Għadha kemm ħarġet it-tieni edizzjoni tal-ktieb TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN ta' Patrick Sammut (De La Salle Publications, 2012, 332 paġna) li l-ewwel edizzjoni tiegħu kienet rat id-dawl fl-2003.
TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN (2012) ġie aġġornat kemm min-naħa ta' dati, ladarba mill-2003 kien hemm numru ta' kittieba ttrattati fih li mietu, kif ukoll mil-lat ta' pubblikazzjonijiet. Din id-darba Sammut żid ukoll ftit iktar materjal mal-40 kittieb oriġinali marbutin mal-oqsma tan-narrattiva, tat-teatru, u fuq kollox tal-poeżija.
Insibu għalhekk iż-żieda ta' erba' kapitli li jittrattaw żewġ kittieba u Brothers ta' De La Salle, Br. Henry Grech u Br. Michael Buttigieg, flimkien mal-poeta Carmel Attard, u Appendiċi ddedikata lil xi kittieba Maltin li jinsabu barra minn xtutna, parti kbira minnhom fil-kontinent tal-Awstralja.
F'TIEQA FUQ KITTIEBA MALTIN wieħed isib tagħrif bijografiku qasir dwar il-kittieba ttrattati, imma fuq kollox kummenti u analiżi ta' natura kritika letterarja dwar aspetti differenti ta' kitbiethom.
Il-ktieb qed jinbiegħ mill-Bookshop tal-Kulleġġ ta' De La Salle fil-Kottonera.
No comments:
Post a Comment