Thursday, September 20, 2012

Lejla Internazzjonali ta' Poeżija f'B'Kara


L-Għaqda Poeti Maltin se ttella' Lejla Internazzjonali ta' Poeżija nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Settembru, fis-7 p.m. f'kollaborazzjoni mal-avveniment internazzjonali 100 Thousand Poets for Change

Il-post se jkun il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, Ċentru Ċiviku, Triq Tumas Fenech (wara l-Knisja ta' Santa Liena). 

L-idea wara dan l-avveniment internazzjonali huwa biex tinħoloq kuxjenza favur il-bidla ambjentali, soċjali u politika, u dan kollu fi struttura ta' paċi u sostenibbilta'. 

Għalhekk il-Membri tal-Għaqda Poeti Maltin, flimkien ma' dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-poeżija u anki dak kollu li hu favur il-paċi, huma mistiedna jattendu u jġibu magħhom poeżiji, anki b'ilsna differenti, biex jaqrawhom quddiem dawk preżenti. 

Ma ninsewx li din il-Lejla se tkun parti minn avveniment internazzjonali li għandu l-istess għanijiet. Malta diġa' pparteċipat is-sena l-oħra f'dan l-avveniment permezz tal-Għaqda Poeti Maltin. Nerġgħu nkunu preżenti u nħajru lil dawk ta' madwarna biex jattendu, jaqraw jew jisimgħu poeżiji differenti biex ningħaqdu ma' bosta pajjiżi oħra mid-dinja kollha.

No comments: