Sunday, November 15, 2009

Il-Fiera tal-Ktieb Novembru 2009

Il-Hadd filghodu. Jum bnazzi mill-isbah. L-10a.m. Id-Dar tal-Mediterran. In-nies qed jingabru bil-mod il-mod. Adulti u tfal, awturi u pubblikaturi, persuni li jahdmu fid-Dipartiment tal-Libreriji pubblici. Fuq kollox stands shah mimlijin b'kotba ta' kull tip. U n-nies tizdied, taffolla, niezla u tielgha s-sala ewlenija tara x'jista' jolqot lill-ghajn, x'jista jattira l-kurzita', x'tista' tixtri.
Jiena ghamilt l-istess, imma din id-darba tajt kas iktar x'gie ppreparat mill-organizzaturi tal-Fiera tal-Ktieb. Hadt gost tassew u ghaddejt naqra hin sewwa nifli t-taqsimiet differenti bil-bords iddedikati lill-Biblijoteka Pubblika, lid-Drammaturgi, lit-Tradutturi u lill-Monumenti flimkien mal-poeziji Maltin marbutin maghhom.

Din kienet inizzjattiva interessanti tassew. Il-pubbliku ghalhekk ma attendiex biss biex jara u jixtri l-kotba, imma anki biex jiltaqa' ma' bosta kittieba Maltin (hajjin u mejtin), u anki poeziji, marbutin mal-letteratura Maltija.
Hadt gost ukoll naqra xi kwotazzjonijiet mehudin minn xoghlijiet ta' kittieba u hassieba barranin, kwotazzjonijiet dwar il-ktieb, imma anki indirizzi elettronici, blogs u siti ta' kittieba lokali. U dan fuq l-iskrins digitali li kien hemm imxerrda matul is-sala tal-espozizzjoni.
Iktar ma jghaddi z-zmien iktar wiehed jinduna li event bhal dan qed jigi ppreparat b'imhabba u b'inventiva. Ma ninsewx ukoll is-serati ta' tnedija li sehhu matul dawn il-hamest ijiem tal-Fiera tal-Ktieb. Saru wkoll inizzjattivi ta' Story Telling minn pubblikaturi partikolari, u din zgur hija okkazjoni importanti biex it-tfal joqorbu iktar lejn id-dinja tal-ktieb.
Hadt gost nara lil certi kittieba jiffirmaw kotba taghhom li ghadhom kemm gew ippubblikati. Il-kuntatt dirett tal-kittieb mal-pubbliku huwa necessarju. Suggeriment tajjeb huwa li d-Dipartiment tal-Libreriji jeghleb kull ostaklu burokratiku jew bsaten fir-roti li jistghu jigu anki minn gewwa stess, jaghmel il-kuragg u jibda jorganizza Laqghat apposta fejn il-pubbliku jibda jiltaqa' regolarment mal-kittieba kollha. KOLLHA, u mhux biss mas-soltu ghazla limitata ta' awturi, imma l-awturi KOLLHA. Anki ma' dawk li m'ghandhomx l-ispinta ta' pubblikaturi li bhalissa ghandhom ir-rota tal-marketing f'idejhom u b'hekk jistghu jiddettaw huma liema hija l-letteratura tajba u liema hija dik hazina; liema hija dik il-letteratura li ghandha tidhol fid-djar tan-nies.
Bhalissa ghaddejja l-polemika tahraq dwar ic-Censura. Ic-Censura hija kerha f'certi kazi, f'kazi ohra hija perikoluza, f'kazi ohra hija bzonn. Jiddependi. Pero'... hemm min jaf jisfrutta okkazjoni bhal din biex imexxi prodott, ibiegh, jigbed l-attenzjoni fuqu, anki jekk il-prodott li jkun qed joffri mhux bilfors ikun tajjeb, decenti, anzi medjokri. U dan anki bl-ghajnuna tal-gazzetti, tal-medja, tal-internet. Imma min ghandu ghajnejh hallih jara, u min ghandu mohh hallih jifhem... U minn dawn hemm bosta, anki jekk kontra l-ftit li bhalissa jimmonopolizzaw is-suq tal-ktieb, jippreferu jibqghu fis-silenzju.
Il-ktieb u s-suq. Min isuq lil min? Liema hija l-letteratura vera? Min se jaghti spazju lil dawk il-kittieba li m'ghandhomx ix-xorti li jigu mbuttati minn min ghandu l-kapital x'jinvesti?
Hawn jidhol il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Naf li hemm elementi li jhobbu s-sewwa, jahdmu bil-qalb u li huma IMPARZJALI. Imma l-imparzjalita` hija d-don tal-ftit fuq din il-gzira skoll.
Il-Fiera tal-Ktieb qed issir ukoll ESPERJENZA li ma tispiccax mal-gheluq tal-hames jum taghha. U dan permezz tad-dedikazzjoni ta' persuni genwini. Prosit lil dawn. Naghlaq hawn.

2 comments:

Unknown said...
This comment has been removed by the author.
Unknown said...

Naqbel hafna mad-diversi osservazzjonijiet li ghamilt! Jien nahseb li l-fiera tal-ktieb kienet inizzjatiiva siewja hafna imma dejjem hemm fejn wiehed itejjeb il-livell u jaghti spinta akbar il-quddiem!