Monday, July 28, 2014

Lejla letterarja (sajfija) -- Programm: il-Gimgħa l-1 ta’ AWWISSU 2014 fis-7.30pm

POST: fil-bitħa tal-Lending Library fi Pjazza San Franġisk, Victoria

Għawdex (il-bajjiet) fil-Letteratura  -- kitba tal-Kav Joe M Attard: jieħdu sehem Antoinette Grech, M’Louise Attard u Marija Schembri
‘Żerniq’  --  tkanta Mariella Cefai Spiteri
Fil-folla tal-Apsidi ta’ San Lazzru  -- kitba ta’ Joe Camilleri; jaqra l-awtur
Poeżija ta’ Gorg Pisani: jaqra ibnu Paul G. Pisani
‘Inti Djamant: tkanta Josephine Marie Grima
Poeżija: Ix-Xlendi Jgħannilek  --  Ganninu Cremona
‘Il-festa tas-Sokkors 2014’    -  jaqra l-awtur Joe W Psaila
Lil art twelidi Malta: tkanta is-Sopran Rosabelle Pavia
‘Sant’Andrija tax-Xlendi’; ‘il-Bejta tat-Tfulija’ ta’ Dun Gorg Mercieca – Jaqra l-awtur
Mġarr ix-Xini  --  poeżija ta’ Charles Bezzina; jaqra l-awtur
Song:  Deborah C
‘Għawdex gżira ta’ żmien imżewwaq’ ta’ Anton F Attard; jaqra l-awtur
‘Quddiem il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja’ ta’ Patri Remiġio Galea: jaqra l-awtur
Poeżiji ta’  Dr Alfred Grech: ‘Kif tista’; ‘Mhemmx isbaħ mir-riħ fuq!’.
Logħba  -- tkanta Mariella Cefai Spiteri ( il-kanzunetti ta’ Mariella għandhom lirika ta’ Joe Friġġieri u mużika ta’ Charles Camilleri)
                                                                  
Kelmtejn tal-Għeluq  --  George Cassar i/c Libreriji

Dan huwa l-programm tas-Serata Letterarja għal dan iż-żmien tas-sena wara li iktar kmieni kienu saru tliet serati oħra, waħda fl-okkażjoni tal-Milied, oħra fil-Karnival u oħra marbuta mal-Gimgħa Mqaddsa. Imħeġġa mill-preżenza sabiħa ta’ Għawdxin li attendiet fit-tliet okkażjonijiet, l-organizzaturi issa qed jippreżentaw din is-serata għal beraħ tal-bitħa li nsibu wara l-Lending Library ta’ Misraħ San Franġisk Victoria, taħt sema kwiekeb u għall-arja friska billi ninsabu fl-eqqel tas-sajf.  Il-pubbliku huwa mistieden igawdi xi ftit mill-benna u l-ħlewwa tal-kittieba tagħna flimkien ma’ xi ftit noti melodjużi u xarba friska fi tmiem is-serata.  Mela ejjew oqogħdu!

Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex




No comments: