Fir-ritratt jidher il-poeta Għawdxi Charles Bezzina.
Nhar il-Ħamis
filgħaxija 28 ta’ Novembru għadd ta’ kittieba Għawdxin iltaqgħu flimkien u qraw
xi xogħlijiet tagħhom li kienu jvarjaw minn proża, poeżija u essay. Inqraw ukoll xi xogħlijiet letterarji ta’
kittieba Għawdxin li m’għadhomx magħna li kienu jinkludu lil Gorġ Pisani,
il-Prof Ġuże’ Aquilina, Mary Mejlak,
Anton Buttiġieġ ex President tar-Repubblika, Patri Mattew Sultana Kapuċċin u
l-Kan Joe Mejlak. Din l-okkażjoni saret
fuq l-inizjattiva tal-Kav Joe M Attard li fi żmien qasir se jippubblika ktieb
dwar Kittieba Għawdxin matul dawn l-aħħar
Mitt sena. Intant, il-kittieba Għawdxin li laqgħu
l-istedina u qraw xi xogħol tagħhom kienu jinkludu fost l-oħrajn lil Joe Camilleri, Charles Bezzina, Joe W Psaila
(li qrat żewġ poeżiji tiegħu s-sinjura Marja Żammit Borġ billi l-poeta inzerta
msiefer), Ġanninu Cremona, Dun Gorġ Mercieca, Anton F Attard, l-Avukat Alfred
Grech u l-Kapuċċin Patri Remiġ Galea.
Il-kantant Spiro Sillato u s-sopran Rosabelle Pavia komplew żejnu s-serata bis-sehem
mużikali tagħhom.
No comments:
Post a Comment