Wednesday, May 28, 2014

Lejla ta' Poeżija u tnedija ta' ktieb ta' poeżiji ta' poetessa mill-Kanada mill-Għaqda Poeti Maltin



L-Għaqda Poeti Maltin, flimkien mal-Faraxa Publications,  nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Mejju 2014, fis-7p.m., se ttella' Lejla ta' Poeżija fis-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi fil-Furjana. Il-membri tal-Għaqda huma mistiedna jattendu u jaqraw il-poeżiji tagħhom b’liema ilsien jixtiequ. 

Waqt l-istess Lejla se jitnieda l-ktieb ta' poeżiji, A Land in the Storytelling Sea tal-poetessa mill-Kanada Sheryl Loeffler li se jkollha ħin biex taqra għadd ta' poeżiji minn tagħha u twieġeb għal xi mistoqsijiet. Din il-ġabra ta' poeżiji hija ppubblikata minn FARAXA Publishing.

A Land in the Storytelling Sea se jinbiegħ għal €14.75 waqt it-tnedija u €18.75 mill-ħwienet. Il-ktieb għandu bosta ritratti bil-kulur li jakkumpanjaw il-poeżiji u ntlaqa’ tajjeb ferm minn kull min rah.

Għal kull min hu interessat jaqra intervista mal-poetessa Amerikana mill-Kanada jista’ jara din il-ħolqa: http://faraxabooks.com/2014/05/15/about-sheryl-loeffler/
NARAWKOM HEMM u ġibu magħkom il-poeżiji tagħkom. Wara Sheryl Loeffler tkun qiegħda tiffirma kopji tal-ktieb tagħha. Ikun hemm ukoll bibita.

No comments: