Saturday, November 23, 2013

Serata Mużiko-Letterarja Purament Għawdxija

 Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru 2013, fis-7.00 pm, fiċ-Ċircolo Gozitano, fi Pjazza Savina, Victoria, ser issir Serata li matulha ser jinqraw xogħlijiet letterarji Għawdxin mill-kittieba nfushom  (fejn hu possibbli) fuq produzzjoni tal-Kav Joe M Attard.  Xi żewġ noti fuq il-kordi tal-kitarra ma jonqsux.  Kulħadd huwa mistieden.  
Ta’ min ifakkar li fi żmien qasir, il-Klabb Kotba Maltin se jippubblika ktieb dwar Kittieba Għawdxin u xi siltiet mix-xogħlijiet tagħhom li bla dubju se jkompli jbexxaq tieqa fuq il-Letteratura Maltija ta’ matul dawn l-aħħar mitt sena.

Kav Joe M Attard

emarjos@hotmail.com

No comments: