ATTIVITAJIET ANNIVERSARJU DUN KARM PSAILA

- L-Għaqda Poeti Maltin se tfakkar lill-Poeta Nazzjonali b’Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ Dun Karm Psaila, nhar is-Sibt, 15 ta’ Ottubru, u dan fis-6.30 p.m. Il-post magħżul huwa r-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, fil-Mosta, wara r-Rotunda. Waqt din il-Lejla se jinqraw poeżiji ta’ u dwar il-Poeta Nazzjonali. Ikun hemm ukoll xi interventi ta’ natura bijografika u kritika li jixħtu dawl fuq Dun Karm bħala bniedem u anki bħala kittieb u poeta. Kulħadd hu mistieden u d-dħul hu b’xejn.
- Attivita' oħra se ssir fil-25 ta' Ottubru f'San Ġiljan. Ara l-powster t'hawn taħt:

No comments:
Post a Comment