Tuesday, December 01, 2009

Ktieb gdid ta' Carmel G. Cauchi

Studju li nqara waqt it-tnedija tal-ktieb
“L-GHENEB QED JISWIED” ta’ Carm. G. Cauchi


Il-proza novelliera taghmel sehem mill-proza kreattiva. Ghalhekk wiehed jifhem is-siwi taghha; anki jekk dan il-generu letterarju jista’ jitqies bhala parti mill-izvilupp kontinwu tal-proza, li skond Dr Charles Briffa, “bosta drabi zammet kuntatt mal-burdati tal-ilsien popolari”.

Il-Prof. Guze` Aquilina jirreferi ghan-novella bhala “rakkont ta’ grajja vvintata li jqarreb lejn ir-rumanz bid-differenza li hija iqsar minnu”. Imma hafna drabi dawn iz-zewg ferghat letterarji jhaddnu l-istess ingredjenti; bhal tema u zvolgiment taghha, holqien ta’ karattri, sfond , djalogar u infilsar f’taqsima partikolari. Personalment, jiena nemmen fil-kitbiet simili ghandu jkun hemm messagg - ghalkemm nammetti li llum mhux kull kittieb jahsibha hekk - u naqbel perfettament mal-kittieb Russu, Alexandre Solzhenitsyn meta stqarr, li kitba bla morali hija tajba biss ghal-landa taz-zibel.

Mela, in-novellier johloq xoghlu bi skop. Tajjeb nghidu, li sa mill-qedem, il-kelma miktuba xtaqet twassal messagg. Wiehed jehtieg jiftakar, li s-socjetaÏ thares lejn il-kittieb bhala “profeta”; jew ahjar mexxej li jiggwida lill-qarrej fi triq tajba. Dan jista’ jsir biss, kemm-il darba l-istorja thalli effett pozittiv. Wara kollox, hekk ghamel Gesu` meta kien fuq din l-art, inqeda bil-parabboli biex iwassal messagg lin-nies ta’ zmienu, u messagg li ghadu u jibqa’ attwali ghal kull zmien.

M’ghandix spazju biex niftah twieqi fuq letteraturi barranin, imma se naghti biss harsa hafifa lejn l-ghalqa letterarja lokali; naturalment, fejn tidhol in-nisga tan-novella. Lura fis-snin, wiehed jinnota li l-ewwel novellieri taghna taw importanza kbira lis-sentiment, b’enfasi specjali fuq it-twemmin Nisrani. Imbaghad bil-mod il-mod in-novella bdiet tiskopri toroq godda. Dahlet in-novella socjali, storika, patrijottika, religjuza, cajtiera, satirika u sahansitra dik makabra.

Ma nistax ma nsellimx lil dawk in-novellieri taghna li hallewlna bhala wirt, novelli li ghadna naqrawhom sa llum. Difficli nsemmihom kollha peress li huma bosta. B’danakollu, ma nistax ma nsemmix fost


l-ohrajn, lil Sir Temi Zammit (1864-1935), lil Dr Ninu Cremona (1880-1972), lil Ivo Muscat Azzopardi (1897-1966), lil GuzeÏ Ellul Mercer (1897-1961); u eqreb lejna ta’ min isemmi lil GuzeÏ Bonnici (1907-1940), lil Gorg Pisani (1909-1999), lil Patri Wistin Born OP (1910-1986), lil GuzeÏ Chetcuti (1914-2006), lil Lino Spiteri (1930 - ), lil Joe Camilleri (1946- ) u lil tant ohrajn. Daqqa t’ghajn hafifa lejn dawn in-novellieri turina, li n-novella Maltija bdiet tiehu xehta serja bejn is-seklu XIX u s-seklu XX.

Carmel G. Cauchi hu novellier li b’wicci minn quddiem nistqarr li nqisu bhala kittieb prolifiku f’oqsma differenti tal-letteratura taghna. Lil Carmel ili nafu hafna u nirringrazzjah pubblikament tal-fiducja li wera fija, kif ukoll tac-cans li tani li nsir midhla sew tal-kitba tieghu: poetika, prozajka u drammatika, meta afdali f’idejja kull ktieb li ppubblika biex naghti l-fehma tieghi dwaru.

Bhala novellier, mhux l-ewwel darba li Cauchi nizzel ismu fost ir-rebbieha f’diversi konkorsi; u dan juri, li kritici differenti - anki jekk il-kritika hija dejjem suggettiva - gharfu japprezzaw il-hila li dan il-kittieb ghandu fil-kitba tan-novella. Jiena norbot din il-kapacita` letterarja f’dan il-qasam mal-fatt li hu qatta’ (u ghadu jqatta’) hafna minn hajtu fost it-tfal u z-zghazagh taghna, kemm bhala ghalliem kif ukoll bhala katekist.

