki Doherty(Melbourne)

An excerpt from the SSASTURIAS site:

"This site has been created to provide a central place to gather information about the SS Asturias II and may be of particular interest to those passengers who came to Australia aboard her in the 1940s and 1950s when the ship saw service as a ‘migrant ship’. All genuine material for publication on the site that may be of interest to others is welcome including photographs, memorabilia and stories."

Contact e-mail: info@ssasturias.net

Tuesday, September 01, 2009

Intervista ma' Manwel Cassar mill-Awstralja


1. X’inhi r-relazzjoni ta’ Manwel Cassar u l-Awstralja llum? Xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?

Primarjament jien abitant fl-Awstralja u ili noqghod hawn izjed minn darbtejn snin milli kont f’Malta. Ma domtx ma drajt u ghadni sal-lum ma jiddispjacinix li sifirt. Dan ma jfissirx li ma hemmx x’inhoss in-nuqqas tieghu. Bl-istess mod inhoss li, kieku kelli nerga’ nibda noqghod f’Malta, cert li nhoss xi nuqqas ta’ tgawdijiet t’hawn li mhumiex iddupplikati f’Malta.

Ghal min jinsab bhali, Malta tibqa’ mahbuba. Fejn isir it-twelid jibqa’ influwenza kbira. Malta ghandha l-karattru taghha li huwa uniku u l-Maltin imsifrin jiftahru bih. Ahna nirreferu ghalina bhala Maltin-Awstraljani u ngawdu c-cittadinanza taz-zewg pajjizi. L-isfond religjuz, storiku, socjali ta’ wiehed jaf lill-iehor u jiltaqa’ sikwit mieghu, flimkien mal-uzu tal-Ilsien Malti fil-hajja ta’ kuljum u fid-Dipartimenti tal-Gvern u f’kull htiega, jibqa’ maghzuz u jlewwen l-ezistenza tkun fejn tkun.

2. F’liema attivitajiet jew ghaqdiet jew inizzjattivi kont u inti impenjat?

Fl-1959 waqqaft l-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja li kienet miftuha ghall-kittieba Maltin li jiktbu mhux biss bil-Malti. Kellha hafna attivitajiet fi hdanha u fil-pubbliku. Wara hafna snin raqdet. Imbaghad Guzè Abela waqqaf il-Maltese Literature Group li wara zdied bil-Malti: Grupp Letteratura Maltija. Il-M.L.G-G.L.M. ghadu jezisti attivament. Ghal xi snin jiena kont president tieghu. Bqajt niehu sehem fil-laqghat ta’ qari privat u fil-pubbliku. Iz-zewg ghaqdiet li semmejt hargu kotba, antologiji ta’ kitba tal-membri. Kienet ukoll titmexxa pagna letterarja ta’ kull xahar fil-gazzetta Malta li m’ghadhiex tezisti. Il-gazzetta tal-Maltin, The Maltese Herald, ilha u baqghet tohrog kull gimgha. Jiena kkontribwixxejt kemm-il darba fil-pagna letterarja li kien jiehu hsiebha Gorg Chetcuti sa mewtu. Kont fl-istess hin inxandar fl-istess gazzetta pagna tieghi kull xahar bl-isem “Milli Ghandi”. Kienet pagna ta’ komponimenti, kritika letterarja, poeziji bil-proza u rapporti.

Ghal xi zmien kont president tal-Australian Multicultural Writers Association li kienet tal-membri ta’ bosta nazzjonalitajiet. Drabi hadt ukoll sehem b’qari bil-Malti u bl-Ingliz ta’ xoghlijieti f’festivals kemm tal-Maltin u kemm tal-barranin. Jiena msieheb ukoll fl-Akkademja tal-Malti, l-Ghaqda tal-Malti (Universita`) u l-Ghaqda Letterarja Maltija (illum xolta).

Ghadha kemm twaqqfet minn Dr. Maurice Cauchi l-Association of Maltese Writers in Australia and New Zealand, li hija ghaqda informali kkoordinata mill-Maltija Dr. Lou Drofenik, u jiena ninsab f’din l-ghadqa.

Hadt ukoll sehem b’qari ta’ xoghlijieti ghal bosta snin u ghadni niehu sehem b’tahditiet fuq il-poezija Maltija tradizzjonali u moderna u fuq wirjiet tal-arti fin-National Gallery of Victoria – qed nghid ghal sehmi fil-programmi Maltin tar-radju tal-iSpecial Broadcasting Service.

Billi jiena wkoll pittur, ninsab imsieheb f’sitt ghaqdiet tal-arti, membru tal-kumitat f’wahda minnhom u kunsillier f’ohra. Din tal-ahhar, il-Victorian Artists Society, kellha bhala msiehba xi whud presidenti, uhud mill-artisti l-aktar maghrufa u mdahhla kontinwament fil-kotba u programmi tal-istorja tal-arti tal-Awstralja. Kemm-il darba wrejt xoghlijieti individwalment kif ukoll ma’ ohrajn. Bhalma fil-poezija u fil-proza, irbaht f’konkorsi/wirjiet tal-arti. L-istil tieghi huwa espressjonist.

3. Fil-belt fejn tghix, il-Maltin (u anki komunitajiet ohrajn) kemm jiehdu interess fil-letteratura?

Il-Maltin generalment iktar mohhhom fil-familja u fix-xoghol u f’certu ghadd fil-festi religjuzi msejsin fuq ta’ belthom jew rahalhom ta’ Malta, milli fuq il-letteratura. Madankollu xi ftit mijiet jattendu ta’ kull sena ghal-Lejla Muziko-Letterarja tal-M.L.G.-G.L.M. Imbaghad, fl-istess ghaqda hemm qalba ta’ membri li jattendu dejjem ghal-laqghat ta’ qari tal-ghaqda ta’ kull xahar.

Daqsxejn tqil ghalija biex nitkellem fuq komunitajiet ohra. Ma nafx b’ghaqdiet specifikament ta’ nazzjonijiet ohra, imma naf b’gazzetti taghhom kif ukoll lil xi kittieba letterarji taghhom. Nobsor li hemm ghaqdiet – darba kont mistieden minn socjetà tar-Russi u kont qrajtilhom bil-Malti poeziji tieghi u traduttur Russu qalhom bir-Russu, Kienet esperjenza li ghogbitni u mid-dehra lil dawk – numeruzi – li attendew.

Il-mistoqsija tieghek qieghda tnebbahni biex naghmel daqsxejn tar-ricerka dwar ghaqdiet letterarji ta’ komunitajiet ohrajn. Bilhaqq, naf b’bosta ghaqdiet letterarji tal-Ilsien Ingliz u hadt sehem b’qari f’xi whud – qari ta’ poeziji tieghi bl-Ingliz jew maqlubin ghall-Ingliz mill-Malti tieghi.

4. Xi tghid dwar il-kittieba Maltin fl-Awstralja llum? Min huma u x’qed jinkiteb?

Il-kittieba Maltin-Awstraljani mhumiex numeruzi u li naf bihom huma f’zewg Stati, Victoria u New South Wales. Hemm wiehed fi Queensland. Qed nalludi ghall-kittieba bil-Malti. Dawk li jiktbu bl-Ingliz huma mferrxin aktar. Il-kittieba tal-Malti huma iktar mixhuta fuq il-poezija milli fuq il-proza, ghad li proza letterarja nkitbet ukoll bhal minn Dr. GuzÁ Abela, Gorg Chetcuti, Joe Axiaq, Rigu Bovingdon u minni.

Il-kittieba tal-versi Maltin ivarjaw bejn il-qabbiela u bejn il-poeti. Fl-oghla skala, fil-fehma tieghi, joqoghdu Dr. GuzÁ Abela, Gorg Chetcuti, Joe (Valentin Barbara) – it-tlieta regghu siefru, did-darba ghad-Dinja l-Ohra t’Hemm Fuq, Joe Saliba, Manuel Casha, Dr. Maurice Cauchi u Pauline Curmi. Ghandna poeti ohra, Manwel Nicholas-Borg f’certi suggetti (gie nieqes ukoll), Frank Zammit, Fredu Casha u Baldass Armato (anki dan gie nieqes). Il-qabbiela. Li mhux dejjem iqabblu anki meta jkunu minghalihom qed iqabblu, huma iktar numeruzi.

Zewg poeti magguri, Albert Marshall u Charles Coleiro, ghexu ghal xi zmien fl-Awstralja. Ma nafx sewwa x’kiteb Coleiro mill-Awstralja, imma naf b’ghadd ta’ poeziji li Marshall kiteb minn hawn, anki bi sfond Awstraljan.

X’qed jinkiteb? Xejn mill-mejtin Abela, Chetcuti, Barbara, Nicholas-Borg u Armato. Jekk qed jiktbu fil-Genna, nittama li nkun nista’ ngawdi xoghlijiethom jekk jisthoqqli. Lanqas ma qed jinkiteb minn Cauchi, avolja hajjartu bil-fomm. L-ohrajn irrid nemmen li qed jiktbu iktar bl-istil taghhom. Jiena nnifsi ma waqaftx – ippassjonat.

5. Naf li l-Maltin ghandhom ukoll il-programmi tar-radju u l-gurnali taghhom. Xi tghid dwar dan?

Hemm programmi tar-radju bil-Malti fuq numru ta’ stazzjonijiet u huma ta’ kuljum. Jiena ma tantx nismaghhom ghax dejjem imhabbat, per ezempju, b’xoghol ta’ interpretu li jbeghedni mid-dar u mir-radju. Mill-ftit li nisma’, il-programmi huma mixhutin ghall-gosti tal-poplu. Kien ikun hemm taqsima letterarja kull nhar ta’ Tnejn, imma r-regolarità taghha tnehhiet.

Sehmi fl-iSpecial Broadcasting Service ga semmejtu. Gurnali bil-Malti? Ghandna gazzetta wahdanija li tohrog minn Sydney bl-editur taghha Lino Vella. Hija The Maltese Herald li xxandar l-ahbarijiet u artikli bil-Malti u bl-Ingliz. Hija popolari mhux hazin fost il-Maltin tal-Awstralja. Gorg Chetcuti kien johrog pagna letterarja, kif ghedt, imma hadd ma dahal ghaliha wara mewtu.

6. Iddeskrivi fi kliemek il-belt fejn tghix u ghidilna ftit kif inhi x-xitwa hemmhekk.

Melbourne hija l-kapitali tal-Istat ta’ Victoria. Il-maggoranza tal-Maltin-Awstraljani joqoghdu go Victoria u fi New South Wales. Melbourne hija belt moderna b’bosta bini gholi (skajskrejpers), imma ghandha wkoll kemm-il bini ta’ mitt jew ’il fuq minn mitt sena ilu u dan jaf ikun ikklassifikat bhala heritage u l-faccata quddemija tieghu tkun trid tinzamm anki jekk jimmodernizzaw il-gewwieni tieghu. Il-bini ta’ Melbourne huwa generalment tal-ufficcji u tal-kummerc tal-hwienet, ristoranti, kafejiet, muzewijiet, galleriji tal-arti li l-ikbar wahda hija l-Gallerija Nazzjonali ta’ Victoria, b’xoghlijiet ta’ artisti maghrufa ta’ matul l-istorja kollha tal-arti internazzjonali, knejjes u katidrali ta’ hafna denominazzjonijiet. Melbourne ghandha l-port fejn kienu jinzlu l-art l-immigranti u ghandha x-xmara Yarra li ddur bicca sewwa maghha. Il-katidral Kattoliku glorjuz huwa ddedikat lill-San Patrizju. Ghandna wkoll zewg stazzjonijiet kbar tal-ferrovija, is-South Cross u Flinders Street. Fiha jahdmu kontinwament it-trammijiet. Hemm ukoll xarabankijiet u, l-iktar ghat-turisti, speci ta’ karozzini biz-zwiemel. Il-karnival t’hawn jissejjah Moomba, li hi kelma Aborigina li tfisser “Ejja ningabru u niehdu gost” u jkollu karrijiet mill-isbah. Kien hemm xi zmien meta l-Maltin t’hawn kienu jiehdu sehem b’xi karru li jirreklama ’l Malta.

F’Melbourne ahna l-Maltin-Awstraljani waqqafna l-monument Shelter of Peace li jfakkar sehem Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-ghoti tal-George Cross. Fuq il-plakka li turi min kienu ‘l-percimes’ li hadmu fuqu b’kumitat hemm ismi u sehmi kien ta’ art advisor u fund raiser. Kull April issir cerimonja kommemorattiva hdejn dal-monument.

Jiena noqghod fis-subborg ta’ Elwood li hu madwar 10 kilometri bghid minn Melbourne. Noqghod qrib il-bahar – Port Phillip Bay. Dari ta’ zewg sulari thaddan isfel fejn nghixu l-hajja tal-gisem marti Josephine, binti Bernardette u jiena, u fuq fejn nghix l-ezistenza tar-ruh ta’ kittieb u ta’ pittur ghax fuq ghandna l-istudju u l-istudjow. Josephine ghandha kitbiet taghha wkoll, waqt li Bernardette tpitter bi stil naive. Huma ghandhom certu vantagg li ma jhabblux rashom jekk ma jipproducux xoghlijiet. Id-dispozizzjoni tieghi hija differenti. Jiena akkanit assolut u ma nghaddix minghajr xoghol gdid.

Ix-xitwa t’hawn? Naturalment, kiesha. Melbourne hija, madanakollu, imsemmija ghall-erba’ staguni fl-istess jum! Ahna drajna t-temp t’hawn u ma jwaqqafna kwazi xejn milli nkunu rridu naghmlu. Il-borra ma tantx ingarrbuha. Hi tiksi l- gholjiet u l-muntanji u halli ghal dawk li jhobbu jiskejzjaw! Sydney hija wisq iktar umda, waqt li Adelaide (fl-istat ta South Australia) ghandha klima inqas esagerata. Perth (fl-istat ta’ Western Australia) tvarja u taf tkun bejn iz-zewg estremi. Brisbane (fl-istat ta’ Queensland) hija shuna. Darwin (fl-istat ta’ Northern Territory) hija tropikali. Hobart (fil-gzira Tasmania) hija iktar kiesha minn tal-istati l-ohra.

7. Naf li kultant zmien tinzel Malta tippartecipa wkoll f’lejliet ta’ natura letterarja. Xi tghid dwar dan u liema hija r-relazzjoni tieghek mal-kittieba u l-ghaqdiet letterarji f’Malta?

Meta ninzel Malta kull tant snin, iva, infittex li nikkontribwixxi f’laqghat letterarji ta’ qari jew bi skop letterarju. Hekk, hadt sehem mal-Ghaqda Letterarja Maltija u mal-Ghaqda Poeti Maltin, waqt li attendejt laqgha tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti u indirizzajt lill-kunsillieri.

Iltqajt ukoll ma’ numru ta’ kittieba ta’ Malta billi zorthom f’darhom. Barra mid-diskors ta’ bejnietna, inhobb nistieden lill-kittieba biex naqraw privatament poeziji taghna. Hekk, per ezempju, ghamilna Achille Mizzi u jien b’qari lil xulxin.

Wiehed mill-kittieba li kont nikkorrespondi mieghu ghal ghexieren ta’ snin sa ma miet, kien John Sciberras. Kont ili nafu mill-hamsinijiet u kien ghajn ta’ ahbarijiet u kummenti letterarji. Ahna konna hbieb tabilhaqq, u bikrin fl-Ghaqda Kittieba Zghazagh li wara ssemmiet l-Ghaqda Letterarja Maltija.

Jiena ma ghandix xi ngerger minn kif laqghuni l-Ghaqdiet u l-individwi u mid-dhul f’pubblikazzjonijiet li nzertaw kienu mahsuba li jsiru meta kont fuq zjara. Imma nistaqsi lili nnifsi jekk l-istedin kienx isir kieku ma inzertajtx hemm. Infatti naf b’antologiji-kotba li hargu fi zminijiet ohra li fihom ma ddahhlux kittieba Maltin imsefrin. Din hi hasra ghax hu ta’ gieh ghall-Ilsien Malti li xtered barra mix-xtut Maltin u thaddem anki letterarjament minn Maltin ta’ barra. Ghaliex, mela, jithalla dan in-nuqqas? Ghax ma hemmx livell gholi bizzejjed barra minn Malta? Nghid b’konvinzjoni li hemm min ghandu ghajnejn biex jara. Il-pregudizzju ikrah. Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb? Konvenjenza tad-distanza li tnaqqas il-kompetizzjoni bl-idea li ghal mitt ghadma hawn mitt kelb? Attitudni egoistika? Hi x’inhi r-raguni jew l-iskuza, mhux servizz sodisfacenti ghall-Ilsien Malti. Mela,

“L-imhabba tal-Ilsien Malti
Mhix kbira daqskemm tidher.”
(Dun Karm)

Antologisti u programmaturi serjissimi jmisshom jafu ahjar.

8. Fil-qosor, liema huma l-pubblikazzjonijiet fejn dehru l-kitbiet tieghek?

Prominenti huma: Il-Muza Maltija (Aquilina), Vatum Consortium (Vassallo), Driegh Ma’ Driegh (ma’ ohrajn fi hdan l-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja), Lejla Xitwija (tejp ma’ ohrajn), Oceghanja (ktejjeb u cd), diversi antologiji tal-Ghaqda Letterarja Maltija, u tal-Hegga Letterarja ’82. Hemm ukoll Irjieh u Frott Iehor (antologiji tal-Maltese Literature Group – Grupp Letteratura Maltija). Bl-Ingliz, Rainbow Rising u Today I Write (tal-Victorian Association of Multicultural Writers, Australia). Lista ahjar tinsab fi Frott Iehor (antologija tal-Maltese Literature Group – Grupp Letteratura Maltija).
POEZIJI
XOTT
Lill-kotra fostna xxuttalna
il-biki mad-dmugh li xxuttajna.
Toqoghdilna l-maskra tal-halq imcarrat
tal-Luna Park; meta minnu naqbzu 'l barra
mill-kurituri tal-ferrovija
tat-twahhix mill-ispirti
bid-dahka nohorgu.
Ma nafux hlief nissiehbu
f'karnival li b'kollox jiddiehak.
Nedhew bil-kaxxi
tal-merkanzija tat-televizjoni
li jimpurtawlna
l-ahbarijiet morri tal-barranin
'mma dawn f'hin l-ikel inlaqqtuhom
ma' l-anti pasto u mad-dezerta.
Ma jfurilniex bil-generozita` dmughna li jaf isaqqi
l-inxufija tad-dezerti.
Irieghed is-sala ta' zfinna
ir-raghad bit-tifqighat tal-glied ma' l-erba' rjieh;
ahna neghlbu s-sejhat
biz-zieda tat-tahbit
tas-saqajn u tat-tazzi.
18.9.07
THENNIJA
Jinfirxilna t-tapit l-ahmar.
Twarrbu. Bizzejjed ghaliha
it-trejqa mgebbla ghal darha.
Tinfed bil-hars il-barzakka tal-qamar
u jbattal minn go fiha l-kwiekeb
imraxxa fuq l-irjus li jitkebbsu
bil-holma tal-hlewwa.
Tmur tistad ghall-imriekeb imgharrqa,
ittellaghhom u tghammarhom
bil-ghana tal-ibhra tal-bahhara.
Tixhet mill-gallarija
tqassis ta' kwiekeb,
jehlu jzejnu t-twieqi tal-girien
f'Milied ta' dejjem.
Taqbez minn sigra ghal ohra tal-foresta
tnaqqar frotthom, li tiehu wkoll ghall-bejta;
b'kisja metall iz-zkuk ewliena
biex ma jqabbdux l-ghedewwa.
Pinzell iperper,
dejjiema demm tal-qalb iz-zebgha,
bil-qalb ipitter.
Kittieba, kompozitura muzikali
ma tafx tertiq ir-ruh.
Taf it-titriq f'kemm igib l-isem
tad-direttorju ohxon.
Tennija tfesdiq it-thennija
f'gagga 'mma b'virgi tal-frieghi.
Bandla hi w seratizz li minn fuqu
tfal jaqbzu jaghmlu bomba
fil-bahar. Hi l-Paciifiku
meta jobdi 'l ismu. Il-paci hi thennija,
mhux bomba.
1.10.08

Wednesday, August 26, 2009

The poetry of Arbind Kumar Choudhary from India

MY SONGS by Arbind Kumar Choudhary
(2008)


My Songs is a small collection of poems (34 in all) written by this Indo-English poet who lives in India, and edits the international literary journal KOHINOOR.

Themes

Of utmost importance is the dedication that introduces this collection: “Dedicated to the suffering humanity”. From the opening of this collection, the reader notes that Choudhary’s role is to give voice to those who are cast away by society. Thus the social theme is a very important one in My Songs. In Awake he strongly invites mankind to open its eyes in relation to wars and destruction. These are the consequence of what the poet calls “pig’s philosophy”, that is, the kind of reasoning which the superpowers and the greedy uphold. Choudhary asks, “Where is epiphany?”, or more simply, when is mankind going to understand that greed, corruption, war, manipulation of the weak, and suffering are going to lead us to total destruction?
Other poems linked to this theme are Hell, and India. In the latter, Choudhary (the poet as a voice of conscience) writes that “Modern Ashoka, Kautilya and Akbar/ have become nests of viper”, and shouts, “O Uncle Sam! Pay attention for sufferer’s claim.” In Leader, the poet knows of no half terms; for him he who uses power against the weak is a “Befooler of the pauper!”, master of “duplicity”, “A wolf in sheep’s clothing/ sheds crocodile tears for the suffering”, and a “Blood suckler of the sufferer!”.

In The Poor, Choudhary plays with the meaning of “pauper” and “poor” which for him assume a semantic difference: “paupers are not the time’s fool/ But time’s best Jewel”, and “The poor are those/ Who play false”. For Choudhary the big problem is not with those who are materially poor (the “best Jewel”), but with those who “play false”.

Arbind Kumar Choudhary writes about Death, and calls it “a true communist” (in the sense that it is equal to all). He describes The Earth as a space where opposite forces (bad and good, “vipers” and “party-poopers” on the one hand, and “the willow”, “the meadow” and “straw” on the other) coexist. In Friend, the poet upholds love and friendship (“best jewel”, “A boon in life!”), but is far conscious that in this world these are threatened by “sworn enemies”, these being “Lack of wisdom”, “Nepotism”, “cosmopolitanism” and “wealth”, described by Choudhary as “a wild goose chase/ For such a bird of passage” (see The Rich). In Terrorism, Choudhary writes that “Lack of love and wisdom/ Stirs raw mind for terrorism”. About Modern Man, the poet writes, “Man is the prize idiot of the earth/ while woman has a filthy faith”. About Religion the poet writes, “Religion is an intoxication”, and that “It is a tribulation/ if lacks meditation”.

Even though Choudhary is well conscious of the evil that reigns in this world, he also writes about positive things. In Bride he describes her beauty (“The vision of her physical fervor/ stirs sensations everywhere”). In The Ganga, the poet describes the river Ganges as “The watery ambrosia and Gloria”, “The enigmatic flow”, “a congregated might”, where “filth/ Is sunkened by her inrush”. Thus, this river has the necessary healing powers regarding mankind’s real weaknesses. In many ways this is linked to what the poet writes in Nature: whatever mankind’s evildoings are, Nature will always have the last word. Thus mankind (“maladroit”, “coward”, “cadger”, “perverse”, “infernal”) and nature (“a shaping spirit”, “bard”, “an ethereal minstrel”) are put in direct contrast in Nightingale. For Choudhary Nature and Spring are synonymous to “celibacy” and “virginity”, in contrast with mankind’s corruption, greed and insanity.

Choudhary compares Love to an “ocean/ Where junction of souls is empyrean”. He also calls the Poet a “Sage”, and he who watches “weltanschauung without wastage” (“weltanschauung” being the poet’s vision of the world).

Style

The poems of Choudhary are called by him “songs”. In fact, the play on sounds and melody are a solid presence; thus, his poems are also meant to be sung. This is done through the frequent use of alliterations, assonances, internal rhymes (“Willowing and sparkling/ Are darling of the spring”, see The Spring), and mono-rhymes (“nebulosity/generosity/gully/ poesy/intricacy/ delicacy”, see Poet), amongst other poetic mechanisms.

Another poetic mechanism favoured by Choudhary is the play with contrasting words in meaning. This is seen even in the titles some of his poems carry (such as Friend and Foe, Death and Life, and The Poor and The Rich). In Foe, Choudhary contrasts the notion of “foe” (“A fallen angel”, “a venomous spirit”, “an out Herod-Herod”) to the notion of “poet” (“A celestial glitterer” – thus the notion that the poet as light and the one who leads to epiphany; “a man of spirit”, “a clean slate”). There are also many words and phrases that repeat themselves from one poem to the other (“party-pooper”, “Herod”, “minion”, “piggish”, “dexology”, “jewel”). In Life, Choudhary writes, “Life is a crown of thorns/ Death is a bed of roses” (for those who suffer).

Structurally, Choudhary prefers regular stanzas, and in general makes use of the English sonnet format (three quatrains and a final couplet). From the lexical point of view Choudhary’s first choice are registers linked to nature (especially the microcosm) and Oriental and Classical mythology. That of Choudhary is not a simple language for readers not familiar with Indo-English. However, one does understand that his is a direct message, one with a moral, political and social stance.

Throughout his poems Choudhary makes great use of exclamation marks. For example, in his first poem, Awake, Choudhary writes “Awake! Awake! Awake!”, “Arise! Arise! Arise!”, “Be conscious! Be conscious! Be conscious!”, and “O Sullen Trinity! O Almighty! O Sovereignity!” The poet does this on purpose in order to underline the urgency of the situation.

In Kohinoor (the literary journal of which Choudhary is editor), the poet uses hyperbole. He calls this journal “a literary gander/ Reaches the highest rung of the ladder”. He also writes, “Enjoy juvenility”, in the sense that Kohinoor (thus, also poetry) also helps the reader to remain young.

Conclusion

As he writes in Explorer, in My Songs Choudhary voices his feelings and preoccupations “in full-throated ease”. Arbind Kumar Choudhary expresses without fear a number of important issues in this small poetry book: the need to act immediately; the need to return back to Nature and abandon greed and power; love; beauty; suffering; drastic differences between the social classes; and a lot more. My Songs is a small book which carries an enormous weight, message and responsibility addressed to all mankind. It is the perfect example of the saying, “The word is more powerful than the sword”. And all this in a poetical language of his own.

(Malta, August 2009)

Other poems by Greek poet Zacharoula Gaitanaki

Zacharoula Gaitanaki has sent me these three beautiful poems. Like many other poets in the world, hers is a shout in favour of NATURE. I call the first two poems eco-poems.

NATURE AND ENVIRONMENT

We destroyed the nature,
we were ungrateful,
we turned it against us
and we didn’t sense
the coming danger
for all of us on the Earth.

We set fire to the forests,
concrete is “springing up” everywhere,
we buried the environment
and the death encircled us.
Wilderness is coming
and we’ll flee.

Scientists shout to awaken
the people’s interest,
the Poets write verses awaken them
to sense of responsibility.
Nature can’t bear anymore,
it’s time to make a change.

Leave your cars,
go on foot,
recycle appliances,
make your verandahs green.
If we make a new beginning,
the disaster will stop.


THE WISDOM OF ANTS

The hard work of an ant is continuous.
How it suffers
in the sweltering heat of summer
to carry the crumbs and the seeds
to have them
when the hard winter will come.

When snow will freeze everything
the ant will not have to care.
It will have its mind at rest
because it took care of collecting
when it was the time.

If people looked a bit like the ant
in foresight, in prudence, in humility
the mankind would be better,
all the children on the Earth
would have food.

But some people throw in the garbage
a heap of food, stale bread.
Have you ever thought
how many poor children
that could have fed?


THE GAME OF JOY

To find the pleasure
in everything, everywhere,
to be happy with all the things.
Even an unimportant thing
has something to give you.
If you are overcome with joy,
if you are not in the grip of low feelings,
then you will be always the winner.
Because there are not losers
in the game of joy.

Zacharoula Gaitanaki
Greece

Tuesday, August 25, 2009

Poems from Spiros Karamountzos - Greece


My friend and poet from Greece, Zacharoula Gaitanaki, has sent me the following short biography and poems of yet another contemporary Greek poet. I know that many people follow my blog because they like reading about other writers and poets, not only from Malta, but also worldwide. So thanks again Zacharoula for sharing with us all the poems of this new poet.


SPIROS KARAMOUNTZOS is a famous Greek poet and author. He was born in Karya, a village in Argolida. He was a teacher of the elementary education. Now, he is retired.
He is a member of the “Greek Writers Society”, of the “International Writers Association” (I.W.A.) and of the “World Poets Society” (W.P.S.).
His poems have been translated into English and have appeared in national and foreign Anthologies. His writing has received awards from national and international poetry competitions.
He has published the book “WORDS of KARYA” with memories of his village and the collections of poetry: “HALCYONS” (2000), “STROKES OF THE BOW” (2004), “DEWDROPS” (2006) and “SHEDDING OF LEAVES” (2006).

e-mail: spiros_karamountzos@yahoo.gr


Poems by SPIROS KARAMOUNTZOS


THE POET

Now, that you planted on the earth
seeds with your name,
poet, what else do you want?
Reflect on the harvest time.


THINGS OF THE PAST

High up in the sky I look the cloud
and I ask it about you
but it weeps
when it speaks about the past.


SECURITY

Don’t tread well on wood
and don’t make a new friend
before you are sure enough
with your mind and your eyes.


THE TARGET

I try to sing
the great of the “modest”
and in time that I beat
I always step on the ground.

SHEDDING OF LEAVES

Mind’s shedding of leaves
in the hour of nightfall,
signs of the sky
to tell you: Go on !

LOVE

As long as the small
hanging oil lamp sheds a light
on the altar of love,
children and the young
can’t have a pale face.


MY GREAT FRIEND

My great and dearest friend,
you are a sprig of basil
and must cuts well the sword
of the young man
who will marry you.


THE SWALLOW

The swallow of the old days
found a solution
for the home coming,
with art makes its nest
to return.


THE VIOLIN

A few more strokes of the bow,
with the same violin
I’ll play and I’m sorry
if I was very tedious.


SPIROS KARAMOUNTZOS

English translation by Zacharoula Gaitanaki.

Sunday, August 23, 2009

3 okkazjonijiet recenti fejn ippartecipajt attivament

(1) Nhar il-Gimgha, 24 ta’ Lulju 2009, l-Ghaqda Poeti Maltin tellghet Serata ta’ Kommemorazzjoni f’Gieh il-poeta Ghawdxi Gorg Pisani. Proprju f’din is-sena jitfakkru zewg anniversarji marbutin ma’ Gorg Pisani: il-100 sena minn twelidu u l-10 snin minn mewtu.
L-okkazjoni saret fuq il-Bastjun ta’ San Gwann, ic-Cittadella, Ghawdex, u dan taht il-patrocinju tal-Onor. Sinjura Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex. Kienu prezenti wkoll is-Sur Anton Tabone, ex-Speaker tal-Parlament, u n-nutar Paul. G. Pisani, iben il-poeta.
Fir-ritratt nidher qed naqra zewg poeziji tal-poeta Gorg Pisani.



(2) Nhar il-Gimgha, 14 ta' Awwissu, tfakkar is-67 anniversarju tal-Konvoj ta' Santa Marija. Il-post fejn sehh dan kien id-Dwana l-Antika. Ghall-okkazjoni kienu mistiedna veterani tat-Tieni Gwerra Dinjija, dinjitarji u politici. Jiena qrajt diskors qasir dwar i-tifkira tal-Konvoj ta' Santa Marija. Il-messagg ewlieni kien li jehtieg li l-ghalliema u l-anzjani jghallmu lill-generazzjonijiet iz-zghar ikunu konxji tal-imghoddi taghhom halli jkollhom gejjieni dejjem ahjar, nieqes minn gwerer u kunflitti.



(3) Nhar il-Gimgha, 21 ta' Awwissu, fir-Razzett tal-Markiz fil-Mosta, l-Ghaqda Poeti Maltin tellghet Lejla ta' Poezija ohra. Din id-darba mistiedna specjali kienet il-poetessa mill-Italja tat-Tramuntana, Paola Mara De Maestri (Morbegno, Sondrio). Waqt is-serata inqraw ghadd ta' poeziji mill-membri tal-GhPM, parti kbira minnhom bit-Taljan. Jiena qrajt bijografija qasira tal-poetessa u intervistajtha dwar ir-rahal minn fejn gejja, it-tematika u l-forom tal-poezija taghha u l-attivita' taghha bhala ghalliema u gurnalista.

Fi tmiem is-serata l-GhPM u Paola Mara De Maestri sahhu r-rabta ta' bejniethom billi taw rigali lil xulxin f'forma ta' kotba u rikordji ohra.

Ghal rapporti bit-Taljan ara l-links:


Saturday, August 22, 2009

Due delle mie poesie sul sito Lario in Poesia

Sono stato contentissimo vedere che due delle mie poesie recenti sono state apprezzate da Luciana Bianchi Cavalleri, inserendole nel suo sito http://www.larioinpoesia.blogspot.com/ Questo e' un bellissimo sito che riguarda il Lago di Como nella poesia contemporanea. Per chi e' estraneo all'ambiente del Lago di Como, puo` famigliarizzarsi tramite le tante poesie , foto e immagini che la Cavalleri pubblica regolarmente su questo sito.
Intanto le poesie della Cavalleri riguardo il Lago di Como possono essere lette su http://www.comoinpoesia.com/

Per leggere le mie poesie che s'intitola SGUARDO DALL'ALTO e IL LAGO DAL BALCONE vedi: http://larioinpoesia.blogspot.com/search?q=Patrick+Sammut

Un grosso GRAZIE per Luciana Bianca Cavalleri.

Wednesday, August 05, 2009

Intervistat Dun George Mercieca

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn? Li tkun qassis ixekkel jew isahhah dan id-dmir?

Li tkun qassis ma jfissirx li tinghalaq fis-sagristija u tohrog minn hemm meta jsejhulek biss. Trid tkun kapaci tindiehes man-nies u thoss il-polz taghhom, tibki u tifrah maghhom, u tkun lest dejjem li taghti l-id il-lemenija bhala appogg u simpatija. Il-qassis ihoss li ghandu jsemma’ lehnu meta jara madwaru l-qerda tal-ambjent minn xi whud li ma jixbghux jieklu wehidhom b’xedaq wiehed u jaslu li ma jhallu xejn lil hadd, u l-ingustizzji socjali li huma kultant frott ta’ egoizmu sfrenat. Ghandu jipprova jeduka lill-poplu biex jirrispetta lilu nnifsu u lil ta’ madwaru, japprezza l-ftit hdura li fadal madwarna, u jkun habib tal-annimali li huma ghajnuna ghalina u ghall-ambjent. X’inhu pajjizna minghajr it-tpespis tal-ghasafar, minghajr il-pets li jimlew djarna, minghajr is-sbuhija ta’ bahar sabih u nadif, minghajr l-arja pura li nibilghu? Li tkun poeta u qassis fl-istess hin jintensifika din il-hidma u jaghmlek aktar konxju li l-hajja fuq din l-art hi qasira u ta’ min igawdiha sewwa mhux jisfruttaha ghal ghanijiet personali biss. Meta ha nitghallmu ngawdu l-ambjent u niehdu gost nimmedesimaw rwiehna man-natura? Jekk wiehed jaqra l-ewwel parti, dwar in-natura, tal-ktieb tieghi, L-Ghanja tac-Cinju jintebah mill-ewwel kemm hu ghal qalbi l-ambjent naturali, bhalma ntebah minnufih il-Prof. Joe Friggieri fid-dahla li ghamilli ghal dan il-ktieb. Joe dejjem emmen u stqarr li l-aqwa ekologisti huma l-poeti. Li tkun qassis ma jxekklekx, imma jgieghlek aktar tgholli lehnek u tirvilla meta tara l-ghawg! U tkun Ghawdxi iktar u iktar!

2. Hemm min jiddistingwi bejn poeta u versifikatur? Xi tghid dwar dan? Ghandhom dawn iz-zewg kategoriji jigu rrapprezentati f’gabra poetika unika?

Il-poeta jikteb f’versi mirqumin imnebbah mill-intellett u mill-kommozzjoni tal-qalb u tal-fantasija. Il-poeta, ukoll meta jikteb poeziji tal-okkazjoni, jikteb dak li jhoss u jikteb tajjeb. Hu perezempju lil Dun Karm. Kien jikteb poezija fis-sena lil San Pawl, imma kull poezija li kiteb ghandha hsieb qawwi u hemm warajha l-qalb tal-poeta. Jien ktibt ruxxmata ta’ poeziji okkazjonali, imma nista’ nghid b’wicci minn quddiem li jekk il-poezija ma tohrogx minn mohhi u aktar minn qalbi, ma nipprezentahiex lil dak li jkun. Kull poezija li ktibt dejjem harget mill-qalb u nhossha parti minni.
Il-versifikatur, li jikteb versi kif gie gie, basta jqabbel, insejjahlu poetastru jew poeta tal-habba gods, ghannej bla sengha u tat-tuzzani. Dan jikteb bla ma jhoss verament dak li qed jghid. Hemm berah kbir bejn dak li jhoss u dak li jikteb. Anki l-istess vers kultant ikun imqanzah u mhux naturali ghax ma jirfinax u ma jillimax dak li jikteb. Din it-tip ta’ kitba ma tridhiex fil-kotba tieghek!

3. Liema huma l-aspetti kurrenti li tikteb dwarhom? Liema forom ta’ kitba huma l-aktar ghal qalbek u ghaliex?

Jien nikteb fuq kull suggett u m’ghandix limitazzjonijiet. L-izghar haga jew sitwazzjoni li ssahharni, tnebbahni u tharrikni mill-indifferenza tieghi hi bizzejjed biex tkun suggett tal-fantasija tieghi. Naturalment hemm ukoll fatti u grajjiet li jigru madwarna ta’ kuljum, kemm dawk zghar li jolqtu l-individwu u kemm dawk kbar li jolqtu lill-massa li bla ma trid igeghluk tidhol dahla fik innifsek , u toqghod tahseb u thammem u jixeghlu bhal vampa nar il-fantasija. Il-poeta jimxi fit-triq mitluf fil-folla u hadd ma jintebah bih; hu jinduna b’kull mossa u azzjoni tal-bnedmin.
Il-vers l-iktar ghal qalbi hu l-endekasillabu jew il-vers tal-hdax. Darba, habibi Oliver Friggieri kien kiteb fuqi u qal li ha nibqa’ maghruf ghat-thaddim ta’ dan il-vers. Jigini naturali u spontanju. Dan il-vers armonjuz inhossu jdoqqli f’widnejja l-isbah muzika. Hemm ukoll il-vers tal-ghaxra li nuzah l-iktar meta nikteb xi innu.

4. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Kif ghedtlek fuq, il-poeta ma tantx jaghti kas tal-kritika u ta’ x’jghidu n-nies, l-aqwa li joghxa jikteb u jhossu sodisfatt li qed jikkomunika ma’ xihadd, forsi abbli mieghu nnifsu stess! Imma, kulhadd jiehu gost li x-xoghol tieghu jigi apprezzat ghalkemm, il-poezija tfaqqrek ghax kulhadd irid jismaghha, imma ftit huma dawk li jixtru l-kotba tal-poezija. Meta mort insaqqaf wicci ghand librar ewlieni f’Malta biex inhallilu xi kotba ghall-bejgh, kien pront qalli : “Poezija, le”. U kien giebli l-ezempju ta’ poeta stabbilit Malti li kien ghadu kemm hallielu xi kotba tieghu u baqghu ma’ wiccu!
Imma minn shabek, poeti u kittieba, tistenna xi appogg u inkuraggament! Poeta li jghir hu poeta hazin! U kelli min ghenni u apprezza l-poeziji tieghi. Ninu Cremona kien jghidli kemm jiehu gost il-Prof. Aquilina bil-poeziji tieghi li kont nibghatlu minn Katanja u kien jippubblikahom f’Lehen il-Malti. Erin Serracino Inglott kien benefattur tieghi kbir u fil-ktejjeb tal-poeziji tieghi, Il-Bniedem Misteru, kitibli dahla qasira u qal : “Ftit u Tajjeb!”. Dun Philip Grech minn Haz-Zebbug, poeta li ma jaghmilx ghajb lil Dun Karm, u li kien jikkoregili l-ewwel poeziji li ktibt meta kont nistudja f’Pedara, Katanja, kien jaghmilli l-qalb u kont spiccajt niktiblu xi dahla ghall-kotba tieghu. Illum ukoll ghandi hafna poeti u kittieba li japprezzaw il-poeziji tieghi u biex insemmi ftit, hemm Patri Dijonisju Mintoff tal-Laboratorju tal-Paci li tant jiehu gost jaqra l-poeziji tieghi fuq ir-Radju, Joe Friggieri li ghogbu mill-qalb jiktibli dahla sabiha ghall-ktieb, L-Ghanja tac-Cinju, Gorg Saliba li spiss jippubblika poeziji tieghi fir-rivista Santa Rita, Francis Galea, Charles Flores, Joe Cassar, Charles B. Spiteri u ohrajn li napprezza dejjem l-ghajnuna siewja taghhom. L-Edituri Letterarji ta’ kull gazzetta bil-Malti li tohrog f’Malta, nista’ nghid li huma kollha hbieb sincieri tieghi. Ghax nghiduha kif inhi, poeta Ghawdxi, isibha ftit aktar difficli biex jistabbilizza ruhu!

5. Xi tghid dwar prohett li jigbor fih il-kitbiet rapprezentattivi tal-kittieba/poeti Ghawdxin matul is-sekli?

Tkun haga tassew sabiha li kieku kellna nigbru l-aqwa kitbiet tal-poeti u kittieba Ghawdxin fi ktieb. Jien ghandi hafna poeziji mxerrdin ’l hawn u ’l hinn f’diversi Antologiji Maltin. Kieku kull kittieb ihallas il-pagni tieghu, ma jbati hadd. Imma mbaghad, nistaqsi lili nnifsi ghaliex ahna l-Ghawdxin ghandna nizolaw ruhna aktar milli ahna, minn hutna poeti u kittieba Maltin. Ahna diga’ qed nghixu f’Ghawdex, barkun fil-Mediterran, u ghandna bzonn min jimbuttana u jaghmlilna l-qalb u mhux ninghalqu iktar fina nfusna; fl-ahhar mill-ahhar ahna bil-Malti niktbu u mhux bl-Ghawdxi; ara Sqallija hafna poeti u kittieba jiktbu bid-djalett taghhom u huma kburin.

6. Il-Knisja u l-bosta pubblikazzjonijiet ta’ rivisti religjuzi-kulturali fil-Gzejjer Maltin? Dawn donnhom jikkumpensaw ghan-nuqqasijiet li jinhassu sewwa fejn jidhlu gurnali politici u partigjani. Kif tirreagixxi ghal kumment bhal dan?

Il-Knisja minn dejjem kienet favur il-kultura anki jekk kien hemm zmien meta, perezemplu, qaghdet daqsxejn lura u ccensurat certi kitbiet. Kien hemm zmien li perezempju, li tmur l-opra kien ipprojbit specjalment ghan-nies tal-Knisja. Imma dawk kienu zminijiet ohra. Illum il-gurnata, il-Knisja qieghda fuq quddiem nett f’dak li hu progress. Il-bniedem gie mahluq biex ikun hieles u jirraguna b’mohhu, basta dan ikun jahdem sew! Fil-letteratura Maltija nsibu ruxxmata ta’ qassisin, religjuzi u membri ta’ ghaqdiet ohra tal-Knisja li ghamlu isem kbir f’kull qasam tas-socjetà.
Issa trid tqis li certi gazzetti politici huma aktar medhijin fil-politika u fil-kronaka u ma tantx ihallu spazju ghal artikli fuq suggetti ohra. Ir-rivisti tal-Knisja ma jridux jaqghu fl-istess zball, imma jaghtu aktar spazju ghal ideat diversi u jaghmlu l-wisa’ ghal artikli u poeziji fuq kull suggett!

7. Liema huma l-pubblikazzjonijiet ewlenin tieghek? Progetti ghall-gejjieni?

Nahseb li kieku kelli nigbor il-poeziji kollha li ktibt u li huma mxerrdin f’Antologiji, kont nimla kemm-il volum. L-istess nghid ghall-artikli u l-ittri li ktibt. Wara li miet Dun Bosco, is-Salesjani gabru erba’ volumi ta’ ittri li kien kiteb, u ghad hemm izjed u izjed x’jingabar. Il-letteratura Maltija hi fqira fl-epistemarji. Il-poeta, anki meta jikteb semplici ittra, idahhal fiha elementi poetici bla ma jrid. Min-naha l-ohra, meta wiehed jikteb ittra hu iktar hieles li jesprini lilu nnifsu u jikxef in-natural tieghu. Jien ghandi hafna ghal qalbi, Il-Bniedem Misteru u L-Ghanja tac-Cinju, li fihom ghandek issib lili nnifsi b’lahmi u xahmi. Ghall-gejjieni, nixtieq li nigbor aktar poeziji, u ghandi hafna li ghadhom ma rawx id-dawl tax-xemx, u forsi, min jaf, nippubblika xi trattat tat-Teologija ghall-istudenti.

8. Inti u r-relazzjoni tieghek mal-Kanonku Joe Mejlak. Xi tghid dwar dan?

Konna hbieb tat-tfulija u taz-zghuzija u nista’ nghid, anki tax-xjuhija. Mhux l-iskola li laqqghetna u ghaqqditna flimkien, ghax hu kien imur l-Lyceum u jien is-Seminarju. Konna nilteqghu fl-Oratorju Don Bosco tar-Rabat ta’ Ghawdex li fi zmienna kien centru kbir u minn fejn hargu l-irgiel tal-lum. Il-palk kien l-aktar li jghaqqadna. Konna waqqafna l-Kumpanija San Domenico Savio, ghalina z-zghazagh, ghalkemm konna nahdmu partijiet anki principali mal-Kumanija tal-kbar Don Bosco. Niftakar li meta gejna biex naghtu l-isem lil din il-kumpanija hekk imsejha taz-zghar, Joe ried isemmiha Piccoli Fiori ghax kien iffissat f’dak kollu li kien Taljan u jien ikkonvincejtu b’ittra (min jaf x’sar minnha!), li kien iktar jixraq li nsemmuha ghal San Domenico Savio anki minhabba li dak iz-zmien l-Oratorju kien immexxi mis-Salesjani. Permezz tal-palk konna sirna midhla wkoll ta’ qassisin kbar ta’ zmienna, fosthom Dun Frangisk Scicluna u Mons. Tarcisju Gatt. Dun Frangisk kien is-suggeritur taghna u tal-kbar u Dun Tarcis kien dejjem jappoggjana u jigi maghna kulfejn konna mmorru nahdmu xi dramm jew kummiedja. Il-mewt ghal gharrieda fejn il-bahar f’Marsalforn ta’ Dun Frangisk Scicluna fl-1962, kienet hasdet lil kulhadd, mod specjali lilna, ghax Dun Frangisk kien kollox ghalina. Kien hu li kien johodna passiggati kbar u jhallsilna xi ikla fit-Tnejn tal-Karnival u fil-vaganzi. Jien u Joe bqajna hbieb sa mewtu, anki din habta u sabta. Kien joqghod tefgha ta’ gebla mid-dar tieghi u kont naghmel parlati shah mieghu fuq il-poezija li kienet hekk ghal qalbna. Meta qaddisna, ktibna poezija lil xulxin. Joe ghadu u jibqa’ f’qalbi bhala l-poeta-qassis u l-akbar habib tieghi.


Ghad Nizfnu…
lil tfajla li qatt ma mxiet

Ghad nizfnu, Int u Jiena
iz-zifna tal-imhabba
f’merghat hadrana
qalb ward, gargir u l-ahmar tal-peprina
f’ghelieqi kbar sax-xefaq
taht sigar twal jintilfu fis-smewwiet!

Ghad nizfnu, Int u Jiena
il-waltz tal-hajja
bla dellijiet
fuq il-hotbiet bajdana.

Ghad nizfnu t-tnejn flimkien
fid-Disco tal-eternita`
li ma jintefa qatt…
Int u Jien!


Rabat Ghawdex, 1990

Tuesday, July 28, 2009

Other photos from the island of Gozo (Malta)





































The island of Gozo is an ideal destination for the tourist who loves to have a beautiful holiday in summer. There are beautiful sandy and rocky beaches, and different historical venues to see. Some of the photos here show the Cittadella, a medieval city. For those who want to have a very relaxing holiday, there are hotels, tourist villages and a big variety of flats, farmhouses and apartements to hire, including swimming pool areas! For the young and energetic there are also a number of discoteques.

Monday, July 20, 2009

Intervistata l-Prof.ssa Rena Balzan

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Jien nahseb li l-poeta awtentiku jkun qrib hafna tan-natura u fit-tajjeb jew fil-hazin ikun ispirat minnha. Ma jistax poeta jara l-qirda tal-ambjent naturali u ma jhoss xejn; qisu ma gara xejn. M’ghandix dubju li l-kittieb/poeta awtentiku jsemma’ lehnu, u ghandna hafna kitbiet u poeziji dwar in-natura u l-isfregi taghha. Il-problema hi li kitba ta’ din ix-xorta mhux dejjem tinghata l-importanza li jixirqilha.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu l-kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu?

Nixtieq naghmilha cara li fl-opinjoni tieghi l-politika mhix hobz ghal snien kulhadd. Anzi hawn kittieba u poeti li tilfu kull fiducja fil-genwinita' tal-politika u m’ghandhom l-ebda interess li jinvolvu ruhhom fiha. Jekk imbaghad inqisu l-politika fis-sens wiesa' tal-kelma, meta kittieb/poeta jesprimi b’qawwa l-hsieb tieghu u jippubblikah permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu, ikun qed jaghti kontribut politiku mhux biss ghall-prezent izda wkoll ghall-gejjieni. Il-hsieb tieghu ma jghaddihx biss lil min imexxi lil pajjiz, izda jghaddih lil kulhadd u b’hekk jista' jinfluwenza hafna individwi b’opinjonijiet u ideali differenti. Il-kelma miktuba hija qawwa kbira fiha nnifisha ghax ghandha l-potenzjal li tinfirex fejn qatt ma mar min kitibha u tibqa' anki meta jigi nieqes min kitibha.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza jew tal-poezija?

Kemm il-proza kif ukoll il-poezija jistghu jkunu effettivi hafna. Billi f’xi pajjizi bhal Malta tidher iktar popolari l-proza milli l-poezija, allura forsi l-hsieb jista’ jitwassal ahjar permezz tal-proza. F’pajjizi bhal Malta, fejn il-qari ma tantx jiehu prijorita', jidhirli li l-ikbar impatt fil-prezent immedjat jista’ jsir bil-kitba gurnalistika.

4. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb llum?

Meta nitkellmu fuq l-ambjent, irridu nqisu wkoll l-ambjent psikologiku li noholqu fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna u maghna nfusna. Aspett kurrenti li jolqotni hafna huwa l-isfruttament taz-zghazagh mis-socjeta', hafna drabi ghall-qligh tal-flus minn fuq dahar min hu inqas matur u allura izjed vulnerabbli. Ma’ dan l-aspett, ghax forsi wkoll parti minnu, tolqotni l-manipulazzjoni tal-valuri li jiggebbdu 'l hemm u 'l hawn bhal bicca chewing gum.

5. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

M’ghandix dubju li l-kittieba/poeti ghandhom jirrispettaw lil xulxin qabel jesigu xi rispett min-naha tal-poplu. Min hu kittieb/poeta awtentiku m’ghandux ghalfejn jibza’ minn kittieba/poeti ohra ghaliex huwa originali u fid-dinja tal-originalita', fejn il-varjeta' tiddomina, hemm post ghal kulhadd. Imbaghad iz-zmien huwa l-aqwa mhallef li jiddeçiedi minn hu tassew awtentiku, ghax imnebbah, u min mhux.

6. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

L-istorja ta’ pajjizna l-hin kollu tinbidel, jew ahjar tkompli tinbena mal-medda tas-snin. L-importanti li nibzghu ghall-identita' taghna ghax jekk ma nibzghux ghaliha ahna, hadd m’hu se jibzghalna ghaliha. Jehtigilna nghixu r-realta' ta’ gzira kbira fl-istorja, izda limitata fid-daqs li ma tistax terfa' pizijiet hafna ikbar milli tiflah. Jekk inkunu rrispettati ta’ li ahna, u nahseb li dan irridu nahdmu kontinwament ghalih, inkunu nistghu naghtu l-kontribut validu taghna ghal ghixien ahjar u mhux biss f’dan il-kontinent.

7. Inti tikteb kemm rumanzi kif ukoll poezija. Ghandek xi progetti letterarji godda ghall-gejjieni?

Il-poeziji qatt ma nippjanahom. Jigu ghal gharrieda bhal berqa u sakemm niktibha, poezija ma thallinix bi kwieti. Jekk imbaghad, minhabba xi esigenzi ohra, ninjoraha tassew, nitlifha u x’aktarx li qatt ma jerga' jigini n-nebh taghha. Rigward ir-rumanzi, inkun nehtieg hafna hin fuq medda twila ta’ xhur. Biex nikteb rumanz gieli hadt bejn sena u erba' snin. Billi bhalissa mhabbta hafna fil-qasam xjentifiku, fil-prezent m’ghandix progetti mmedjati ta’ kitba ta’ proza, izda ghandi kemm-il idea tberren f’mohhi ghal meta xi darba nsib ic-cans.

Is-siluwett tieghek

Siluwett ta’ sigra kbira
iswed, majestuz, sieket…
fl-isfond
ix-xemx tizreg
f’ghodwa sajfija.

Siluwett ta’ hsibijieti
tqal u mghagglin…
fl-isfond
in-nisga ta’ hajti
mrikkba fuq iz-zmien miftum
mill-istaguni.

U f’dawn is-siluwetti
msensel ma’ kull liwja taghhom
is-siluwett tieghek, mahbub
f’mohhi.


Rena Balzan

Intervistat Tony C. Cutajar

1. Naf li inti tħobb tikteb ħafna għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. Xi tgħid dwar dan u x’feedback ikollok min-naħa tagħhom?

Kemm domt għalliem u anke meta kont librar kien ikun hemm ħafna tgergir mill-istudenti tas-Sekondarja li ftit kien hemm kotba bil-Malti għalihom. U kellhom raġun. Għalhekk meta 12-il sena ilu spiċċajt minn għalliem u ħriġt bil-pensjoni ddeċidejt li nibda nikteb speċifikament għaż-żgħażagħ. Mill-kuntatti li jkolli meta nkun mistieden biex nitkellem fl-iskejjel nara li l-kotba tiegħi qed jinqraw minn numru mhux kbir ta’ studenti. Għad hemm nuqqas ta’ interess u mpenn fil-qari tal-kotba bil-Malti mill-istudenti kbar. Min jieħu ħsieb il-kurrikulu tal-iskola għandu jisħaqq bil-kbir biex iħajjarhom jaqraw kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.


2. Semmi xi xogħlijiet tiegħek li huma l-aktar għal qalbek. Għaliex?


L-iktar ktieb li ħareġ minn qalbi u li kien hemm bżonnu kien Il-Misteru tar-Rotunda (2003) li jittratta dwar l-esperjenzi tal-aħħar gwerra. Dan huwa l-ewwel ktieb dwar dan is-suġġett li qatt inkiteb għat-tfal u ż-żgħażagħ. Iltqajt ma’ kbar li qaluli kemm ħadu gost jaqrawh għax ftit li xejn kienu jafu dwar minn xiex għaddejna fl-aħħar gwerra. Kollu Tort tan-Nannu (2001) jista’ jissejjaħ awtobijografiku għax fih espriment il-beżgħat tiegħi. Il-Misteru tar-Razzett ta’ Xindi (2002) għal qalbi wkoll għax fih l-istorja tal-qlubija tal-Maltin fi żmien il-Franċiżi. L-aħħar ktieb tiegħi, Aħwa bla ma Jafu (2009), naħseb li fih l-aħjar storja li qatt ktibt s’issa.


3. Taqbel li l-kitba kreattiva għandha wkoll tkun impenjattiva, fis-sens li tistiednek tirrifletti dwar bosta ħwejjeġ importanti, mhux biss divertenti? Kif tirrikonċilja dan mal-kitba għaż-żgħażagħ?


Il-kitba tiegħi hija dejjem impenjattiva għax kważi dejjem mibnija fuq l-istorja, speċjalment ta’ Malta. U biex tikteb fuq l-istorja trid tagħmel ir-riċerka meħtieġa. B’hekk jien inkun qed ngħallem liż-żgħażagħ b’mod indirett dwar perjodi tal-istorja ta’ Malta għax nemmen fis-sħiħ dak li jgħid l-istoriku Grieg Thucydides li l-istorja hija filosofija mgħallma fuq l-eżempji.


4. X’taħseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dħul f’pajjiżna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq? Qatt ktibt dwar dan fix-xogħlijiet tiegħek?


Biex nerġa’ nikkwota, u din id-darba b’mod iktar adatt u opportun, darba l-poeta Ingliż Stephen Spender qal li l-istorja hija vapur li jġorr memorji ħajjin lejn il-ġejjieni. Aħwa bla ma Jafu huwa mibni fuq is-suġġett tal-miżerja tal-iskjavi Afrikani fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann. L-istorja reġgħet qed tirrepeti ruħha llum bi ftit differenzi. Lest għall-pubblikazzjoni għandi manuskritt jismu Il-Lewn tal-Ġilda li jitkellem eżatt dwar dan il-fenominu u dwar ir-razziżmu modern. Nispera li nsib min jippubblikahuli.


5. Kemm huma importanti l-kuntatti ma’ kittieba barranin għal min jikteb? Kif u kemm għenuk l-esperjenzi li kellek barra minn Malta fil-kitbiet u fix-xogħol kreattiv tiegħek?


L-ikbar kuntatti li għandi ma’ kittieba barranin huma permezz tal-qari tal-kotba tagħhom. L-esperjenzi li kelli f’ħajti matul il-ħafna snin li qattajt barra swewli biex ħloqt ambjenti differenti fil-kotba tiegħi. Ħafna mill-avventuri f’dawn il-kotba ġraw fil-verità. Naturalment ma jistax jonqos li l-immaġinazzjoni jkollha fejn timraħ biex tkompli żżejjen l-istorja.


6. Il-kuntatt tiegħek mal-iskejjel. Xi tgħid dwar dan? X’jista’ jinbidel għall-aħjar f’dan il-qasam?


Jiena spiss inkun mistieden biex nitkellem dwar il-kotba tiegħi u dwar l-imħabba tal-Malti mal-istudenti fi skejjel differenti. Dawn huma okkażjonijiet ta’ fejda li jtejbu u jkabbru l-esperjenzi tal-istudenti. Mill-mistoqsijiet li jsaqsu tara kemm hemm min hu ħerqan li jitgħallem u anke li jibda jikteb. Nisħaq li dawn il-kuntatti mal-awturi m’għandhomx ikunu biss ta’ darba fis-sena. Jiena għadni niftakar tajjeb il-laqgħat li fl-iskola kien ikollna ma’ nies bħal Erin Serracino Inglott, Dun Frans Camilleri u Ġużè Aquilina.


7. Aħwa bla ma jafu huwa l-50 ktieb tiegħek. X’sodisfazzjon jagħtik dan kollu u xi proġetti għandek għall-futur qrib?


L-ikbar sodisfazzjon tiegħi hu li niltaqa’ ma’ tfal u anke ma’ kbar li jgħiduli li ħadu pjaċir jaqraw xi kotba minn tiegħi. Sodisfazzjon ieħor hu li nsib pubblikaturi lesti li joħorġu l-kotba tiegħi, anke jekk kultant jaqlugħlek qalbek sakemm il-ktieb jitfaċċa fuq l-ixkafef. Fil-preżent għandi tliet kotba għand pubblikaturi differenti u fil-kompjuter hemm jistennew erba’ kotba oħra. U bħalissa qed naħdem fuq storja oħra mibnija fuq perjodu traġiku fl-istorja ta’ Malta.


8. L-esperjenza tiegħek fil-qasam tar-radju u tat-televiżjoni. Xi tgħid dwar dan? F’liema qasam kellek l-akbar soddisfazzjon: tagħlim, kitba, televiżjoni jew radju? Għaliex?


Kien żmien sabiħ u interessanti li 35 sena ilu wassalni biex nibda nikteb. Għall-ewwel xogħli kien li nipprepara skripts għall-programmi tal-iskejjel fuq it-TV u r-radju, imbagħad bdejt nikteb u nippreżenta r-radjudrammi tiegħi stess u anke kelli għadd ta’ programmi tiegħi. F’kull qasam sibt sodisfazzjon kbir għax għalija l-erbgħa li huma huma marbutin flimkien. L-għalliem jibqa’ dejjem għalliem, għalkemm fil-kitba nipprova nkun iktar sottili ħalli ma ndejjaqx lill-qarrej.


9. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naħa tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett għandu jiġi mill-istess kittieba kollegi tiegħu. Kif tirreaġixxi għal dan?


Inħoss li aħna l-kittieba għandna rispett kbir lejn xulxin għax nafu minn xiex irridu ngħaddu biex jirnexxielna naslu li niktbu u noħorġu ktieb. Jiena nixtieq nara iktar rispett u stima minn ċerti pubblikaturi li mhux dejjem jifhmuna jew jgħinuna biżżejjed f’dan l-mestier. Irridu għajnuna wkoll mill-awtoritajiet kompetenti li jxerrdu l-kitba tagħna kull fejn hemm il-Maltin, b’mod speċjali f’artijiet imbiegħda bħall-Awstralja fejn hemm għatx kbir għal dak kollu li huwa Malti.

Friday, July 17, 2009

Joe Saliba mill-Awstrajla u l-blog gdida tieghu


Hija inizzjattiva sabiha hafna dik tal-kittieb u poeta Joe Saliba mill-Awstralja li ghadu kemm fetah blog gdida marbuta mal-letteratura.
Min huwa interessat jista' jaraha f'dan l-indirizze:
Minn hawn nifrah lil Joe Saliba u nselli ghall-kittieba Maltin li hemm fl-Awstralja filwaqt li nawguralhom xitwa tajba u ispirazzjoni.