Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012, flimkien mal-President tal-Għ.P.M., Charles Magro
Ir-rebbieħa tal-kategorija tal-poeżiji bil-Malti, Therese Pace. Rebbieħa wkoll tal-Premju Amante Buontempo
Il-pubbliku li attenda għal-Lejla ta' Premjazzjoni
Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija
2012, li l-Għaqda Poeti Maltin nediet fl-1 ta’ Lulju 2012, ġie fi tmiemu
b’Serata ta’ Premjazzjoni li saret il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, fis-sala tas-Soċjetà
tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-belt Valletta.
  Din is-sena wkoll kien hemm għadd
sabiħ ta’ konkorrenti, Membri tal-Għaqda Poeti Maltin u mhumiex.
 Il-Ġurija li eżaminat il-poeżiji
kienet magħmula mis-Sinjuri George Falzon, Louis Briffa u l-Inġ. Maurice Mifsud
Bonnici.
 Il-Konkors kellu tliet taqsimiet:
tal-Malti, tal-Ingliż u tat-Taljan. 
Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu dawn li ġejjin:
 Bit-Taljan ġiet fl-Ewwel Post
il-poeżija “Intimità” ta’ Christine
Borg Farrugia.  Fit-Tieni Post ġiet
“Patéma” ta’ Mario Attard.
Fit-taqsima tal-Ingliż l-Ewwel ġiet
il-poeżija “Blue Tongued Lizard” ta’
Donovan Gatt.  It-Tieni ġiet “Vaudeville” ta’ Kristina Miggiani.
 L-Ewwel fit-Taqsima tal-Malti ġiet
il-poeżija “Bersall”, ta’ Therese Pace. 
Fit-Tieni Post ġiet il-poeżija “Nawfraġju Ieħor”  ta’ Stefano Farrugia.  Fit-Tielet Post ġiet il-poeżija “Rabta”, ta’
Mark Amaira.
  Therese Pace ngħatat ukoll il-Premju
‘Mons. Amante Buontempo’, bħala r-Rebbieħa assoluta tal-Konkors Nazzjonali
tal-Poeżija 2012.
 
No comments:
Post a Comment