Imbaghad nghiduha: Min ma jhobbx l-istejjer? L-istejjer ihobbuhom it-tfal u jhobbuhom il-kbar. Imma l-istejjer ta’ Carmel G. Cauchi ghandhom xi haga partikolari li rreferejt ghaliha aktar qabel. Cauchi jikteb l-istejjer tieghu bi skop li jwassal messagg u dan wiehed jinnotah fin-novelli kollha tieghu, inkluzi dawn migburin f’dan il-ktieb: L-Gheneb qed jiswied u Novelli ohra u beda jidher sahansitra sa mill-ewwel Gabra li ppubblika fl-1975 Qsari fis-Setah.

Ma xtaqtx inhalli barra, qabel nikkummenta dwar din il-pubblikazzjoni, in-novelli tieghu ghat-tfal, fejn holoq diversi karattri bil-ghan li t-tfal jistghu jidentifikaw ruhhom maghhom. Hekk nghidu ahna, niltaqghu ma’ karattri simpatici bhal dawk ta’ Pietru Pitravu u Betta Trumbetta. It-tfal ihobbu jitbissmu u l-awtur holoq sitwazzjonijiet apposta fejn dahhal lil dawn il-karattri f’bawxati li jhobbu jaghmlu t-tfal stess. Imma wara dik it-tbissima li jsibu f’dawn l-istejjer hemm mohbija taghlima siewja ghal kull wiehed u wahda minnhom.

Imbaghad hemm ukoll is-semplicitaÏ tal-istil, id-djalogar haj, il-praspar helwin u fuq kollox il-Malti sabih u mexxej. X’ma jiggennux allura t-tfal ghall-kotba bhal dawk! Ghalija dan huwa mod kif wiehed jeduka lit-tfal moralment u civilment minghajr ma jkun didattiku zzejjed.

Il-Gabra li Carmel G. Cauchi qieghed jipprezentalna nistghu nghidu li timxi fuq l-istess binarji li ghadni kemm semmejt, bid-differenza li t-temi ttrattati u l-istil imhaddem huma aktar adattati ghal persuni ta’ etajiet akbar.

Forsi jkun hawn min gustament jistaqsi: Meta din il-Gabra thaddan daqstant numru sabih ta’ novelli - 11 b’kollox - x’gieghel lill-awtur jghammidha proprju bl-ewwel wahda: L-Gheneb Qed Jiswied? Nahseb li hemm zewg ragunijiet. L-ewwelnett ghax ghal Carmel din hija novella ghaziza hafna peress li tista’ tigi ttimbrata bhala wahda awtorbijografika. It-tieninett ghax Carmel innifsu jaf tajjeb kemm hija novella mahduma tajjeb.

Irrid nghid, li din in-novella kienet hadet sehem fil-Konkors ta’ Novelli Farsons li ghal numru ta’ snin kien ikun organizzat mill-Pagna Letterarja tal-gurnal “Il-Hajja” u fis-sena 1986 rebhet l-Ewwel Premju. Araw ftit x’qalet il-Gurija li dik is-sena kienet komposta minn John Sciberras, Anton Grasso u Dott. Rena Balzan: Din in-novella tinqata’ ghal kollox mill-ohrajn. Hi grajja mehuda mill-hajja ta’ kuljum, miktuba b’realizmu haj u bi stil letterarju ta’ livell gholi. Jiena cert, li meta l-qarrejja jaqrawha mhux biss japprezzaw dan il-kumment, imma wkoll taqbzilhom demgha, peress li d-doza sentimentali hija qawwija hafna. Sabiha ferm it-tixbiha bejn id-dielja u l-karattru ewlieni li thossha ghaddejja minn pagna ghal ohra.

U n-novelli l-ohra? Nisthajjilhom frott go qoffa, fejn kull frotta hi differenti minn ohra; imma kollha ghandhom it-toghma bnina taghhom. Imbaghad, wiehed ma jridx jinsa l-qawl Latin: De gustibus non disputandum est. Il-gost huwa dejjem suggettiv. B’danakollu, it-tajjeb u s-sabih jibqghu, u s-sodisfazzjon ahhari jhalli t-timbru tieghu fuq kulhadd.

Kif jistqarr l-awtur innifsu fid-Dahla tal-ktieb, il-bicca l-kbira ta’ dawn in-novelli nkitbu fit-tieni nofs tas-snin tmenin; b’danakollu, peress li jittrattaw temi attwali, “ghandhom joffru qari pjacevoli u fl-istess hin impenjattiv”. Is-suggett l-aktar komuni b’mod generali huwa l-familja. Hafna drabi Cauchi jlaqqaghna ma’ uhud mill-problemi li din l-istituzzjoni tiltaqa’ maghhom minn zmien ghal zmien. Bhal nghidu ahna, l-effett hazin li jhallu l-preferenzi tal-genituri fuq ulied (Bejn Dell u Dija). Il-konsegwenzi li jistghu jhallu l-kunfidenzi zejda bejn membri ta’ familji differenti (Pupi b’Xagharhom Ahmar). L-ugigh ta’ ras li jgibu ghall-genituri, l-ulied handikappati (Bziezaq) u l-indhil tal-genituri fl-ghazliet tal-istat ta’ wliedhom (Il-Warda Roza).

