Tuesday, May 12, 2015

Ħa Jerġgħu Jiltaqgħu l-Kittieba Għawdxin

Serata letterarja fil-Librerija l-Gimgha 5 ta’ Gunju 2015 fis-7.30pm

Is-Sajf magħna! Il-festi wkoll!

Jidher li d-diversi serati letterarji li għamilna matul dawn l-aħħar sentejn fl-okkażjoni tal-Karnival, tal-Gimgħa Mqaddsa, tal-Milied, eċċ,  bis-sehem ta’ wħud mill-kittieba Għawdxin li matulhom inqraw anke xogħlijiet ta’ kittieba li ħallewna, intlaqgħu tajjeb, u allura b’dan ir-riħ fil-qala’, ser nagħmlu serata oħra nhar il-Gimgħa 5 ta’ Gunju fis-7.30pm fil-Librerija Pubblika ta’ Triq Vajrinġa, Rabat Għawdex li matulha qed jiġu mistiedna l-kittieba Għawdxin, uħud minnhom magħrufa sew fostna.  Bla dubju nħeġġu lill-istudenti u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Letteratura Maltija biex iżommu dik il-ġurnata vojta u jiġu jisimgħu xi ftit poeżija sabiħa, xi novella, xi ftit epigrammi li tant kien magħruf għalihom il-Poeta tan-Natura u ex President ta’ Malta Anton Buttiġieġ, magħruf bħala Toni l-Baħri mwieled il-Qala, xi storja, xi ftit folklore flimkien ma’ xi ftit mużika bil-għajnuna sħiħa ta’ Mro Antoine Mercieca.  

Billi jkun beda Gunju u allura s-sajf jinsab qrib u l-festi jkunu bdew ukoll, dis-serata qed insemmuha: Is-Sajf Magħna u l-Festi wkoll.  Se jinqraw xi siltiet mix-xogħlijiet ta’ Gorġ Pisani u Patri Mattew Sultana Kapuċċin mix-Xagħra minn Antoinette Grech u Lorna Tabone,  kif ukoll ser nisimgħu xogħlijiet minn fomm il-kittieba Charles Bezzina, li għadu  kemm tana ktieb dwar Għawdex fl-Aħħar Gwerra, Ganninu Cremona, Anton F Attard u Vanessa Attard, Joe Camilleri, Joe W Psaila, Patri Remiġ Galea Kapuċċin li għadu kemm ingħata Ġieħ Sannat, Mario Borg, Raymond Caruana,  Dr Alfred Grech, Frans Mizzi u Pierre Mejlak li dan l-aħħar għal kitbiet tiegħu rebaħ premju prestiġġjuż mill-Ewropa.  Jekk naraw li ma tħalluniex waħidna, għal ġejjieni nerġgħu noħolmu b’xi ħaġa oħra!   Tinsewx li l-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss!

Kif se tinqasam is-Serata:

Essay: Il-festi Magħna:  Kav Joe M Attard
Charles Bezzina:
John Cremona:
Joe Camilleri:
Intervent Muzikali:  Mro Antoine Mercieca
Antoinette Grech: Epigrammi ta’ Anton Buttigieg: Part 1
Joe W Psaila:
Mario Borg: Poeżija – ‘Ħabbejtek’.
Pierre Mejlak:
Lorna Tabone:  Poeżija ta’ patri Mattew Sultana: ‘is-Saltna Tiegħi’
Patri Remig Galea:
Anton F. Attard u Vanessa Attard: Festi titulari ta’ Gunju  -  Poeżiji
Intervent Muzikali: Mro Antoine Mercieca
Dr Alfred Grech:
Lorna Tabone: Poeżija ta’ Gorg Pisani: ‘Filosofija tal-Kampanja’
Francis Mizzi:
Raymond Caruana: Poeżija: Il-Bandiera Maltija
Antoinette Grech: Epigrammi ta’ Anton Buttigieg:  Part 2


Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex


No comments: