Sunday, October 19, 2008

Joe Axiaq - Poeta Malti mill-Awstralja


Intervista: Patrick J Sammut ikellem lil Joe Axiaq

Joe Axiaq twieled iz-Zebbug Ghawdex u emigra lejn l-Awstralja fl-1974. Ta’ 21 sena fil-bidu tal-qawmien multikulturali fl-Awstralja nghaqad ma’ l-ewwel grupp ta’ xandara fuq Radio 3ZZ fil-bidu tax-xandir tal-programmi Maltin fl-Awstralja, waqt li beda x-xoghol fl-amministrazzjoni manigerjali tieghu ma’ Telecom Australia u kompla bl-istudju u t-tahrig fl-amministrazzjoni, fil-gurnalizmu u fix-xandir. Kien involut fit-twaqqif ta’ l-ewwel grupp li kien jigbor fih iz-zghazagh Maltin f’Victoria, ghal attivitajiet rikreattivi u kulturali. Fl-1979 kien involut fit-twaqqif tal-Maltese Literature Group fl-Awstralja. Joe beda jikteb ta’ eta` zghira ghall-programmi tat-tfal fuq ir-Rediffusion. Huwa kompla bix-xoghol tar-radju fuq Radio 3EA, illum SBS Radio, bhala gurnalista, xandar, producer u traduttur. Illum huwa n-National Executive Producer tal-Programmi Maltin kollha li jixxandru fuq l-SBS minn Melbourne u Sydney kuljum. Ghar-radju kiteb ghadd kbir ta’ novelli, stejjer, radjudrammi, features u dokumentarji. Ix-xoghlijiet letterarji tieghu jinstabu f’ghadd ta’ antologiji Maltin, rivisti u gazzetti ppubblikati Malta u l-Awstralja..

Huwa mizzewweg lil Elizabeth, Awstraljana ta’ nisel Malti u ghandu zewgt itfal, Catherine u Bernadette.

1.X'inhi r-relazzjoni ta' Joe Axiaq u l-Awstralja llum? Xi tfisser Malta ghal min jinsab fil-pozizzjoni tieghek?

Twelidt u trabbejt f’ambjent tipiku Għawdxi fir-rahal taz-Zebbug li sas-snin sebghin tas-seklu l-iehor kienu ghadu kif hallewh missirijietna u nannieta tal-qedem, f’razzett li min-naha wahda tara l-bahar u l-bajjiet sbieh tax-Xwejni u Marsalfron u fuq in-naha l-oħra l-widien u l-ghelieqi jhaddru taht l-gholjiet tad-Dabrani u Ta’ Kuljut. X’kuntrast mal-belt ta’ Melbourne bil-hwienet, restoranti u n-negozju u l-kummerc ta’ kuljum, fejn ilni nahdem għal dawn l-ahhar tletin sena u s-subborgi ta’ l-istat vast ta’ Victoria bi triqat twal u wesghin li jihduk sa l-ibghad trufijiet li ma jwasslu ghall-imkien. Ghawdex li hallejt aktar minn tletin sena ilu huwa Ghawdex tal-kartolini:

Meta mix-Xwejni
titla’ t-telgha taz-Zebbug
minn fuq il-Ponta t’Ghajn Melel
thossok tistrieh
u ghajnejk taghlaq
f’genna ta’ l-art miflug.


(Minn Mix-Xwejni ghaz-Zebbug)

Midhla ta’ Malta u Ghawdex tal-lum bit-tibdil u l-progess li sar b’xi zjara kultant u nzomm ruhi aggornat bil-mezzi komdi tat-telekomunikazzjonijiet tal-lum u anki permezz tax-xoghol gurnalistiku tieghi, fuq il-programmi tar-Radju ta’ l-SBS li wiehed mill-ghanijiet huwa li jzommu lill-Maltin ta’ l-Awstralja aggornati b’dak li jkun ghaddej fil-gzejjer Maltin. Ghalija li ghext aktar min-nofs hajti barra minn Malta, f’pajjiz mimli rizorsi u opportunitajiet, aktar ma jghaddi z-zmien aktar naffaxxina ruhi dwar kif dan il-poplu fuq gzira zghira, mix-xejn gharaf johloq ghejxien ghal uliedu, generazzjoni wara l-ohra u llum huwa pajjiz sovran bi stil ta’ hajja ma’ l-aqwa fid-dinja. Malta ommi, l-Awstralja marti, illum facli tinfired mill-mara, imma m’ommok ma tinfired qatt.

2. F'liema attivitajiet jew ghaqdiet jew inizzjattivi inti impenjat fil-prezent?

Minhabba x-xoghol tieghi bhala National Executive Producer tal-programmi Maltin fuq ir-Radju ta’ l-SBS li jxandar programmi Maltin kuljum ghall-komunita Maltija ma’ l-Awstralja kollha, ma nista’ nkun impenjat direttament ma’ l-ebda ghaqda jew organizzazzjoni partikulari li ghandna hafna minnhom fil-komunita’ Maltija fl-Awstralja. U fl-istess hin b’xi mod jew iehor inzomm kuntatt kontinwu mal-ghaqdiet kollha permezz tal-informazzjoni li nghaddulhom fil-programmi taghna ghas-semmiegha taghna. Ahna qeghdin hemm ghal kulhadd biex nitkellmu u nahdmu id f’id ma’ dawn l-ghaqdiet u l-organizzazzjonijiet li jkollhom xi haga xi jwasslu lis-semmiegha tagħna. Is-sejha ta’ dawn l-ghaqdiet bhalissa hija li jridu z-zghazagh. Il-bicca l-kbira tal-mexxejja ta’ dawn l-ghaqdiet huma mdahhla fiz-zmien u m’hemmx min jiehu posthom.

3. Fil-belt fejn tghix, il-Maltin, u komunitajiet ohra, jiehdu interess fil-letteratura?

L-interess mill-Maltin fil-letteratura fl-Awstralja huwa limitat fis-sens li m’hemmx apprezzament bizzejjed ghal dik li hija letteratura propja. Ghal bicca l-kbira tal-Maltin fl-Awstralja, il-letteratura hija poezija li taqbel jew xi storja li tbikki jew iddahhak. Hemm socjetajiet ta’ qari u kitba letterarja Awstraljani li huma serji u li minnhom tista’ titghallem hafna. Imma bhala komunita` Maltija ghadna ‘l boghod hafna minn dan. Issib membri f’dawn is-socjetajiet Awstraljani, ulied it-tieni u t-tielet generazzjoni li tkun taf li huma ta’ nisel il-Maltin minn kunjomhom biss, ghax jiktbu biss bl-Ingliz u ma jzommux kuntatt mal-komunita` Maltija.

4. Min huma l-kittieba Maltin fl-Awstralja llum? Xtahseb dwarhom u x'qed jinkiteb minnhom?

Il-kittieba rilevanti Maltin fl-Awstralja huma ftit. Dawn huma kittieba li f’Malta diga` kienu bdew jippubblikaw u ghamlu certu isem. Dan in-numru ta’ kittieba qed dejjem jonqos minhabba l-eta` u ghalhekk dawk li fadal jinghaddu fuq l-idejn. F’dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena jew aktar nistghu nghidu li ma kellniex minn dawn il-kittieba li emigraw minn Malta. Dawn il-kittieba dejjem komplew jiktbu, ghalkemm forsi mhux dejjem jippubblikaw. Matul iz-zmien kien hemm ghaqdiet jew gruppi Maltin, li kienu jhaddnu whud minn dawn il-kittieba. Illum hafna minn dawn il-kittieba jahdmu wahidhom fis-skiet. Tajjeb li jkollok ghaqdiet li jigbru u jlaqqghu lil dawk li jhobbu u ghandhom ghal qalbhom il-letteratura, minghajr ma jimtlew l-imhuh li ghax wiehed jidhol f’ghaqdiet bhal dawn isir kittieb jew poeta. In-numru zghir ta’ kittieba/poeti rilevanti, qeghdin johorgu kotba ta’ poeziji, rumanzi, u ricerka bil-Malti u bl-Ingliz li huwa inkoragganti hafna.


5. Xi tghid dwar il-programmi radjufonici u anki l-gurnali tal-Maltin fl-Awstralja?

Jien in-National Executive Producer tal-Programmi Maltin li jixxandru fuq ir-Radju ta’ l-SBS li jinghata fondi mill-Gvern Awstraljan biex ixandar nazzjonalment mal-Awstralja kollha programmi bi 68 lingwa fosthom bil-Malti. Ahna ghandna programmi ta’ siegha kuljum li jixxandru mic-centri taghna ta’ Melbourne u Sydney, b’xandara u gurnalisti Maltin impjegati fiz-zewg centri. Il-programmi jinkludu bulettini ta’ ahbarijiet ta’ Malta, l-Awstralja u l-kumplament tad-dinja, intervisti ma’ personalitajiet Maltin minn Malta u l-Awstralja dwar suggetti topici, features u ahbarijiet kurrenti, dak li jkun ghaddej fil-komunita’ Maltija fl-Awstralja, programmi talkback ecc. Il-Maltin qatt ma jixbghu jisimghu dwar dak li jkun qed isehh fil-gzejjer Maltin. Sfortunatament iz-zghazagh, ulied it-tieni u t-tielet generazzjoni m’humiex interessati fi programmi ta’ din ix-xorta. Anki t-taghlim tal-Malti fl-Awstralja wasal biex jispicca ghax m’hemmx interess bizzejjed; ghalhekk anki jekk ikunu jridu jisimghu l-programmi bil-Malti lanqas jifhmu x’ikun jinghad. U ghall-Maltin li ilhom hawn aktar minn erbghin sena, jghidulna li lanqas qeghdin jifhmu l-Malti standard li nitkellmu (specjalment fl-ahbarijiet) tant tbieghdu mir-realta ta’ Malta tal-lum u tal-lingwa Maltija li kompliet tevolvi.

Hemm programmi Maltin ohra fuq hafna stazzjonijiet komunitarji mxerrda fl-istati kollha tal-Awstralja li jsiru minn voluntiera. Dawn aktar huma programmi hfief. Gazzetti ghandna wahda biss, li tohrog darba fil-gimgha, li wkoll tinstab f’diffikulta` minhabba l-ispejjez li tirrekjedi u n-nuqqas ta’ sapport mill-komunita`.


6. Liema hija l-belt li tghix fiha? Iddeskrivi t-tajjeb u l-hazin taghha?

Jien nghix fl-istat ta’ Victoria, u nahdem fil-belt ta’ Melbourne, belt kbira u sabiha, kosmopolitana, b’gonna kbar pubblici u c-centru tan-negozju u l-kummerc, b’opportunitajiet ghal kulhadd li trid tistinka ghalihom. B’kuntrast man-nies ghaddejja mghaggla ghax-xoghol jew biex jilhqu t-trejn, it-tallaba bil-qieghda f’xi kantuniera jew xi zaghzugh li jwaqqfek ghal xi dollaru jew sigarett:

Iz-zaghzugh tallab
fit-toroq ta’ Melbourne
jipprova jwaqqaf
lil kull ikun ghaddej
u n-nies liebsa puliti
ghall-ufficcju
jibqghu ghaddejja
qisu m’hu xejn;
u jghaddi ragel jitlob
f’halqu biss sigarett
u x’hin iz-zaghzugh waqqfu
nifs qasam mieghu… tnejn.

(Iz-Zaghzugh Tallab)

Melbourne, hija belt maghrufa ghall-facilitajiet sportivi u kulturali matul is-sena kollha. Fis-sajf tkun mimlija vizitaturi minn madwar id-dinja ghal-loghob tat-tennis u l-krikit u mbaghad ghall-grand prix tal-karozzi. U fix-xitwa t-teatri mdawla b’shows muzikali u b’kuncerti popolari u klassici li jattitraw nies minn kull rokna tad-dinja. Is-sigar kbar tal-gonna u matul it-toroq wiesgha jibdlu l-kuluri u jinzghu u jxiddu l-weraq, fuq l-isfond dejjem griz tal-bini gholi matul kull stagun u ma’ kull tmiem ta’ wiehed hemm il-bidu ta’ hajja gdida bis-sabih taghha. Hija belt ta’ kuntrasti fejn tara eluf ta’ nies u tista’ thossok wahdek, fejn tidra taghraf in-nies bla ma tkun tafhom, fejn ix-xitwa tidhol bla mistennija f’gurnata sajfija u qabel tilhaq tilbes il-kowt ix-xemx terga’ tisreg.


7. Xi tghid dwar ir-relazzjoni bejn il-kittieba Maltin fl-Awstralja u dawk f'Malta? Hemm rabta ta' xi tip?

Personalment, ir-relazzjoni tieghi mal-kittieba Maltin hija tajba hafna. Dejjem sibt ghajnuna, kooperazzjoni u interess kull meta kelli kuntatt ma’ kittieba u poeti Maltin. Permezz tal-programmi tieghi fuq ir-radju kelli l-opportunit¿ li nintervista ghadd ta’ kittieba u poeti matul iz-zmien. Pjuttost huwa min-naha tieghi li minhabba x-xoghol ma nzommx kuntatt bizzejjed. Kull meta bghatt xoghlijiet ghall-pubblikazzjoni f’pagni letterarji, rivisti u antologiji dejjem ixxandru. Donnu hawn grupp zghir ta’ kittieba/poeti fl-Awstralja li jqisu ruhhom ma’ l-istabbiliti f’Malta u li jidhrilhom li ma jinghatawx gharfien bizzejjed f’Malta. Min-naha l-ohra nahseb li jkun interessanti li xi hadd barra l-Awstralja xi darba jhares u jistudja b’mod objettiv lejn din il-kitba bil-Malti fl-Awstralja u l-izvilupp tal-lingwa Maltija f’dan il-kontinent.

