Monday, May 26, 2008

Alfred Palma, Roberto Benigni and Dante Alighieri

A few weeks ago the University of Malta invited director and actor Roberto Benigni and assigned him a Doctorate (Honoris Causa) for his work regarding the Divina Commedia of Dante Alighieri. The University of Malta also invited a foreign professor who presented his version in English of the Divina Commedia. The same University totally neglected poet and translator Alfred Palma who for 20 whole years (1966-1986) worked on the Divina Commedia in order to translate it in verse (using Dante's same rhyming schemes) from Italian into Maltese.
I felt it a must to interview Alfred Palma (also an Honorary Member of the Maltese Poets Association) in relation to this unacceptable voluntary/involuntary incident.
____________________________________________________________________
1. Alfred Palma, traduttur tad-Divina Commedia ta' Dante mit-Taljan ghall-Malti. Minn fejn twieled progett ambizzjuz bhal dan? X'ghamlt inti li m'ghamlux nies bhal Erin Serracino Inglott fil-kaz tad-Divina Commedia?
1. Lil Dante ili nhobbu sa minn zmien l-iskola, meta bdejt nistudja d-Divina Commedia fil-verzjoni ta' Tito Casini Per loco eterno. Dak il-vjagg mistiku u misthajjel kien sahharni u, ukoll dak iz-zmien, kont nimmagina kif opra hekk kbira setghet tinstama' bil-Malti
Maz-zmien ix-xewqa tat-traduzzjoni bdiet tikbes go fija, aktar u aktar meta skoprejt li Malta ma kellhiex traduzzjoni shiha u irrimata ta' dan ix-xoghol hekk kbir. Fl-1964 hareg l-Infern ta' Erin Serracino Inglott, xoghol tajjeb immens u maghmul b'reqqa kbira; izda ma kienx irrimat. U kien dan li xprunani, fil-hegga ta' zghoziti ( 26 sena) li nidhol ghal din it-traduzzjoni. F'jum sajfi ta' l-1966, imbaghad, intfajt nghaddi z-zmien fuq kopja qadima tad-Divina Commedia ta' Eugenio Camerini (1883) u fettilli nittraduci l-ewwel ftit versi ta' l-Infern. Ittantajt nirrimahom u rnexxieli, u temmejt ix-xoghol kollu 20 sena wara, fl-l986, ezawrit u mkisser, izda sodisfatt ghall-ahhar!

2. Kemm ippubblikajt kopji tad-Divina Commedia bil-Malti? Sibt ghajnuna finanzjarja? Fadal kopji ghall-bejgh?
Ippubblikajt elf kopja ta' dan ix-xoghol. Ghajnuna finanzjarja xejn, u minghand hadd! U mn'Alla kien is-Sur Paul Zammit tal-Palprint Press li ndahal biex jistampahieli (spejjez tieghi) ghax kieku dan ix-xoghol ghadu fuq l-ixkaffa. Illum fadalli biss xi ghaxar kopji, u qieghed nibza' ghalihom.

3. Inghatajt xi tip ta' rikonoxximent lokali ghal progett kolossali bhal dan li hadlek 20 sena minn hajtek?
Rikonoxximent lokali? Xejn! Anzi bosta intellettwali dehru li nhasdu bix-xoghol tieghi u halfu li jinjorawh sa mill-bidunett. Jien iben haddiem umli tat-tarzna u wara ismi ma ngibx ittri. Ghalhekk l-intellettwali, mhux minghajr doza qawwija ta' ghira, halfu li jinjorawni, u din il-halfa zammewha sa ftit jiem ilu, meta Roberto Benigni zar Malta biex jinghata l-Honoris Causa. Imma jien kont naf li ghamilt xoghol tajjeb, u l-mostru ta' ghajnejh hodor QATT ma bezzaghni; anzi dejjem kattar fija l-kuragg biex nissokta sejjer minkejja kollox.

4. Kif hassejtek meta sirt taf li l-Universita` ta' Malta stiednet lil Benigni biex jirrecta partijiet mid-Divina Commedia (u taghtih rikonoxximent akkademiku gholi), u anki lil professur barrani biex anki jbiegh kopji tal-verzjoni tieghi tad-Divina Commedia bl-Ingliz, u lilek ma ftakritx fik? Tixtieq taghmel xi osservazzjonijiet rigward dan?
Weggajt hafna; mhux tant ghalija milli ghal Malta u ghall-Ilsien Malti. U ghadni nwegga' hafna meta nara lil Malta imkasbra mill-istess uliedha, li ghalihom ghadha Cinderella, u postha fil-kcina! Ulied ingrati, mkabbrin u suppervi, allat zghar tat-tafal, li ghadhom jilghaqu u jincensaw dak kollu li hu barrani, jiccekknu quddiemu huma u jcekknu maghhom lil Malta, li tibqa' tibki fil-kcina!

5. Gieli inghatajt jew se tinghata xi tip ta' rikonoxximent minn barra ghax-xoghol tieghek fuq id-Divina Commedia bil-Malti? Tixtieq tghid xi haga dwar il-Progetto Dante f'Ravenna?
Rikonoxximent formali minn barra ma kellix. Izda sa mill-1991, meta hrigt dan ix-xoghol, sibt hafna ghajnuna morali u rikonoxximent informali mill-Ambaxxatur Taljan ta' dak iz-zmien, Dott. Marino Fleri, li xtara ghadd kbir ta' kopji tat-traduzzjoni tieghi biex iqassahom lil bosta personalitajiet, fosthom lill-Presdent ta' l-Italja, Oscar Luigi Scalfaro.
Dwar il-Progetto Dante 2008, li fih inhossni kburi li int se ssehibni, tifhem li din l-okkazjoni unika ma setghetx giet f'mument aktar ironiku minn dan. Hija tabilhaqq katarsi ghalija, balzmu fuq il-ferita li, jekk Alla jrid, f'Settembru li gej, go Ravenna, ftit passi boghod mill-qabar ta' Dante, se jkolli l-okkazjoni li nzid isem Malta ma' dawk tal-pajjizi l-ohra li ghandhom it-traduzzjoni taghhom tad-Divina Commedia. Iva, habib, dakinhar, int u jien se nohorgu lil Malta taghna mill-kcina!
(May 2008)

No comments: