Dr. Carmel Mallia se jaqra esej bil-Malti bl-isem, "Il-Poeżija tat-Tbatija f'Rużar Briffa
b'referenza għall-poeta Franċiż Alfred de Vigny." Dan l-istess
studju se jkun ippubblikat fi ktejjeb ta' 24 paġna u se jkun għall-bejgħ waqt
din il-laqgħa li ssir f’Dar l-Emigrant – ħdejn dħul il-Ġnien tal-Barrakka ta’
Fuq – bejn l-10am u 12pm. Il-ktejjeb se jinbigħ għall-prezz ta’ €3 u l-qligħ imur għall-Għaqda Poeti Maltin.
Il-ktejjeb dwar Rużar Briffa se
jkun b'xi stampi, jagħti
l-karatteristiċi tal-poeżija tat-tbatija ta' Rużar Briffa u fih Dr. Mallia
jqabbel xi punti li ħareġ ma' xi karatteristiċi tal-poeta Franċiż Alfred de
Vigny (1797-1863).
Dan l-esej oriġinarjament inkiteb bl-Esperanto mill-istess
Dr. Karmenu Mallia u deher flimkien ma' esejs ta' awturi esperantisti oħra
fil-'Festlibro de A al B/por Andre' Albault', ippubblikat mill-Edition Iltis,
Franza.
Kulħadd huwa mistieden. Se jkun hemm ukoll ħin biex dawk
preżenti jaqraw kemm poeżiji ta’ Rużar Briffa kif ukoll versi tagħhom stess.
No comments:
Post a Comment