Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Sunday, November 29, 2009
L-Għaqda Poeti Maltin fil-Furjana
Għal darb’oħra l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana, il-Furjana. Dan seħħ nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru, fis-7.30 p.m. Mexxa s-serata s-Segretarju, Charles Magro, filwaqt li żewwaq il-Lejla bl-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-istili u t-temi tal-poeżiji li nqraw. Charles Magro tkellem ukoll dwar il-proġett li għadha kemm nidiet l-Għaqda Poeti Maltin fejn 19-il poeżija bl-Ingliż ta’ 19-il-poeta membru ntagħżlu u ġew stampati f’format ta’ bookmarks. Dawn se jiġu mqassmin f’lukandi u fi ħwienet iffrekwentati mit-turisti ħalli jkunu jistgħu jgawdu ftit mill-benna tal-poeżija Maltija bl-Ingliż. Il-proġett “Bookmarka” ġie sponsorjat mill-BOV. Il-membri tal-Għaqda Poeti Maltin qraw poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan dwar temi differenti. Kien hemm ukoll waqtiet ta’ riflessjoni dwar suġġetti mqajma mill-poeżiji li nqraw waqt il-Lejla. Il-viċi-President, Patrick Sammut, qara studju tal-viċi-Segretarju, Dr. Joseph Axiaq, dwar “Il-kunċetti tal-Ħarifa u tax-Xitwa fil-Poeżija Maltija”. Fit-tmiem tal-Lejla l-membri tal-Għ.P.M., flimkien mal-membri taċ-Ċentru Kultura Franġiskana kienu mistiedna għal riċeviment żgħir.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment