Paul Vella,
twieled Ħal Balzan 1944 għex il-Gżira. Kien jaħdem bħala Linotype Operator
it-Times/Berqa fis-sittinijiet bikrin. Din hija intervista qasira li għamilt lilu lejn l-aħħar parti tas-sena 2012.
1. Issa li hemm fl-Awstralja
dħaltu fir-rebbiegħa x’inhuma l-pjanijiet tal-Maltese Literature Group? Grupp
bħal dan kemm hu effettiv biex ilaqqa’ flimkien il-Maltin fl-Awstralja?
Issa
li spiccat ix-xitwa u qeghdin fir-rebbiegha, se nergghu nibdew niltaqghu
filghaxija fl-ahhar Gimgha tax-xahar ghax matul ix-xhur tax-xitwa konna qed
niltaqghu l-ahhar Hadd tax-xahar wara nofsinhar kemm minhabba li hafna jsibuha
bi tqila biex isuqu fid-dlam u x-xita u kemm minhabba l-ksieh. Issa fi hsiebna
li jkollna l-Laqgha Annwali Generali u l-Festin tal-Milied fejn niltaqgu fuq
il-proprjeta` tal-membri taghna Frank u Draga Bonett u naghmlu barbecue bla
hlas ghall-membri. Il-Grupp taghna dejjem ihajjar lill-komunita` biex tattendi
l-laqghat taghna u forsi jsiru membri imma niehdu gost meta jigu
gh-all-Programm Muziko-Lettararju li naghmlu kull sena u niehdu gost ukoll li
kulhadd jibqa’ hemm sal-ahhar avolja l-programm idum xi tliet sieghat. Kulhadd
jiehu pjacir u japprezza.
2. Inti personalment fiex inti
impenjat bħalissa?
Jiena,
barra li jien il-PRO tal-Grupp Letteratura Maltija u niehu hsieb il-Folju ta’
kull xahar, jien ukoll PRO tar-Reskeon Maltese Associaiton, wahda mill-eqdem u wahda
mill-ikbar ghaqdiet Maltin f’Melbourne, segretarju tar-Reskeon Seniors Group,
ghaqda ohra kbira u jien xandar ta’ programmi Maltin fuq radju Komununitarju
f’Melbourne, 3ZZZ, li programm taghna jistghu jinstemghu minn fuq l-internet
ukoll ghax idumu hemm gimgha shiha.
3. Kif iħarsu lejn Malta
l-Maltin li jgħixu fl-Awstralja llum?
Il-Maltin
ta’ hawn, hafna minnhom huma anzjani u ghandhom nostalgija kbira ghal Malta u
ghadhom ihobbu u mxenqin minn dak kolllu li hu Malti. Ghalhekk ihobbu jisimghu
il-programmi Maltin ghaliex ihossuhom aktar qrib Art Tweldihom.
FEJN KONT?
Fejn kont
Xħin sħab sewdieni
Dallam lil ħajti?
Pruvajt infittex
Lil min iwennisni,
Jimlini bit-tama
Biex ngħix il-ħajja ferħana
Li dejjem kont naf.
Fejn kont
Xħin saħħti ġarrbitni
U ħsibtni qed nara
Tiegħi t-tmiem?
Fittixt lil min nafda
Ħalli jwennisni
U jerġa’ jgħabbini
Fuq il-karru tal-ħajja
Tas-saħħa li tlift.
Fejn kont
Matul ħajti
Meta mwarrab
Ħassejtni mirbugħ?
Xtaqt il-wens tiegħek
Biex terġa’ tibnili
L-fiduċja li kelli
Matul ħajti kollha
U li issa kont tlift.
Fejn kont?
Għidli: fejn kont?
Kont hawn...
Dejjem ħdejja!
PAUL VELLA
Melbourne, Mejju, 2012
No comments:
Post a Comment