Din hija blog li tikkonċentra fuq il-letteratura kemm Maltija kif ukoll barranija. Huma inklużi wkoll aċċenni għal ħwejjeġ interessanti marbutin mal-kultura. Ara wkoll il-blog tiegħi www.pagnawarapagna.blogspot.com għal reċensjonijiet u studji dwar kotba differenti.
Wednesday, December 21, 2011
Intervista ma' Hilary Spiteri
Hilary Spiteri llum huwa lecturer tal-Istorja tal-Arti fis-Sitt Klassi tal-Kulleġġ ta’ De La Salle. Huwa parti mill-grupp Footprints li jdoqq mużika tal-ġeneru Christian Rock. Huwa wkoll wieħed mill-artisti żgħażagħ kontemporanji u fotografu dilettant. Dan l-aħħar ħareġ il-ktieb tiegħu bl-isem ta’ Academic Artistic Training in Early British Malta. Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jara s-sit: www.hilaryspiteri.com
L-Intervista:
1. X’inhu l-isfond tiegħek f’rabta mad-dinja tal-Arti?
Fil-prezent nista nghid li l-Arti tinvolvi parti sostanzjali minn hajti. Hija kemm il-professjoni tieghi kif ukoll il-passatemp tieghi. Fuq bazi personali jien involut artisitikament fi produzzjoni ta’ arti pittorika, muzika kif ukoll kitba.
2. Minn fejn bdiet l-idea li tippubblika xogħol bħal dan?
Din ir-ricerka taf il-bidu taghha meta kont ghadni student unversitarju. Infatti l-bicca l-kbira tar-ricerka saret ghall-Masters li jiena ghamilt fid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Xi ftit snin wara li wettaqt b’success dan l-istudju, sibt hafna inkoraggiment minn kollegi u hbieb sabiex ngholli din ir-ricerka ghall-livell ta’ publikazzjoni. Minkejja li kienet triq twila u xi mdaqqiet b’hafna ostakoli, nista nghid li l-perseveranza wasslitni sabiex intemm dan il-progett li jaghti gieh lill-istorja ta’ art twelidi.
3. X’tittratta eżattament din il-pubblikazzjoni tiegħek? Kemm ħaditlek żmien biċċa xogħol bħal din?
Il-ktieb bit-titlu 'Academic Artistic Training in early British Malta', joffri studju dettaljat fuq il-pedagogija akkademika artistika li kienet offruta f’Malta fl-ewwel sittin sena tal-hakma kolonjali Ingliza (1800-1860). Dan il-ktieb huwa l-ewwel produzzjoni Maltija li tittratta b’mod dettaljat it-taghlim tal-arti fl-ewwel zminijet bikrija tal-Inglizi f’Malta.
Ir-ricerka li wettaqt tul dawn l-ahhar disa’ snin ma kinitx wahda facli. Grazzi ghall-appogg u l-ghajnuna li sibt minn ghalliema u kollegi, fosthom il-Professur Mario Buhagiar, Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, u l-hidma kontinwa permezz ta’ ricerka f’dokumenti originali, kemm f’Malta kif ukoll f’pajjizi barra minn xtutna (Ruma u Londra), irrnexxieli nifformola stampa cara tal-istabbilimenti ewlenin f’Malta li kienu joffru mezzi didattici artisitci u min kienu l-ghalliema, studenti u artisti fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax.
4. Għal min hija mmirata l-aktar?
Din il-publikazzjoni hija wahda ta’ natura teknika. Ghaldaqstant inhoss li l-element viziv kif ukoll l-adattament tal-kitba jghinu sabiex din il-publikazzjoni sservi bhala passagg li jittratta l-aspetti artistiku, socjali u politiku f’Malta, fl-ewwel snin tal-hakma Ingliza.
5. Inħoss li element importanti ħafna f’din il-pubblikazzjoni huwa l-aspett viżiv. Xi tgħid dwar dan?
L-aspett viziv ta’ din il-publikazzjoni involva ammont sostanzjali ta’ energija u xoghol sabiex il-prodott ikun wiehed tal-oghla livell. It-tfassil u l-issettjar huwa wiehed ta’ natura semplici u diretta sabiex jagevola lill-qarrej. Min-naha l-ohra, huwa ta’ min japprezza r-rikkezza fotografika tax-xoghlijiet artisitici li toffri din il-publikazzjoni. Kull dettal gie evalwat sabiex il-qarrej ikollu pprovuduta gwida viziva parallela mal-kontenut.
6. X’inhi l-importanza ewlenija ta’ ktieb bħal dan?
Dan il-ktieb jiftah tieqa fuq aspetti interessanti fuq il-perjodu Ingliz ta’ Malta fejn ftit li xejn gie apprezzat u ricerkat. Dan il-ktieb joffri nisga ta’ avvenimenti artistici li sehhew f’Malta u li mmodifikaw l-identita taghna bhala poplu.
7. Żgur li Malta qed terġa’ titqiegħed fuq quddiem bi proġett bħal dan. Xi tgħid dwar hekk?
Malta kellha x-xorti li ghaddiet minn taht l-idejn ta’ diversi hakkiema li ddominaw b’supremazija fl-ibhra tal-Ewropa. Tajjeb li wiehed josserva li meta Malta saret kolonja Ingliza, hija saret parti minn dominju kbir li bla ebda dubju halla impatt qawwi u pożittiv fuq livell amministrattiv u edukattiv. Din il-publikazzjoni titfa’ dawl fuq dan il-progress u kif Malta zammet pari passu mal-medda taz-zmien.
8. Xi tgħid dwar it-tagħlim tal-Arti fl-iskejjel Maltin illum? Għamilna pass lura jew ’il quddiem? X’jista’ jsir għall-aħjar?
L-arti fl-iskejjel Maltin hadet spinta ’l quddiem. Min-naha l-ohra nahseb li fadal hafna xi jsir sabiex l-istudenti taghna jingħataw formazzjoni artistika kompluta. Personalment inhoss li n-nuqqas ta’ rizorsi presenti fl-iskejjel kif ukoll in-nuqqas ta’ rikonixximent tad-dixxiplina artisitka fuq livell terzjarju qed jillimitaw dan is-suggett.
9. Inti kif tirrikonċilja x-xogħol tiegħek ta’ għalliem, l-attività kreattiva tiegħek bħala artist u proġetti ambiżżjużi u ta’ natura akkademika bħal dan il-ktieb tiegħek?
L-attività artisitka, il-professjoni tieghi u n-natura akkademika jinvolvu hafna hin u hsieb u ghalqadstant mhux daqshekk facli sabiex wiehed jilhaq kompromess. Min-naha l-ohra nhoss li din hija nisga fejn ghandek elementi differenti li jikkumplimentaw lil xulxin u jaghmlu l-affarijiet aktar interessanti. Dan iservi ta’ stimulu sabiex navvanza aktar ’il quddiem bil-progetti tieghi li ghaldaqstant iservu ta’ kontribut ghas-socjetà li naghmel parti minnha.
Ara wkoll il-videos fil-links: http://hilaryspiteri.blogspot.com/2011/12/hilary-spiteri-featured-on-meander-re.html u http://hilaryspiteri.blogspot.com/2011/11/hilary-spiteri-featured-on-pbs-re.html
Intervista ta' Patrick Sammut
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment