Sunday, December 20, 2009

Carmel G Cauchi - Poezija

NITĦASSEB

Dak li dari kien vulgari
illum arti fuq il-karti!
Min mhux spint se jibqa’ lura,
xogħlu mhux letteratura.

Il-Milied ħelu ta’ dari
sar festa oħra, mhux Milied,
fejn l-Imwieled xejn ma nsemmu
biex ma’ ħadd ma jkollna nkwiet.

Dak li dari kien maħbub
għax għalina kien mislub
illum żejjed inqisuh
u ninsistu li nwarrbuh.

U nixegħlu xemgħa oħra
f’ġieħ id-dinja tal-progress
fejn iż-żwieġ meqjus legali
bejn persuni bl-istess sess.

Imma jien, raġel ta’ dari,
ma nifhimx dak li madwari
qed iseħħ ma’ kullimkien
u nitħasseb
jekk hux kollox rasu ’l isfel
jew inkella rasi ’l isfel
qed ngħix jien.

Carmel G. Cauchi
10.12.2009

No comments: