Thursday, November 26, 2015

ERASE HATE - A poem by Teresinka Pereira

ERASE HATE



 Hatred is sad and obstinate
even if there is a reason:
hate torments our soul without
bothering who provoked it.

To avoid the hate in our mind
perhaps is a good step
to forget the bad feeling
and give peace
to our tired eyes
eliminating the shadow
which is blocking the great
adventure of our life.

     Teresinka Pereira

Thursday, October 29, 2015

POET'S DAY - a poem by Teresinka Pereira

OCTOBER 20, POET'S DAY

2015

A Poet makes real
the world of dreams,
because in poetry
the desire never dies,
as well as the Poet.
From absurd flights
the Poet invents
mysterious occurrence
that serves in love
with magic elegance.
The Poet's Day marks
precisely what is necessary
to the life of all Poets.

* Poet's Day was created in the
UNESCO's General Conference
in 1999.

Teresinka Pereira

Thursday, October 08, 2015

KTIEB GDID F'RABTA MAT-TRADUZZJONI

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija jippreżenta approach ta’ sfida għal kif wieħed jaħseb fuq it-traduzzjoni Maltija. Huwa kors ta’ qari komprensiv fuq il-kwalità ta’ traduzzjoni Maltija, waqt li joffri spjegazzjonijiet ċarissimi fuq problemi teoretiċi involuti fis-suġġett tal-istudji tat-traduzzjoni.

Fih medda wiesgħa ta’ suġġetti bħal

· il-ġrajja storika tat-traduzzjoni Maltija

· bixriet kulturali fit-traduzzjonijiet Maltin

· xejriet teoretiċi mħaddmin mit-tradutturi Maltin

· xeħtiet letterarji fil-Malti bħala lingwa mira

U kull wieħed minn dawn is-suġġetti jinfetaħ, bħal murtal tal-ftuħ, f’topiks oħra bit-temi u l-argumenti tiegħu.

Fil-qofol tiegħu l-ktieb jimplika li l-ħidma tat-traduttur

· titlob ħakma xierqa ta’ żewġ lingwi

· fiha struttura progressiva

· tinvolvi teħid ta’ deċiżjonijiet fuq strateġiji

· taf tkun attività kreattiva

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija huwa għal dawk li jridu jaħdmu fil-qasam tat-traduzzjoni: studenti, professjonisti, riċerkaturi, awturi, xandara, u tradutturi.

Sunday, October 04, 2015

A poem by Teresinka Pereira - Elvis Presley

ELVIS PRESLEY

1935-1977



It was not craziness,

it was rather a great

freedom shaped by talent.

The perfect voice

and a lighted presence

always made a glowing

performance, a love affair

between the public

and the man, who

by a vanity of destiny

left us prematurely.

Elvis, we miss you!

May your peacefulness

in eternity be filled

with rock and roll!

Teresinka Pereira

Friday, August 07, 2015

Not to forget... ever!

HIROSHIMA-NAGASAKI
ALWAYS REMEMBERED
August 6-9, 1945

It was the worse day
for humankind when
President Truman authorized
using the atomic bomb
against the people of Japan.
More than 140,000 people
died then and many more
died from the atomic radiation
after it.
As it is not enough, the
United States of America
has 5,113 warheads prepared
to send any place in the world.
As it is not enough,
President Truman announced
in 1953 that the United States
has developed a hydrogen bomb.
From bad to worse, no president
of the United States has yet promised
to dismantle all of the atomic
and hydrogen bombs!

Teresinka Pereira 

Saturday, August 01, 2015

Il-PONT ta' Awwissu 2015

Għadu kemm ħareġ IL-PONT ta' Awwissu 2015.

Din hija rivista letterarja virtwali li ilha toħroġ darba fix-xahar minn Ottubru 2012. Fiha wieħed jista' jaqra aħbarijiet letterarji, poeżiji bil-Malti u b'ilsna oħrajn, rakkonti qosta, intervisti ma' kittieba differenti, reċensjonijiet qosra dwar kotba Maltin u materjal ieħor. Tista' tinqara hawn:

http://issuu.com/patrickj.sammut/docs/il-pont_awwissu_2015

Online literary magazine IL-PONT (The Bridge) of August 2015 is out. It is published mainly in the Maltese language. However, one can read poems in different languages. This month on page 19 one can read poems from Russia (Adolf Shvedchikov), USA (Teresinka Pereira), Italy (Roberto Malini) and Israel (Ada Aharoni).

Sunday, July 12, 2015

IL-PONT of July 2015 on Zacharoula Gaitanaki's blog

IL-PONT online literary magazine founded and edited by Patrick Sammut from Malta is also on Greek poet's blog, Zacharoula Gaitanaki. See link :
https://zaharoulagaitanaki.wordpress.com/

Best regards and good luck to all my Greek friends and poets, and their families.

Friday, July 10, 2015

IL-PONT online literary magazine JULY 2015 is out

July issue of monthly online literary magazine IL-PONT, founded and edited by Patrick Sammut, is out. There are pages dedicated to poetry written by a number of Maltese poets and also non-Maltese poets. In this issue one can read poems by Sabahudin Hadzialic (B&H), Amerigo Iannacone (Italy), Zacharoula Gaitanaki (Greece) and Hsu ChiCheng (Taiwan).

One can find it at:

http://issuu.com/patrickj.sammut/docs/il-pont_lulju_2015

Also mentioned on B&H site:

http://sabihadzi.weebly.com/malta-10072015.html

Saturday, June 20, 2015

Aktar kotba ta' Geronimo maqlubin għall-Malti

It-Tieni Sett tal-Avventuri ta’ Stilton għat-Tfal

(tradotti għall-Malti minn Charles Briffa)

Għeżież tfal ħbieb, merħba fid-dinja ta’ Geronimo Stilton

L-istejjer ta’ Geronimo Stilton tant kienu suċċess bil-Malti li kellhom joħorġu sitta oħra.

Geronimo Stilton huwa ġurdien li jmexxi gazzetta, imma l-vera passjoni tiegħu hija l-kitba ta’ stejjer tal-avventura. Joqgħod fil-Belt ta’ New Mouse, il-kapitali ta’ Gżiret il-Ġrieden, u l-kotba tiegħu huma kollha best-sellers! L-istejjer tiegħu huma tad-daħk, tad-daħk b’mod famaws. Huma ħrejjef tajbin li jġagħluk tilgħaq il-mustaċċi, żgur!

Charles Briffa reġa’ qaleb sitta oħra minn dawn l-avventuri għall-Malti li ġew ippubblikati minn Miller Distributors Ltd f’Ġunju 2015. Il-kotba huma maħsubin għall-qarrejja ż-żgħar ta’ bejn is-6 snin u t-12-il sena, u t-traduttur ipprova kemm seta’ jżomm il-Malti għal-livell ta’ din il-brekit ta’ etajiet. Is-sitt kotba bil-Malti huma dawn:

Il-Fantażma tas-Subway

F’ġieħ il-ġobon tat-toqba! Kien hemm fatat jidher fil-mini tas-subway tal-Belt ta’ New Mouse. Mustaċċija jibdew jirtogħdu naħseb biss fuqu! Imma kont naf li kelli nġib l-iscoop* għal Il-Gazzetta tal-Gerriem. U allura tlaqt ninvestiga. Ma kontx naf li kont se nieħu l-akbar qatgħa ta’ ħajti – għax il-fatat inzerta kien QATTUS!

*scoop hija biċċa aħbar li gazzetta xxandar qabel ir-rivali tagħha

It-Teżor il-Mitluf tal-Għajn ta’ Żmerald

Kollox beda meta oħti, Thea, sabet mappa qadima misterjuża. Kienet turi teżor sigriet moħbi fuq gżira ’l bogħod. F’ħakka t’għajn, oħti ġibdet lili u lill-kuġin Trap fil-kaċċa għat-teżor. Kienet avventura li qatt ma ninsa...


Pizez Ħomor għal Konti Blu


Il-kuġin tiegħi huwa troublemaker, u darba nqabad fi Transratanja! U qabel ma stajt inwerżaq waħda, oħti, Thea, karkritni magħha fuq missjoni ta’ salvataġġ. Ma konniex nafu li Transratanja kienet l-art tal-friefet il-lejl vampiri! F’ġieħ il-ġobon, il-friefet il-lejl iqajmuli ġismi xewk xewk! Għala? Għax farfett il-lejl iħobb ideffes snienu f’xi ġurdien tajjeb kollu meraq...

L-Attakk tal-Qtates Furbani

Maqbudin mill-qtates! Din hija l-agħar esperjenza ta’ kull gerriem. Kollox beda meta kuġinuwi Trap ikkonvinċieni biex ningħaqad miegħu għat-tfittxija tal-gżira leġġendarja miksija bil-fidda. Tlaqna b’balloon tal-arja sħuna. Imma qabel ma stajt tgħid “ġobon sħun fuq toast”, konna attakkati minn ġifen ta’ qtates pirati! Immawsnappjawna u heddewna li se jikluna. Tgħid naħarbu... jew se nispiċċaw fis-soppa?

Dan Kollu Minħabba Kikkra Kafè


Jien, Geronimo Stilton, kont qed inħobb lil xi ħadd! Kont f’ħanut tal-kafè għodwa waħda meta lmaħt l-aktar gerriema sabiħa fid-dinja kollha. Sfortunatament, mal-ewwel tfixkilt u spiċċajt b’denbi maqbud fit-toaster. Kont ġurdien muġugħ ħafna! Imma xorta ridt nuriha mħabbti. Allura mort mal-familja tiegħi fuq vjaġġ għat-Tmien Meravilja tad-Dinja! Hemmhekk għamilt sejba tal-għaġeb, tant li kont naf li se nirbaħ il-qalb tal-għażiża ġurdiena tiegħi...

Vaganza Favumawsa għal Geronimo

Kultant businessmouse li jkun imħabbat daqsi jkun jeħtieġ btala sabiħa ta’ mistrieħ. Imma fost ix-xorti mgħarrqa tal-firien – kull darba li ppruvajt immur holiday, jiġini xi diżastru! Meta fl-aħħar irnexxieli nitlaq minn Il-Gazzetta tal-Gerriem, il-vjaġġi s-sbieħ kollha kienu diġà bbukkjati. U sibt ruħi mwaħħal f’ħotel qadim mimli briegħed, u kelli nixxerja kamra ma’ ċorma Ġerbils Scouts! Kelli seba’ mitt sena biex immur lura lejn dik it-toqba komda tiegħi fil-belt...

Thursday, May 28, 2015

Two poems by Teresinka Pereira

MAY FIRST, LABOR DAY
2015

The internet did not change
the arms of the workers.
Neither did it change the society
of consumers that exploit them.
The only change
is the fast way in which it
can move human destiny.
The reality of who
makes the future
with their arms or their minds
is the work.
Long live the workers
of all nations!


MOTHER'S DAY

She carries in her arms
the children after
carrying them in her womb.
The universe of mothers
is heavens for
each one of us.
We go carrying on
her eternal being
in so many lives
of our children.
One day is not enough
to celebrate
such silent power!


 TERESINKA PEREIRA

Tuesday, May 12, 2015

Ħa Jerġgħu Jiltaqgħu l-Kittieba Għawdxin

Serata letterarja fil-Librerija l-Gimgha 5 ta’ Gunju 2015 fis-7.30pm

Is-Sajf magħna! Il-festi wkoll!

Jidher li d-diversi serati letterarji li għamilna matul dawn l-aħħar sentejn fl-okkażjoni tal-Karnival, tal-Gimgħa Mqaddsa, tal-Milied, eċċ,  bis-sehem ta’ wħud mill-kittieba Għawdxin li matulhom inqraw anke xogħlijiet ta’ kittieba li ħallewna, intlaqgħu tajjeb, u allura b’dan ir-riħ fil-qala’, ser nagħmlu serata oħra nhar il-Gimgħa 5 ta’ Gunju fis-7.30pm fil-Librerija Pubblika ta’ Triq Vajrinġa, Rabat Għawdex li matulha qed jiġu mistiedna l-kittieba Għawdxin, uħud minnhom magħrufa sew fostna.  Bla dubju nħeġġu lill-istudenti u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Letteratura Maltija biex iżommu dik il-ġurnata vojta u jiġu jisimgħu xi ftit poeżija sabiħa, xi novella, xi ftit epigrammi li tant kien magħruf għalihom il-Poeta tan-Natura u ex President ta’ Malta Anton Buttiġieġ, magħruf bħala Toni l-Baħri mwieled il-Qala, xi storja, xi ftit folklore flimkien ma’ xi ftit mużika bil-għajnuna sħiħa ta’ Mro Antoine Mercieca.  

Billi jkun beda Gunju u allura s-sajf jinsab qrib u l-festi jkunu bdew ukoll, dis-serata qed insemmuha: Is-Sajf Magħna u l-Festi wkoll.  Se jinqraw xi siltiet mix-xogħlijiet ta’ Gorġ Pisani u Patri Mattew Sultana Kapuċċin mix-Xagħra minn Antoinette Grech u Lorna Tabone,  kif ukoll ser nisimgħu xogħlijiet minn fomm il-kittieba Charles Bezzina, li għadu  kemm tana ktieb dwar Għawdex fl-Aħħar Gwerra, Ganninu Cremona, Anton F Attard u Vanessa Attard, Joe Camilleri, Joe W Psaila, Patri Remiġ Galea Kapuċċin li għadu kemm ingħata Ġieħ Sannat, Mario Borg, Raymond Caruana,  Dr Alfred Grech, Frans Mizzi u Pierre Mejlak li dan l-aħħar għal kitbiet tiegħu rebaħ premju prestiġġjuż mill-Ewropa.  Jekk naraw li ma tħalluniex waħidna, għal ġejjieni nerġgħu noħolmu b’xi ħaġa oħra!   Tinsewx li l-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss!

Kif se tinqasam is-Serata:

Essay: Il-festi Magħna:  Kav Joe M Attard
Charles Bezzina:
John Cremona:
Joe Camilleri:
Intervent Muzikali:  Mro Antoine Mercieca
Antoinette Grech: Epigrammi ta’ Anton Buttigieg: Part 1
Joe W Psaila:
Mario Borg: Poeżija – ‘Ħabbejtek’.
Pierre Mejlak:
Lorna Tabone:  Poeżija ta’ patri Mattew Sultana: ‘is-Saltna Tiegħi’
Patri Remig Galea:
Anton F. Attard u Vanessa Attard: Festi titulari ta’ Gunju  -  Poeżiji
Intervent Muzikali: Mro Antoine Mercieca
Dr Alfred Grech:
Lorna Tabone: Poeżija ta’ Gorg Pisani: ‘Filosofija tal-Kampanja’
Francis Mizzi:
Raymond Caruana: Poeżija: Il-Bandiera Maltija
Antoinette Grech: Epigrammi ta’ Anton Buttigieg:  Part 2


Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex


Wednesday, May 06, 2015

Ippubblikat IL-PONT ta' Mejju 2015

Il-Pont (The Bridge) is an online literary magazine published monthly since October 2012. It's main language is Maltese, but poems in other languages - mainly English and Italian - are regularly included too. Il-Pont is intended to bring together writers and readers from all over the world.

In May 2015 issue one finds poems by Alessio Stretti and Paola Mara De Maestri from Italy, Tatjana Debeljacki from Serbia, Eftichia Kapardeli from Greece, and Teresinka Pereira from USA.

Many more - news from the literary world, interviews, book reviews, essays - for those who read Maltese.
Il-PONT of May 2015 can be read on ISSUE.com:

http://issuu.com/patrickj.sammut/docs/il-pont_mejju_2015

Wednesday, April 29, 2015

Avvenimenti letterarji

L-avvenimenti f'rabta mal-ktieb u l-letteratura ma jonqsu qatt. Dan sinjal pożittiv ferm. Nagħtu daqqa t'id billi nattendu u nixtru l-kotba. Il-ktieb investiment. Proset dejjem lill-kittieba, organizzaturi, sponsors u persuni li jipprovdu l-ispazju fejn attivitajiet bħal dawn isiru.





Tuesday, April 21, 2015

‘Trifolju ta’ Lwien’ - a poetry collection by Mario Attard, Patrick Sammut & Frank Zammit.




From: http://www.independent.com.mt/articles/2015-04-20/books/Trifolju-ta-Lwien-a-poetry-collection-6736134095
Therese Pace

Nowadays, it is not uncommon to come by a poetry collection compiled by more than one poet. This happens either because of the expenses one needs to publish a book or because the same poets see in themselves a similar trait or feel themselves to be related in some way. The latter is, for sure, a good reason for this collection, titled Trifolju ta' Lwien  as all three poets, namely, Mario Attard, Frank Zammit and Patrick Sammut were, or are, teachers at the same school - De La Salle College. This poetry compilation is  given to us in a very modern format and comes with a biography of all three poets and a foreward by Prof. Oliver Friggieri.
They felt the need to join forces for full effect. Three contemporary poets  writing in favour of nature, of the beauty of their country, the environment, their desire to right the wrongs that society does to country and lifestyle and of the many dissatisfactions felt due to the onslaught of time. This collection is a three-pronged dig at the deterioration of morals, of environment and harmony around them. While they bemoan the beautiful things lost to time, never to be retrieved again, at the same time they are not pessimists because hope is omnipresent in their lines, perhaps as a means of comfort.
Mr Attard, an ex-teacher, being the eldest of the three, is the one who mostly puts forth a nostalgic trend for the place where he grew up, his simple family life in a religious environment, as well as displaying patriotic and romantic elements. He remembers with nostalgia, the good morals his mother instilled in him. He is very critical of the changes to his direct environment, Cospicua and in a romantic twist laments love that goes astray, see Għaliex?
In Mr Zammit's poems, we see a patriotic trend as well, perhaps, because he lives in Australia, very much away from all things Maltese and therefore, tends to feel nostalgic of all he has known in his country. His love for the patria is visible in the poem Fejn Hi Dik Malta Li Ħallejt Warajja, where he says he is displeased with the many changes his homeland underwent. Like everbody else, he shows himself displeased with war and the throes it brings about, Jien Iben is-Sirja. He is the one who at times, turns to classic poetry when he feels very strongly about something.
Mr Sammut is a poet, a writer of children's books, textbooks, an excellent critique writer as well as a lecturer. His analytical essays portray an amazing grip of this art and are always  exhaustive of the subject in hand. His poems are very descriptive and show him to be very observant. They are indicative of a sensitive person who wants to better life, environment and lifestyle. He has a splendid way of describing things and places, situations that provide the readers with a clear picture as though they are living beside him, see Jum ta' Btala, Hemm Żminijiet... He does not feel comfortable in this materialistic world and yearns to better it. What is predominant in Sammut is the maternal-filial element. He feels strongly about family ties and the love his mother bestowed on him and feels that life is worse off without her presence in Tifkira ta' Omm. He feels one with nature and a good day for him is one that he spends outdoors with his family. Pawsa is a poem that shows him to be an up-to-date person with the entertainment scene.
Trifolju Ta' Lwien is a collection that should go down well with everyone as it has everything, an easily understandable verse that is also rich in metaphor and sensitivity  without  being overtiring to the mind. It is the work of three sound men who share the same ideals that make for a good citizen and a better world.


BOX
Mario Attard, Frank Zammit and Patrick Sammut
2014, ISBN: 978-99957-0-725-5
94 pages

Monday, April 20, 2015

POEM TO THE SOLITARY POET

Our universe is different:
we are closer to the stars
and soon we will be one of them
in time to avoid absolute
solitude.
Meanwhile, as we live,
the years are obstinate
in remembering our struggle
against death,
which at last,
is our greatest victory!

TERESINKA PEREIRA

Thursday, April 16, 2015

Incontro tra poeti a Malta

Questo aprile, durante la pausa pasquale, si e' avverato un bell'incontro tra Paola Mara De Maestri, poetessa da Regoledo, Morbegno (Lombardia) e noi poeti e artisti maltesi Emmanuel Attard Cassar, Hilary Spiteri, Therese Pace e Patrick Sammut. Il luogo scelto e' stato il giardino pittoresco della Barrakka a Valletta. che guarda sul Gran Porto, giardino amatissimo dal poeta romanntico maltese Rużar Briffa (1906-1963).

Durante l'incontro abbiamo parlato di progetti futuri insieme.

Paola Mara De Maestri (poesie), Hilary Spiteri (illustrazioni) e Patrick Sammut (introduzione critica) hanno collaborato insieme alla raccolta di poesie "Con gli occhi del cuore" pubblicata a giugno 2014 con "Lampi di Stampa". 


Nella foto da sinistra a destra: Emmanuel Attard Cassar (secondo), Therese Pace (terza),   Paola Mara (centro), Patrick Sammut e Hilary Spiteri.

Tuesday, April 14, 2015

Versi għal ftuħ l-istaġun tal-kaċċa - Rebbiegħa 2015

REFERENDUM DUM DUM BUM BUM BUM
b’apoloġija lill-politiċi-kanti ta’ stoffa-stuffat u lid-difensuri tat-tradizzjoni.

Referendum dum dumbum bum bum
it-tnabar qed iwissu
is-snieter qegħdin jheddu.
Il-qiegħa qiegħda tisħon
il-borma fuq in-nar
tradizzjonijiet le tmisshom
iż-żmien wasal, il-ħin sar.
U waslet ir-rebbiegħa
il-poplu ferħan bil-bosta
għax wara xitwa kiefra
ix-xemx jeħtieġ jiggosta.
Ħa nnaddfu l-kampanja
nerġgħu nibnu tas-sejjieħ
għaliex minna qegħdin tibżgħu
din ta’ veru, mhux tmelliħ!
Min jixtieq xi passiġġata
fil-kampanja l-mogħdijiet
min jixxennaq it-togħma bnina
tal-gamiem u s-summiniet.
Ajma ħej kieku xi jsir minna
jekk inwarrbu din il-benna?
Xi jsir minnha t-tradizzjoni?
Dan-nuqqas żgur iġenninna!
M’għandniex bżonn tas-supermarkits
u tal-ikel iffriżat
ir-rebbiegħa tant ħanina
bi tjur frisk u bnin tfornina.
Jekk ma nqumx kmieni filgħodu
id-dar naħrab regolarment
u nistrieħ mal-kelb fil-għorfa
bil-kanun kargat kuntent...
Jekk mis-sema ma nniżżilx tajra
nagħmel f’qalbi, nitlef sabri
narma nidgħi, naħlef, nisbel
nagħti żvog lill-istinti.
Jien mhux waħdi, hemm l-eluf,
hemm ir-razza u r-redika
mhux vot wieħed tnejn mitluf
magħna żgur ħadd ma jimpika!
U tinsiex... okkupata l-kampanja
tirfes ’l hawn ara jfettillek
mit-triq gawdi n-natura
kun imbierek d-dar mur lura.
U jekk trid ftit arja friska
ixref ftit mill-gallarija
isma’ r-radju, iftaħ tieqa,
il-vot jgħodd, il-bqija ħlieqa.
Referendum dum dum
bum bum bum...
ħallulna l-identità
f’ġieħ l-eqdem ċiviltà!
Il-barrani hu agħar minna
nittama l’issa ftehimna.
Ħalluna nisparaw.
X’ġej wara? Mbagħ’d naraw!

Patrick Sammut

VERSI GĦAR-REBBIEGĦA 2015...

Bulliżmu, barbariżmu, egoiżmu.
Theddid, ċomb u ħadid.
Tradizzjoni, trapassjoni, 
trasgressjoni, edukazzjoni,
ċertifikati, makdonaldizzazzjoni.
Elezzjoni, voti,
ħasil il-moħħ, idjoti
Ġuda Iskarjoti.
Rambos cowboys u indjani
summien, gamiem, dundjani.
Ajma żaqqi tikkmandani!
Trogloditi u istruwiti,
bilanċ, mentalitajiet mgħawġa ganċ.
Indaqs, daqs kemm?
Ewropej
imma sa fej’?!
Politiċi-politikanti
kukkudrilli, ippopotami,
sangisugi, iljunfanti.
Ħlejjaq ċkejkna
insinifikanti.

Patrick Sammut

AĦMAR DEMM U ISWED DLAM...


F’dan il-pajjiż fejn id-differenza
bejn tir ta’ senter u murtalett ma tingħarafx...
f’dan il-pajjiż fejn l-irġulija titkejjel 
bil-ħoss li tobżoq il-magna tal-karozza
bid-dagħa li wieħed jgħanni...
f’dan il-pajjiż fejn joktru l-opinjonisti
u n-nuċċalijiet tal-vista huma biss għall-apparenza...
f’dan il-pajjiż imsejjes fuq il-pożi
u fejn id-dawl biss tifkira
u d-dlam sar tal-post
il-qtil sar gost, delizzju mhux vizzju...
f’dan il-pajjiż fejn bosta huma hienja
għax bosta jagħmlu dak li jiftlilhom...
f’dan il-pajjiż progressiv, Ewropew
ħabib tat-tradizzjoni...
f’dan il-pajjiż fejn taħkem il-finzjoni
fejn id-demm jixpakka hu fid-demm ta’ bosta...
f’dan il-pajjiż fejn jaħkem l-alla vot
il-ħsieb ġenwin għadu ’l bogħod, remot,
għax hawn jirbaħ is-sens komun
ir-raġuni taħt pett iż-żarbun...
f’dan il-pajjiż senswali
l-aħmar tad-dmija u l-iswed tad-dlam,
it-togħma tas-summien u l-gamiem
ir-riħa tal-iskartoċċ moħli min-nar
il-ħoss iweġġa’ tas-senter sultan, qattiel
u l-uġigħ sieket u jaqta’ ta’ ġerħa
li ma tfieq qatt....

PATRICK SAMMUT

Sunday, April 05, 2015

Easter Poems/ Poesie di Pasqua

Many thanks dear Teresinka and Amerigo.
Well wishes to all poets, friends and families.

EASTER, PASSOVER, SPRING


            
This is the time
to renew our poetry.
We are daily indulgent
as poets and people of hope.
Now is the season of flowers
and we must collaborate
with a garden of love,
distributing joy
which we invent
dancing and flying
with Monarch butterflies.
We wish that Easter, Passover and Spring
may renovate your desires of happiness.

Teresinka Pereira


PASQUA CON TE STESSO

Pasqua, la vita che risorge
la natura che si risveglia
la speranza che rinasce
Piuttosto che
Pasqua con chi vuoi
secondo l’inutile adagio,
Pasqua con te stesso
per ritrovare un te
che non conosci piú.
Pasqua con Socrate
e Pasqua con Gesú.

Amerigo Iannacone


Friday, March 13, 2015

WORDLESS BOOKS IN THE CLASSROOM

ACVIC NewsletterNo ho pots veure bé? mira-ho al navegador.
logo acvic
news
http://acvic.org

[cast][eng]

10 03 2015cursos prim

1. WORDLESS BOOKS IN THE CLASSROOMCourse by Emma Bosch
16 hours. 4 sessions of 4 h 
Saturday 11th and 25th April and 9th and 23rd May 2015, from 10 am to 2 pm

INTRODUCTION
There are many types of wordless books : those with images but which tell no stories; play-books which promote interaction with the reader, inviting her to find people or objects, to draw, to perceive shapes and colours, to combine images, to write, etc.
The course will focus on wordless albums, books which tell, essentially through images, either fictional or documentary stories. In these sessions, different kinds of stories will be taught; versions, endless stories, zooms, metamorphosis, choral albums, etc. Examples of each type will be read and analysed (easily adapted to work with children and teenagers) to help us understand how these graphic stories work.

[+ INFO]
The registration period will end on 8 th April 2015 [acces to courses registration form]

Monday, March 09, 2015

VERSI fuq Weebly website tal-Bosnija-Ħerżegovina

L-aħħar ħarġa tar-rivista tal-Għaqda Poeti Maltin VERSI, numru 2015.1, ġiet imsemmija fuq sit elettroniku mill-Bosnija-Ħerżegovina. Waħda mill-paġni tar-rivista hija ddedikata lil poeżiji miktubin minn poeti barranin. F'din l-aħħar ħarġa, fost il-poeti barranin imsemmija kien hemm Sabahudin Hadžialić.  Dan tal-aħħar għoġbu jillinkja l-paġna tar-rivista virtwali tiegħu mas-sit tal-Għaqda Poeti Maltin. Għal min hu interessat jista' jara din il-ħolqa:

http://sabihadzi.weebly.com/malta-9032015.html

Ta' dan kollu grazzi lill-Editur ta' Weebly Sabahudin Hadžialić.

Friday, January 30, 2015

TRIFOLJU TA' LWIEN - Ġabra poetika ta' Mario Attard, Patrick Sammut, Frank Zammit, 2014. ISBN: 978-99957-0-725-5. 94 faċċata

 
Tliet poeti fi ktieb wieħed


Illum ilkoll nafu kemm hija iebsa li poeta jippubblika vrusu fi ktieb.  Ftit li xejn huma dawk il-pubblikaturi li lesti jagħtu lill-poplu dan is-servizz, peress li jifhmu li l-poeżija tappella għal ftit nies, allura mhumiex lesti jidħlu għal dan ir-riskju għax jibżgħu li l-kotba tal-poeżija jibqgħulhom ma’ wiċċhom. 

  Kienet din ir-raġuni li Mario Attard, Patrick Sammut u Frank Zammit iddeċidew li jippubblikaw flimkien uħud mill-versi li nisġu f’dawn l-aħħar snin.

Il-Ġabra għammduha Trifolju ta’ Lwien; u tabilħaqq hekk hi.  Trifolju għax hawn il-qarrej isib versi ta’ tliet poeti u lwien għat-tiżwiqa ħelwa ta’ temi u stili li tawna Attard, Sammut u Zammit, temi li wara kollox jitfgħu dawl fuq il-poeżija lokali kontemporanja.

Mario Attard jista’ bir-raġun kollu jitqies bħala l-poeta l-aktar anzjan fost dawn it-tlieta.  Il-poeżija tiegħu tikxef ċerti diżappunti li minn żmien għal żmien iltaqa’ magħhom f’mumenti partikolari.  Huwa josserva t-tibdil li jseħħ madwaru u ma jonqosx li jesprimi l-fehma tiegħu dwaru (Pjazza Santa Margerita).

Il-poeżija ta’ Attard hi speċi ta’ kwadretti varji impinġijin b’pinzellati tal-imgħoddi.  Dan hu sinjal li l-poeta jiġu waqtiet fuqu meta jħossu jbati minn nostalġija għall-passat u kemm kemm ma jixtieqx li ċerta tip ta’ ħajja terġa’ lura għalli kienet.

It-temi ewlenin li jittratta Mario huma diversi: minn dawk patrijottiċi (Apoloġija lil Rużar Briffa), sa oħrajn romantiċi (Ir-raġel tal-Barrakka) u reliġjużi (Il-lejla ġejt imtaqqal).  Meta l-qarrej jifli sewwa l-versi ta’ dan il-poeta jsib li ċ-ċentru tagħhom huwa l-bniedem.  Attard jixtieq jidħol f’komunikazzjoni mal-qarrej u forsi għalhekk iħaddem stil kemxejn prożajku biex ikun żgur li l-ħsieb tiegħu jasal sħiħ għandu.

Min-naħa l-oħra, il-poeżija ta’ Patrick Sammut hija espressjoni personali li tikxef il-veru karattru sensittiv ta’ dan il-poeta.  Bħal Mario Attard, Sammut ukoll xejn ma jħossu kuntent bil-ħajja ta’ madwaru u ħafna drabi jikkundanna bla tlaqliq l-istil ta’ ħajja li tħaddan is-soċjeta` kontemporanja.  Tant hu hekk, li jilmenta b’diqa, “li qed negħrqu sewwa fil-ħama bla ma nafu...” (Forsi xi darba); fl-istess ħin jitlob ħerqan biex l-istess soċjeta` tindaf mill-ġdid.

Patrick Sammut juża d-deskrizzjoni bħala arma biex ipoġġi quddiem il-qarrej kwadri realistiċi  u jużahom bħala spunt biex jesprimi ħsibijietu (L-għadira mill-gallarija) u (Fuq ir-ramla).  Xi drabi Sammut ikun anki sarkastiku (Pawsa).  Għalih l-importanti li jħeġġeġ lill-qarrej jirrifletti ftit dwar il-messaġġ li jkun hemm moħbi fil-versi tiegħu.


Interessanti l-figura materna li l-qarrej isib referenza għaliha f’ċerti poeżiji: (Tifkira ta’ omm, Ħarstek fuqi); figura li hija referenza diretta għall-imħabba li l-poeta kellu u għad għandu lejn ommu li għalkemm ħallietna numru ta’ snin ilu, xorta waħda għadha ħajja fil-memorja tiegħu.  Biżżejjed il-qarrej jaqra l-espressjoni ta’ Sammut: “mingħajrha iswed u baħħ” (Mingħajrek).

Patrick Sammut hu l-bniedem li jfittex is-serħan f’dinja utopja li ma jista’ qatt isibha f’waħda materjalista, għalhekk ma jħossux komdu fiha (Karnival solitarju).  Dan jagħmlu billi sikwit ikun figurattiv fl-espressjonijiet tiegħu, aspett pożittiv li jikxef il-maturita` poetika tiegħu.

Frank Zammit huwa emigrant li jġorr lill-patrija miegħu”.  Hekk kiteb dwaru fid-Daħla ta’ din il-Ġabra l-Prof. Oliver Friggieri.  Ta’ min ifaħħar l-imħabba ta’ dan il-poeta lejn art twelidu u lejn ilsienna, li għalkemm jinsab daqstant ’il bogħod minn Malta  - ilu l-Awstralja sa mill-1984  - b’danakollu, ma nesa qatt lil pajjiżu u l-letteratura tiegħu.

Huwa żar lil Malta diversi drabi u allura seta’ jinnota ċertu tibdil li seħħ fostna matul is-snin.  Dan it-tibdil xejn ma jidher sodisfatt bih; anzi, jistaqsi sogħbien: “Fejn hi dik Malta li ħallejt warajja?” (L-aħħar salut).  Forsi l-aktar li tweġġa’ qalb il-poeta hija d-dehra ambjentali.  Huwa jħoss in-nuqqas tal-kampanja u jara l-konkrit jieħu post il-ġebla lokali.

Iżda mhix biss.  Tant hu, hekk li jistqarr: “Il-ħajja saret bla sens u bla sura” (Taħt miżieb iqattar). Il-poeta jidher imdejjaq anki b’ċerti esperjenzi personali li għadda minnhom u li donnhom ħallew effett ikrah fuqu (Tħallunix waħdi!).  Imdejjaq ukoll bl-inġustizzji li qiegħda toffri d-dinja ta’ żmienna (Jien iben is-Sirja).  Bħalma ma jħossux sodisfatt anqas bit-taqlib jew tibdil li seħħ fin-nisġa tal-poeżija lokali (Linji ġodda).  Fl-aħħarnett, il-ħsieb tal-mewt ukoll inissel fih ċertu swied il-qalb (Fil-ħofra tal-irmied).

Trifolju Ta’ Lwien għandu preżentazzjoni differenti mill-kotba li aħna mdorrijin bihom, iżda xorta waħda hu ktieb attraenti.  Il-qarrej isib bijografija dettaljata ta’ kull poeta u Studju kritiku mill-Professur Oliver Friggieri li jqis lil dawn it-tliet poeti bħala “interpreti tar-realta` bejn tmiem is-seklu għoxrin u s-seklu l-ġdid.” 

Għalkemm kull poeta jittratta temi differenti minn sħabu, iżda l-qarrej żgur li jintebaħ illi l-poeżija moderna resqet pass sewwa lejn dik prożajka; tant li kważi, l-prosodija tilfet għal kollox is-siwi tagħha.

Reċensjoni ta’ Alfred Massa