Parti mill-pubbliku li kien preżenti waqt il-Lejla ta' Poeżija Internazzjonali.
Il-President, Charles Magro, waqt id-diskors tal-ftuħ tiegħu.
Miriam Ellul, li mexxiet is-serata
Nhar
il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, 2012, fis-7 p.m., l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet
Lejla Internazzjonali ta’ Poeżija fis-sala ewlenija tal-Kunsill Lokali ta’
B’Kara. Lejla bħal din seħħet in kontemporanja ma’ lejliet ta’ poeżija oħra
madwar id-dinja kollha bħala parti mill-inizzjattiva 100,000 Poets for
Change li seħħet għall-ewwel darba fl-2011. Din is-sena saru mat-800 reading
f’115 pajjiż differenti. It-temi ewlenin ittrattati mill-poeti parteċipanti
huma l-paċi, is-sostenibbiltà u
l-bidla lejn dinja aħjar.
Il-Lejla
nfetħet b’diskors tal-President tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, li wera l-pjaċir tiegħu li Malta, permezz tal-Għaqda, kienet għal darb’oħra qed
titpoġġa fuq il-mappa dinjija permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan l-event
internazzjonali. Qal ukoll li l-poeta għandu d-dmir li jaħdem biex iġib dinja
aħjar, u dan permezz tal-poeżija tiegħu. Matul il-Lejla mtella’ mill-Għ.P.M. u
li għaliha attendew bosta persuni, ipparteċipaw mal-15-il poeta li qraw poeżiji
bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Il-Lejla tmexxiet minn Miriam Ellul,
il-P.R.O. tal-Għaqda u l-kantanta lirika Analise Schiriha żewqet l-avveniment
b’kanzunetti jew għanjiet mir-repertorju liriku Malti u internazzjonali.
Għal
darb’oħra avveniment bħal dan seta’ jseħħ bl-għajnuna tal-membru attiv u poeta,
Therese Pace. Avveniment bħal dan u l-poeżiji li nqraw matul il-Lejla se
jittella’ fuq is-sit virtwali u internazzjonali www.100TPC.org
Wara s-serata dawk preżenti kienu mistiedna għal bibita.
No comments:
Post a Comment