8. Fil-qosor, liema huma l-publikazzjonijiet fejn dehru l-kitbiet tieghek?

Ko-awtur tal-ktieb tal-poeziji Bejn Vjagg u Iehor (1979), selezzjoni varja ta’ poezija u proza tieghi tinstab fl-antologiji ppubblikati fl-Awstralja, Irjieh (1986) u Frott iehor (1992) u l-antologiji ta’ l-Ghaqda Letterarja Maltija Xrar (1992), Spirali (1997), Mal-Mewga taz-Zmien (2001) minbarra f’ghadd ta’ rivisti letterarji u Pagna Letterarji tal-gazzetti Maltin.

------

Poeziji ta’ Joe Axiaq



MIL-LISTA TA’ TELEFONIJIET

Mil-lista ta’ telefonijiet
b’magenbhom l-ismijiet
fid-djarju personali
illum aktar ningassa
u l-godda… ftit specjali
ghax aktar ufficcjali
fid-djarju personali
u l-qodma qed jisfaru
mhux cari
bhal dari.


Joe Axiaq


Lil Ommi Fis-Smewwiet

Il-poeżiji mtawla
li kont tafhom bl-amment
għallimtni b’dal-lament;
u kbirt u tlaqt minn darek
żagħżugħ wild l-għanja Għawdxija
biex ngħix il-poeżija
fil-bidu tar-rebbiegħa.
Hemm poeżija storja
li għadni ngħix illum
ta’ tifel jitlaq daru
u mill-bogħod ommu kuljum
tindokra l-passi tiegħu
ta’ tifel ma jikbirx
u tgħallmu l-poeżija
u kelma ma tlissinx,
u qatt iżjed minn issa
li mortli s-smewwiet
ma tgħasses sewwa fuqi
fis-serħ ta’ dan is-skiet
u ttenni l-poeżija
li ddawwal dil-mogħdija
li għad twasslni ħdejk
biex qatt fuq ħaddejk sielma
ma nara d-dmugħ li bkejt.

Joe Axiaq


IT-TFAL TELQU BIL-VAPURI
(Wara li qrajt ir-rumanz ta’ Oliver Friggieri, It-Tfal Jigu bil-Vapuri.
Lil dawk il-Maltin u Ghawdxin li kellhom jitilqu Malta fuq il-vapuri,
ghal hajja ahjar).

Ommha qaltilha
li t-tfal jigu bil-vapuri
u stenniet it-tfajla
l-vapuri jidhlu x-xatt
u dahal vapur u iehor
u ghaliha tfal
ma kellhom qatt;
sakemm habbet zaghzugh
u taha tifel u tifla tnejn
u kienu l-ghaxqa t’ommhom
sakemm kibru u nizzlithom
darba x-xatt
u gie vapur hadhomlha lejn l-Awstralja
u izjed ma rathom qatt.


Joe Axiaq


FIT-TOROQ TA' MELBOURNE

Fit-toroq ta' Melbourne
jorqod it-tallab fqir
ihares 'il fuq fil-bini jilhaq is-sema
bil-kwiekeb ileqqu
jaqbzu f'muniti ta' zewg dollari
mill-oghla sulari
u ma jarax id-dollari
jaqbzu mill-but imtaqqab
u jduru tond madwaru
ta' min ghaddej fit-triq ghal daru.


Joe Axiaq



Jekk darba

Jekk darba tkun poeta
bla linka u klamar
u biex tikteb poeżija
demmek tuża bħan-nar,
ikteb ftit versi qosra
bħal dawn li llum qed taqra
qabel tħossok tiddgħajjef
u taqa’ stordut
bħal f’sakra
u tpoġġix il-karta xuga
minn fejn id-demm jisponta
flok it-tajjara bajda
li d-demm ftit ftit tiskonta.


Joe Axiaq

No comments: