Wednesday, July 15, 2009

Intervistat Alfred Massa

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb/poeta jsemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali?

Il-kelma qirda minnha nnifisha hija negattiva. Mela ma tistax taqbel maghha; u l-kittieb/poeta izjed u izjed ghax hu meqjus bhala lehen is-socjeta`.
Anzi, in-Nisrani ghandu japprezza aktar gmiel in-natura kif jistqarr Anton Buttigieg fil-poezija tieghu Il-Holma t’Alla.
Jiena nemmen li kull kittieb ghandu dmir sagrosant biex jiddefendi bil-pinna tieghu l-ambjent naturali. Fil-fatt niehu gost ninnota li bosta kittieba ghamlu u ghadhom jaghmlu dan.
B’danakollu, kultant bla ma trid donnok tigi bejn haltejn meta tistaqsi lilek innifsek: X’ghandu jigi l-ewwel, il-bniedem jew l-ambjent? Fis-sens li ghandna nhallu nies bla dar biex ma neliminawx post rurali?
Jiena nahseb li wiehed ghandu jzomm bilanc, specjalment f’pajjiz zghir bhal taghna.


2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb/poeta? Ghandu kittieb/poeta jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz ta’ vrusu/il-kitba tieghu?


Iva. Ftit ilu fil-Messagg tieghi bhala President tal-Ghaqda Poeti Maltin ghal Jum il-Poezija ikkwotajt dak li darba qal Alfred Sant, kittieb u politiku maghruf sewwa fostna. Naqbel ma’ Sant li hu dmir tal-kittieb li jsemma’ lehnu biex iwassal messagg/i lill-mexxejja tal-pajjiz.
Kittieba barranin tawna ezempju ta’ dan. Insemmi lis-Sovjetiku, Alexandre Solzhenitsyn u lic-Cilen, Pablo Neruda. Dawn kienu lesti jaccettaw l-ezilju biex jiddefendu l-liberta` ta’ pajjizhom. Bhalhom ghamlu ohrajn.
Li ma naqbelx hu, li kittieb ikun partigjan fil-kritika tieghu.


3. Rigward l-involviment “politiku” (anki f’sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza jew tal-poezija?


Ma narax differenza. Kemm il-proza kif ukoll il-poezija jistghu jwasslu l-istess messagg b’modi differenti. Fil-fehma tieghi, it-tnejn ghandhom is-siwi partikolari taghhom.


4. Semmi aspett kurrenti li jolqtok u jgaghlek tikteb illum?


Jiena nemmen li l-kittieb ghandu juza l-pinna tieghu biex iwassal messagg/i lill-qarrejja. Importanti pero` li kull messagg ikun wiehed pozittiv, inkella ma jkun jiswa xejn u bhal Solzhenitsyn nghidlek, li jekk il-kitba ma tkunx hekk, allura tkun tajba biss ghal-landa taz-zibel.
Meta jiena nigi biex nikteb sew jekk poezija, novella, artiklu jew sahasitra rumanz, dejjem inzomm dan quddiem ghajnejja. Mhux li nkun didattiku zzejjed, tifhimnix hazin, imma nipprova nqanqal lill-qarrej biex jahseb dwar dak li jkun qed jaqra, imbaghad jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.
Per ezempju, bhalissa l-aktar suggett li nhossu attwali huwa l-familja u maghha nzid il-qawwa tal-valuri li bhala poplu ahna l-Maltin dejjem ghozzejna u li dizgrazzjatament uhud minna qeghdin jarmuhom u jghaffguhom taht saqajhom bla ma jahsbu dwar il-konsegwenzi li dan ghad ihalli fuq il-generazzjonijiet futuri.


5. Il-kittieb/poeta jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabelxejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba/poeti kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?


Naqbel mieghek perfettament. Izda f’pajjiz zghir bhal Malta wiehed jistenna li se jsib lil min jirraguna li mors tua, vita mea. Jekk dan hux sewwa hija hag’ohra.
Iva, kultant tiltaqa’ ma’ whud li jzommu ruhhom lura milli jghinu lill-kollegi taghhom. Mhux biss, imma certi kritici tarahom ifittxu x-xaghra fl-ghagina biex jikxfu n-nuqqasijiet flok ma jipprovaw ikunu kostruttivi fil-kritika taghhom. Mhux ta’ b’xejn xi hadd darba kiteb li l-kritici huma kittieba falluti.
Anzi l-kittieb Taljan, Luigi Marbello f’intervista li kienet saritlu fuq l-istazzjon televiziv 2000 stqarr li "Il-kittieb m’ghandu qatt jaghmilha ta’ kritiku. Mhix haga gusta li kittieb jiggudika kittieb iehor." (29.08.2005).
Il-gustizzja m’hawnx isbah minnha. Kultant wiehed ihares lejn il-kittieb qabel jaqra xoghlijietu. L-istess jaghmlu certi kritici. Lil dawk li ghandhom grazzja maghhom arahom jincensawhom u lil min ghal xi raguni ma jinzlilhomx jarmulu xoghlijietu. Dan mhux sewwa.
Imbaghad hemm il-kwestjoni tal-klikek li tant ktibt dwarha li miniex ser nirrepeti ruhi. Kulmin isegwini jaf tajjeb kif nahsibha dwarhom.
Fl-ahharnett ejja nkunu realistici u nammettu dak li darba stqarr il-gurnalist Roberto Giodano fil-programm televiziv fuq “Peste e Corna”: "Id-dinja dejjem harset bhala nies kbar lill-artisti tac-cinema u lil hadd aktar." (24.03.2005).


6. X’tahseb dwar l-importanza tal-istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul kontinwu f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?


L-istorja ta’ Malta ma tistax tifridha minn dik Ewropea; ghax Malta hi parti mill-Ewropa. Ghalhekk tajjeb li kittieb jaghti importanza xierqa lill-istorja f’dan il-kuntest.
Nghid ghalija fir-rumanzi tieghi spiss inhobb naghti pinzellati storici. Dan barra milli ghandi zewg rumanzi li jaqghu purament f’din il-kategorija ta’ letteratura: L-Istar tal-Imghoddi u Rahal Maqbud f’Tempesta. Tal-ewwel jittratta dwar l-invazjoni Russa fic-Cekoslovakkja u l-iehor dwar il-qaghda f’rahal partikolari Malti fis-seklu 18.
Ir-rumanz storiku barra milli jirrikjiedi ricerka serja biex iwassal il-verita` ta’ dak li jkun gara, ir-rumanzier fil-kummenti tieghu irid ikun gust mal-istorja nfisha filwaqt li jzomm bilanc bejnha u bejn il-grajja fittizja.
Il-kwestoni tal-immigranti irregolari nistqarr li nhares lejha u nxebbahha ma’ qarnita b’hafna saqajn. Mhux facli tikkummenta bla pregudizzju dwar din il-problema; anki jekk hawn min qed jissuspetta li ghada pitghada dawn ghad jistghu jiehdu helu helu l-Ewropa taht idejhom. Imma jekk allahares qatt dan isehh ikun htija taghna l-Ewropej.


7. Inti tikteb kemm rumanzi kif ukoll poezija. Ghandek xi progetti letterarji godda ghall-gejjieni?


Il-kittieb ma jieqaf jikteb qatt. Il-mewt biss izzommu. Ghalhekk progetti jkollu dejjem; imma kemm minn dawn isiru realta` hemm diversi fatturi li jistghu jghinu u li jistghu jfixklu. Jiena ninsab f’din il-qaghda.

No comments: