·
Din hi l-ġrajja tal-poeta Carmel Attard li
l-Letteratura Maltija għadha ma sabitlux in-niċċa li tixraqlu. Attard għadda
ħajja mimlija tbatija mentali minħabba saħħtu, u minħabba stigma soċjali
kiefra.
·
Din hi l-ġrajja ta’ bniedem-poeżija,
ġwejjed u qalbieni, li ried jgħix hieni f’soċjetà li m’aċċettatux dejjem kif
kien u fuq kollox ma ħallitux isib l-imħabba bl-għażliet intimi li ried
jagħmel.
F’din
il-bijografija, l-ħabib tiegħu Paul P.
Borg jimxi miegħu sa mit-tfulija fil-bitħa tal-Mużew, u jikxef
għall-ewwel darba l-umanità fid-dramm tal-ħajja f’Sant Anton, f’tifel ta’ tmien
snin, fis-salott id-dar, fit-toroq tal-Qawra u ta’ Ħal Balzan, fl-isptar Monte
Carmeli...
Paul P. Borg b'hekk juri kif sieħbu Carmel Attard,
il-poeżija mhux kitibha, imma għexha b’intensità kbira .
No comments:
Post a Comment