Lil Dun Karm Psaila
F’għeluq il-Ħamsin Sena minn Mewtu
Is-sliem għalik poeta kbir, saħħartni,
ġennintni għall-ilsien li lkoll jgħaqqadna;
ħadtu f’idejk bħal tafal nej, u minnu
slitt għana li minn ġufu xrobna u ħadna.
Int ma tnikkirtx hekk kif ilmaħt il-qawwa
u l-ħlewwa tal-ilsien li smajt b’ewlieni
bi kliemu insiġt il-għana li minn qalbek
ħareġ ifur minn dejr il-ħsieb ġewwieni.
Għax inti ma stmellejtx il-ġieħ ta’ ġensek
u ċ-ċokon ta’ din l-art li n-nifs radditlek
‘mma f’ħsus safjin fi kliem midmum sibt wensek;
Illum li fost is-snin, ħamsin imbarmu
minn dak il-jum li l-mewt nifsek ħaditlek -
ilsienna ngħożżu sħiħ bla nbarru u narmu!
Dun Geoffrey G. Attard
Victoria, Għawdex
15-10-2011
web
No comments:
Post a Comment