Nghid is-sew laqtitni hafna n-novella Genesi, mhux ta’ b’xejn rebbieha f’Konkors ta’ Novelli mniedi minn gurnal lokali fl-1988. Hawn niltaqghu ma’ zewg stejjer li jimxu parallelli jew ahjar fuq zewg binarji sakemm fl-ahhar il-qarrej jahseb li se jsib is-soluzzjoni l-gusta tal-problema, izda l-awtur jaghzel li din ihalliha ghall-qarrej innifsu. Novella mibnija tassew tajjeb minn kull lat.

Naturalment, kif wiehed jistenna minn kittieb bhal Carmel G. Cauchi kwazi f’kull novella tinhass doza ta’ religjozita`; fl-istess hin l-awtur ilaqqaghna ma’ diversi problemi tal-hajja. Imma donnu jrid ifakkarna, li wara kull problema hemm l-id t’Alla li dejjem lesta biex toffri l-ghajnuna taghha u b’hekk kull problema ssib is-soluzzjoni taghha.

Ma jonqsux sitwazzjonijiet li jistghu jidhru kemmxejn (kif jghidu bl-Ingliz:) far fetched; bhad-dehriet ta’ erwieh li jwasslu messaggi lil individwi kif insibu fin-novelli Il-Warda Roza u Alter Christus. Imma dawn huma hwejjeg li wiehed jista’ jaghmel diversi mistoqsijiet dwarhom u jiddeciedi hu fi zminijietna ghandux jaccettahom jew le.

Mill-bqija din il-Gabra toffri hdax-il novella rilassanti. Jiena cert li l-qarrej jiehu gost jaqrahom ghax ma fihom ebda tahbil il-mohh zejjed. Pero`, huma wkoll imbuttaturi biex wiehed jahseb u jirrifletti dwar certi sitwazzjonijiet li d-dinja kontempioranja qieghda thabbtilna ma’ wiccna.


Ghalhekk it-temi li ttratta Cauchi tista’ tghid li huma kollha attwali ghal kull zmien.

Illum, meta qamet fostna mill-gdid il-kwestjoni tac-censura, din zgur ma tapplikax ghal din il-Gabra. U nghidha bla tlaqliq, huwa dejjem tajjeb li jkollna f’idejna kotba ta’ din ix-xehta. Ghaldaqstant, nifrah lill-pubblikatur, is-Sur Sebastian Agius, li dahal ghal dan ix-xoghol; anki meta qeghdin jinbtu ideat madwarna, li fil-fehma tieghi, qeghdin ihawdu l-imhuh dwar il-valur u l-estetika tal-letteratura taghna. Huma ideat li xi awturi lokali hadu minn ohrajn barranin, bl-iskuza komda tal-modernizmu.

Nistaqsi: Biex novella tkun ta’ livell letterarju tajjeb trid thaddan kliem baxx, vulgari, kultant anki xi blasfema u zzeffen fin-nofs is-sess bi prominenza esklussiva? Novella tajba trid bilfors tixxokkja lill-qarrej b’dan il-mod? Dawn saru l-ingredjenti tan-novella kontemporanja? Ghax ma nammettux, li hawn min qieghed jipprova jnezza’ l-kelma libertaÏ mill-vera tifsira taghha! Jien naqbel perfettament ma’ min isostni li l-kittieb ghandu kull dritt jikteb dak li jrid; imma meta jesponi xoghlu fil-pubbliku ghandu juri certa dicenza letterarja. Ic-censur ewlieni ghandu jkun l-awtur innifsu. Hija accettabli, li bniedem johrog barra gharwien bl-iskuza li min irid jista’ jhares lejh u min ma jridx jista’ jdawwar wiccu?

Jiena nifrah lil dawk il-kittieba li ghandhom il-kuragg jissuktaw izommu l-kitbiet taghhom kontra dan il-kurrent. Ghax kif darba stqarr mieghi l-mibki avukat George Zammit f’intervista li ghamiltlu ghall-gurnal “Il-Hajja”: “Il-Letteratura ghandha dmir li tgholli l-bniedem u tressqu lejn certa spiritwalitaÏ fis-sens wiesgha tal-kelma.”

Jalla l-kittieba taghna jibzghu ghall-pinna taghhom u ma jhallux warajhom kitbiet li jhammgu l-qlub u l-imhuh tal-qarrejja ta’ llum u ta’ ghada. Carmel G. Cauchi zgur mhux wiehed minn dawn!

miktub minn Alfred Massa, President tal-Ghaqda Poeti Maltin
Nota tal-ahhar: Il-qoxra tal-ktieb gdid ta' Carmel G. Cauchi hija xoghol tal-ghalliem u artist zaghzugh, Hilary Spiteri. (ara www.hilaryspiteri.com )


No comments: