Saturday, November 21, 2009

Ic-censura u l-paladini tal-liberta' tal-espressjoni

Bhalissa ghaddejja l-polemika tahraq dwar ic-censura. Ic-censura hija kerha f'certi kazi, f'kazi ohra hija perikoluza, f'kazi ohra hija bzonn. Jiddependi. Pero'... hemm min jaf jisfrutta okkazjoni bhal din mija fil-mija biex imexxi prodott, ibiegh, jigbed l-attenzjoni fuqu, anki jekk il-prodott li jkun qed joffri mhux bilfors ikun tajjeb, decenti (u hawn qed nirreferi ghal valuri estetici aktar milli morali), anzi medjokri. U dan anki bl-ghajnuna tal-gazzetti, tal-medja, tal-internet, ta’ “kritici minn ta’ gewwa”. Hokkli dahri u nhokk tieghek.

L-idea llum hija din. Barra minn Malta l-hamallati, il-pastazati, il-lingwagg baxx u offensiv, il-pornografija, id-dagha u l-bqija ilhom moda snin shah, fic-cinema u fit-televizjoni l-aktar, imma anki fil-qasam tal-letteratura. Barra minn Malta din hija wkoll il-letteratura li qed tigi ppremjata (imma mhux biss din, tinsewx!) Mela d-difensuri tal-liberta' tal-espressjoni jghidulek ghaliex ahna l-Maltin ma nistghux naghmlu bhall-barrani? Huwa fatt li l-ikrah, il-baxx, il-medjokri jigbed l-akbar attenzjoni, mela ghaliex ma nikkuppjawhx? Inkunu mal-kurrent, insiru parti mill-villagg globali anki f'dan il-qasam. U addijo originalita'. Wara kollox il-massa dan li tfittex, hemm qieghed is-suq u l-bejgh.


Imma min ghandu ghajnejh hallih jara, u min ghandu mohh hallih jifhem... U minn dawn hemm bosta, anki jekk - kontra l-ftit (imma li jafu jaghmlu hoss) li bhalissa jimmonopolizzaw is-suq tal-ktieb - jippreferu jibqghu fis-silenzju.

Huma bosta d-difensuri u l-paladini tal-liberta' tal-espressjoni. Ma ninsewx pero' li hemm arti, hemm letteratura, u fuq in-naha l-ohra hemm il-medjokrita', u anki d-difensuri tal-medjokrita'. Il-medjokrita' tibqa' medjokri, anki jekk tigi ppremjata bl-oghla premji li jistghu jezistu fil-pajjiz. Ghandha tinghata hafna iktar attenzjoni meta l-awtoritajiet ikkoncernati jigu biex jaghzlu l-membri tal-gurija li jiddeciedu liema pubblikazzjonijiet se jwarrbu u liema se jippremjaw.

Il-ktieb u s-suq. Min isuq lil min? Liema hija l-letteratura vera? Min se jaghti spazju lil dawk il-kittieba li m'ghandhomx ix-xorti li jigu mbuttati minn min ghandu l-kapital x'jinvesti, minn min ghandu l-mikrofonu f’idu, ir-rih fil-qala?

Hawn jidhol il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Naf li hemm elementi li jhobbu s-sewwa, jahdmu bil-qalb u li huma IMPARZJALI. Imma l-imparzjalità hija d-don tal-ftit fuq din il-gzira skoll.

Ic-censura u d-difensuri tal-liberta' tal-espressjoni. Wara dan kollu hemm dawk li jigri x'jigri jaghmlu dejjem profitt. Staqsu z-zghazagh tal-lum x' "letteratura" lokali qed jixtru. Investiment iehor ghall-gejjieni taghhom...

No comments: