Sunday, October 12, 2008

Messagg ghal Jum il-Poezija 2008


Every year the 15th of October is dedicated to Poetry. Alfred Massa, President of the Maltese Poets Association, wrote this message in Maltese:

IL-POETA-PROFETA

Uhud aktarx jabbinaw il-kelma profeta ma’ bniedem li jbassar il-gejjieni. Forsi ghax fl-Antik Testment il-profeti kultant kienu jaghmlu dan. Izda l-verita`, it-tifsira ta’ profeta hija ghalliem.

Ghalhekk, il-poeta tradizzjonali kien u ghadu l-ghassies tas-socjeta`; u hekk ghandu jkun. Importanti jsegwi l-grajjiet li jsehhu madwaru, u fejn jinnota nuqqasijiet ghandu jhossu fid-dmir li bi prudenza kbira jiftah halqu u jsemma’ lehnu.

Hekk ghamlu fl-imghoddi diversi poeti kbar, specjalment f’dawk il-pajjizi li kienu mmexxijin fuq linji dittatorjali. Insemmi b’ezempju lic-Cilen, Pablo Neruda, u lis-Sovjetiku, Alexandre Solzhenitsyn, li t-tnejn spiccaw hazin u daqu l-ezilju ghax ghamlu dan. Imma ma bezghux iwettqu dmirhom. U tahsbux li dawn huma hwejjeg ta’ l-imghoddi biss. Skond l-IWA ftit xhur ilu, poetessa Izlamika spiccat il-habs ghax kitbet versi dwar l-Izlam illum; versi li gew ittimbrati mill-awtoritajiet ta’ pajjizha bhala poeziji terroristici (terrorist poetry).

Importanti pero`, li l-poeta jimxi mal-qawl Ciniz li jghid: Il-poeta ghandu jkun dejjem mera tas-sewwa. Dan jimxi id f’id ma’ dak li jsostnu xi whud, illi l-Kitba, inkluza l-poezija, ghandha ghan wiehed: li taghmel il-gid.

Dr. Alfred Sant, politiku u kittieb maghruf sewwa f’pajjizna, waqt attivit¿ li saret ad unur it-tabib Guze` Bonnici fil-kwartieri tal-Partit Laburista, il-Hamrun, nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru 2007, heggeg lill-kittieba Maltin kollha biex ma jibzghux juru l-fehmiet dwar dak li jkun qieghed isehh madwarhom. Ma jimpurtax li jista’ jkun hemm min jittimbrahom politikament.

Hekk ghandu jkun. Hekk titlob id-demokrazija. Hekk titlob il-liberta`. Hekk titlob il-missjoni ta’ kull kittieb serju – inkluz il-poeta. Ghalhekk, xi drabi l-politici jibzghu mill-kitba. Jista’ jkun li ghal dan il-ghan inholoq il-qawl Ingliz: The pen is mightier than the sword.

Imma, b’dan il-mod biss il-poeta jkun tabilhaqq jixraqlu jissejjah profeta.


ALFRED MASSA

No comments: