The following is an article I wrote in Maltese in the year 2000. It's about modern poetry and the fear many students express as soon as they come in contact with it. Many times fear originates from "ignorance", that is lack of preparation in skills which help the young reader appreciate modern poetry. Ambiguity gives place to different interpretations and this renders modern poetry more interesting and challenging. Is it an international trait that readers prefer reading prose to poetry? Why?
Ghaliex il-biza’ mill-poezija moderna?
Ghaliex bosta nies jibzghu mill-poezija, l-aktar minn dik moderna? U hawn m'iniex nirreferi ghal min ghandu livell ta’ edukazzjoni bazika jew baxxa, izda ghal min attenda b’success l-iskola anki post-sekondarja. Xi studenti f’dan il-livell jew anki fl-universita` jhossu dehxa kiesha ma’ gisimhom malli jisimghu b’poezija moderna.
Mill-esperjenza personali sibt illi l-istudent post-sekondarju jirrifjuta ghall-ewwel li jaccetta l-poezija moderna ghaliex wisq kumplessa, jew “bla sens”. Pero`, malli jibda jaqraha ghal darba darbtejn, izjed jinduna illi t-tifsira hemm qieghda. U din tixref meta tinduna li bosta poeziji ma tistax tifhimhom wahedhom, ghax huma frammenti li jehtieg li jintrabtu flimkien biex forsi ssib it-tarf tal-kobba. Wiehed ma jistax jinsa illi l-poeziji ma jinkitbux wahedhom, bhala frammenti individwali, izda huma mqieghda f’kuntest iffurmat mill-poeziji li jigu qabel u wara.
Mod iehor li jista’ jghin hafna biex wiehed joqrob lejn il-poezija moderna huwa l-interdixxiplinarita`. Il-poezija moderna tintrabat bis-shih ma’ arti jew dixxiplini ohrajn bhalma huma l-filosofija, il-pittura, l-iskultura, ic-cinema u l-muzika. Biex in-“novizz” joqrob lejn dawn id-dixxiplini jehtieg jivverbalizza dak li qed jara, jisma’ jew ihoss gewwa fih, izda l-verbalizzazzjoni hija biss l-ewwel pass mill-process shih. Fl-ahhar mill-ahhar, il-poezija, dik vera, qieghda hemmhekk biex tinqara u fuq kollox tinstema’, bhalma hija l-muzika; il-pittura qieghda hemmhekk biex taraha u tgawdiha bla ma tohrog bl-ebda suppozizzjonijiet u interpretazzjonijiet zejda li jistghu jhassru s-sabih taghha, jew tal-poezija jew tal-muzika. Fl-ahhar mill-ahhar l-arti qieghda hemm biex tghinek iggarrab esperjenza gewwiena li ma tistax tivverbalizzaha, tirrendiha jew tohrogha permezz tal-kelma. Il-pittura hija poezija fiha nnifisha, filwaqt li l-poezija hija msejsa fuq numru infinit ta’ immagni li l-qarrej jifforma gewwa mohhu waqt li jkun qed jikkonsmaha. Hemm il-poezija fil-pittura, u hemm il-pittura fil-poezija. Fil-muzika mill-banda l-ohra hemm mit-tnejn.
M’ghandniex ghalfejn noqoghdu nfittxu l-kif u l-ghala wara kull poezija jew pittura jew bicca muzika ta’ natura espressjonistika. Dan huwa dak li qed isir f’bosta mill-iskejjel u ghalhekk l-istudent minflok qed joqrob lejn il-poezija u l-arti astratta, qieghed jibza’ u jitbieghed minnhom.
Min-naha l-ohra, is-sabih tal-poezija moderna huwa li tohloq diskussjoni fil-klassi jew fil-grupp waqt li tkun qed tinqara. Hija miftuha ghal izjed minn interpretazzjoni wahda u ghalhekk tixref l-idea li dik moderna hija poezija-opra miftuha. Meta jaqraha, il-qarrej bhal donnu johloqha mill-gdid fl-interpretazzjonijiet differenti li jista’ jaghtiha. Il-process ta’ interpretazzjoni huwa interessanti ghalkemm mhux necessarju. F’dan il-waqt il-klassi jew il-grupp isiru bhal donnhom kor shih, bhall-hamest iswaba’ ta’ l-id, kollha jghinu f’funzjoni wahda.
L-istudent jitg]hallem japprezza verament il-poezija moderna meta jifhem illi l-poeta modern m’huwa xejn hlief bniedem iehor li garrab esperjenzi differenti. Poezija u bniedem huma haga wahda. Bhalma l-bniedem jikber u jitbiddel, jimmatura, hekk ukoll il-poezija timxi id f’id mal-bniedem. F’dan il-kaz bosta jistaqsu jew jghidu li l-poeta modern huwa bosta drabi inkoerenti. Il-poezija m’hi xejn hlief vjagg jew mixja kontinwa li ghandha bidu, nofs u tmiem. Hemm xi karatteristici fil-poeti li jitbiddlu aktar kemm javvanzaw fiz-zmien, u hemm ohrajn illi jibqghu l-istess mill-bidu sa l-ahhar, anki jekk forsi jiehdu forma jew ixiddu libsa differenti. Bhala ezempju tajjeb nista’ nsemmi l-poezija ta’ Mario Azzopardi, imsejjah il-poeta ribell fis-snin sittin meta kien ghadu biss zaghzugh, u li bil-mod il-mod, aktar kemm immatura, rega’ rritorna ghal dak li rribella kontrih. It-temi baqghu dawk tradizzjonali (is-solitudni, ir-relazzjoni mara/ragel, it-tbatija u l-ugigh fost il-bnedmin, it-tifkira ta’ l-imghoddi); huma l-immagni jew il-metafori li tbiddlu, metafori jew xbihat li ghandhom hafna mid-dinja tal-holm u ta’ l-inkonxju.
No comments:
Post a Comment