ŻIFEF U RWIEFEN-Antoloġija ġdida
Naħseb li mhux b’kumbinazzjoni ngħatat dan l-isem. Żifef u Rwiefen (ISBN 978-99932-0-600-2) hija antoloġija bil-Malti u bl-Ingliż ta’ żewġ poeti kontemporanji Patrick Sammut u Stephen Cachia li fiha tħaddan żifef ta’ ottimiżmu u rwiefen ta’ krib muġugħ tal-poeta li jfittex l-ideal fil-ħajja u fl-ambjent ta’ madwaru, li konxju li qiegħed jinqered bil-mod il-mod minnu stess.
Filwaqt li StephenCachia jaqleb mill-vers tradizzjonali għal dak ħieles f’kitbietu, Patrick Sammut jippreferi l-istil ħieles għal kollox biex isensel l-opri tiegħu. It-temi ta’ Cachia huma varji għall-aħħar u jittrasportawk minn mergħa għall-oħra tal-ħsieb b’ħeffa ta’ l-għaġeb.
F’Patrick Sammut jidher ċar il-bniedem rett, il-kritku, l-analista li jagħmel dissett issa mhux mill-poeżiji ta’ ħaddieħor kif imdorrijin narawh jagħmel, imma mill-ħajja nnifisha li donnha żvijat fi triqitha u saħansitra mill-istess bniedem li donnu jehda bil-qirda ta’ l-ambjent ta’ madwaru. Huwa , iżda jirrifjuta li jilmah it-tmiem riesaq u jagħżel li b’sabar jistenna l-bidla lejn ħajja aħjar, lejn l-għarfien ta’ dak kollu sabiħ u l-apprezzament wara l-għarfien. Antoloġija li kapaċi ssiefrek fuq mewġietha minn estrem għall-ieħor u turik bla tlaqliq l-irkejjen oskuri ta’ l-eżistenza u timlik bl-ewforija mixtieqa li tgħin lill-bniedem biex jgħix tassew u mhux jeżisti.. Ixtruh!
Grazzi Therese.
No comments:
Post a Comment